Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0331

    Kawżi magħquda C-331/20 P u C-343/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Volotea, SA (C-331/20 P), easyJet Airline Co. Ltd (C-343/20 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar kumpens imħallas lill-ajruporti ta’ Sardegna għal obbligi ta’ servizz pubbliku – Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern, mogħtija mir-Repubblika Taljana lil kumpanniji tal-ajru permezz ta’ operaturi tal-ajruporti – Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Determinazzjoni tal-ammont tiegħu – Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq – Applikabbiltà u applikazzjoni – Kriterju tax-xerrej privat ta’ oġġetti jew ta’ servizzi – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova)

    ĠU C 15, 16.1.2023, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Volotea, SA (C-331/20 P), easyJet Airline Co. Ltd (C-343/20 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawżi magħquda C-331/20 P u C-343/20 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar kumpens imħallas lill-ajruporti ta’ Sardegna għal obbligi ta’ servizz pubbliku - Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern, mogħtija mir-Repubblika Taljana lil kumpanniji tal-ajru permezz ta’ operaturi tal-ajruporti - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ - Determinazzjoni tal-ammont tiegħu - Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq - Applikabbiltà u applikazzjoni - Kriterju tax-xerrej privat ta’ oġġetti jew ta’ servizzi - Kundizzjonijiet - Oneru tal-prova)

    (2023/C 15/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Volotea, SA (rappreżentanti: M. Carpagnano, avukat, M. Nordmann, Rechtsanwalt), easyJet Airline Co. Ltd (rappreżentanti: A. Manzaneque Valverde u J. Rivas Andrés, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë, L. Armati et D. Recchia, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Mejju 2020, Volotea vs Il-Kummissjoni (T-607/17, EU:T:2020:180), hija annullata.

    2)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Mejju 2020, easyJet Airline vs Il-Kummissjoni (T-8/18, EU:T:2020:182) hija annullata sa fejn din il-qorti ċaħdet ir-rikors għal annullament ta’ easyJet Airline Co. Ltd bħala infondat.

    3)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1861 tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Lulju 2016, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) hija annullata sa fejn hija tikkonċerna Volotea, SA, minn naħa, u easyJet Airline Co. Ltd, min-naħa l-oħra.

    4)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza u għall-proċeduri tal-appell.


    (1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


    Top