EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0328

Kawża C-328/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (“Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikoli 4, 7 u 67 – Moviment liberu tal-ħaddiema – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7 – Ugwaljanza fit-trattament – Benefiċċji tal-familja – Vantaġġi soċjali u fiskali – Aġġustament tal-ammonti skont il-livelli tal-prezzijiet fl-Istat ta’ residenza tal-ulied”)

ĠU C 294, 1.8.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-328/20) (1)

(“Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 4, 7 u 67 - Moviment liberu tal-ħaddiema - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7 - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċji tal-familja - Vantaġġi soċjali u fiskali - Aġġustament tal-ammonti skont il-livelli tal-prezzijiet fl-Istat ta’ residenza tal-ulied”)

(2022/C 294/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u D. Martin, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: J. Pavliš, M. Smolek u J. Vláčil, aġenti, ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentant: G. Vidović Mesarek, aġent), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane u L. Liţu, aġenti), ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: J. Morela, aġent), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), l-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: E. Gromnicka, C. Howdle, J. S. Watson u C. Zatschler, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: M. Klamert, C. Pesendorfer, A. Posch u J. Schmoll, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Jespersen, J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, aġenti), ir-Renju tan-Norveġja (rappreżentanti: S. Hammersvik, J. T. Kaasin, L. Tvedt u P. Wennerås, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi stabbilixxiet il-mekkaniżmu ta’ aġġustament li rriżulta mill-emendi magħmula għall-Artikolu 8a tal-Bundesgesetz betreffend den Familienlastenausgleich durch Beihilfen (il-Liġi Federali dwar il-Kumpens tal-Ispejjeż tal-Familja Permezz ta’ Allowances), tal 24 ta’ Ottubru 1967, kif emendata bil-Bundesgesetz mit dem das Familienlastenausgleichsgesetz 1967, das Einkommensteuergesetz 1988 und das Entwicklungshelfergesetz geändert werden (il-Liġi Federali li Temenda l-Liġi Federali dwar il-Kumpens tal-Ispejjeż tal-Familja Permezz ta’ Allowances tal 1967, il-Liġi Federali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi tal-1988, u tal-liġi dwar il-persunal ta’ għajnuna għall-iżvilupp) tal 4 ta’ Diċembru 2018, u għall-Artikolu 33 tal-Bundesgesetz über die Besteuerung des Einkommens natürlicher Personen (il-Liġi Federali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi), tas 7 ta’ Lulju 1988, kif emendata bil-Jahressteuergesetz 2018 (il-Liġi Fiskali Annwali tal 2018), tal 14 ta’ Awwissu 2018, u bil-il-Liġi Federali li Temenda l-Liġi Federali dwar il-Kumpens tal-Ispejjeż tal-Familja Permezz ta’ Allowances tal-1967, il-Liġi Federali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi tal 1988 u l-liġi dwar il-persunal ta’ għajnuna għall-iżvilupp, tal 4 ta’ Diċembru 2018, applikabbli għall-allowances tal-familja u għall-krediti ta’ taxxa għal wild dipendenti għall-ħaddiema li wliedhom jirrisjedu b’mod permanenti fi Stat Membru ieħor, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha taħt tal-Artikoli 4 u 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad 29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif ukoll taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

2)

Billi stabbilixxiet, għall-ħaddiema migranti li wliedhom jirrisjedu b’mod permanenti fi Stat Membru ieħor, il-mekkaniżmu ta’ aġġustament li rriżulta mill-emendi magħmula għall-Artikolu 8a tal-Bundesgesetz betreffend den Familienlastenausgleich durch Beihilfen (il-Liġi Federali dwar il-Kumpens tal-Ispejjeż tal-Familja Permezz ta’ Allowances), tal 24 ta’ Ottubru 1967, kif emendata bil-Bundesgesetz mit dem das Familienlastenausgleichsgesetz 1967, das Einkommensteuergesetz 1988 und das Entwicklungshelfergesetz geändert werden (il-Liġi Federali li Temenda l-Liġi Federali dwar il-Kumpens tal-Ispejjeż tal-Familja Permezz ta’ Allowances tal 1967, il-Liġi Federali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi tal-1988, u tal-liġi dwar il-persunal ta’ għajnuna għall-iżvilupp) tal-4 ta’ Diċembru 2018 u għall-Artikolu 33 tal-Bundesgesetz über die Besteuerung des Einkommens natürlicher Personen (il-Liġi Federali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi), tas 7 ta’ Lulju 1988, kif emendata bil-Jahressteuergesetz 2018 (il-Liġi Fiskali Annwali tal 2018), tal 14 ta’ Awwissu 2018, u bil-Liġi Federali li Temenda l-Liġi Federali dwar il-Kumpens tal-Ispejjeż tal-Familja Permezz ta’ Allowances tal 1967, il-Liġi Federali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi tal 1988 u l-liġi dwar il-persunal ta’ għajnuna għall-iżvilupp, tal 4 ta’ Diċembru 2018, applikabbli għall-bonus tal-familja “plus”, għall-kreditu ta’ taxxa għal dar bi dħul wieħed, għall-kreditu ta’ taxxa għal dar b’ġenitur wieħed u għall-krediti ta’ taxxa għal pensjoni tal-manteniment, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.

3)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, r-Repubblika Slovakka, ir-Renju tan-Norveġja u l-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 297, 07.09.2020.


Top