Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0253

    Kawża Magħquda C-253/20 u C-254/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Impexeco N.V. vs Novartis AG, (C-253/20), PI Pharma NV vs Novartis AG, Novartis Pharma NV (C-254/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Proprjetà intellettwali – Trade marks – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 9(2) – Artikolu 13 – Direttiva 2008/95 – Artikolu 5(1) – Artikolu 7 – Dritt mogħti mit-trade mark – Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark – Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali – Prodott mediċinali ta’ referenza u prodott mediċinali ġeneriku – Impriżi ekonomikament marbuta – Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali ġeneriku – Imballaġġ estern ġdid – Twaħħil tat-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ referenza – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark – Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati membri)

    ĠU C 15, 16.1.2023, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Impexeco N.V. vs Novartis AG, (C-253/20), PI Pharma NV vs Novartis AG, Novartis Pharma NV (C-254/20)

    (Kawża Magħquda C-253/20 u C-254/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Proprjetà intellettwali - Trade marks - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(2) - Artikolu 13 - Direttiva 2008/95 - Artikolu 5(1) - Artikolu 7 - Dritt mogħti mit-trade mark - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Prodott mediċinali ta’ referenza u prodott mediċinali ġeneriku - Impriżi ekonomikament marbuta - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali ġeneriku - Imballaġġ estern ġdid - Twaħħil tat-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ referenza - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati membri)

    (2023/C 15/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van beroep te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Impexeco N.V. (C-253/20), PI Pharma NV (C-254/20

    Konvenuti: Novartis AG (C-253/20), Novartis AG, Novartis Pharma NV (C-254/20),

    Dispożittiv

    L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, kif ukoll l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 34 u 36 TFUE,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    l-proprjetarju tat-trade mark ta’ prodott mediċinali ta’ referenza u tat-trade mark ta’ prodott mediċinali ġeneriku jista’ jopponi t-tqegħid fis-suq ta’ Stat Membru, minn importatur parallel, ta’ dan il-prodott mediċinali ġeneriku, importat minn Stat Membru ieħor, meta dan ikun ġie ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu tkun twaħħlet it-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ referenza korrispondenti, sakemm, minn naħa, iż-żewġ prodotti mediċinali jkunu identiċi fl-aspetti kollha u li, min-naħa l-oħra, is-sostituzzjoni tat-trade mark tkun tissoddisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 79 tas-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1996, Bristol-Myers Squibb et. (C-427/93, C-429/93 u C-436/93, EU:C:1996:282), fil-punt 32 tas-sentenza tas-26 ta’ April 2007, Boehringer Ingelheim et. (C-348/04, EU:C:2007:249), kif ukoll fil-punt 28 tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2018, Junek Europ-Vertrieb (C-642/16, EU:C:2018:322).


    (1)  ĠU C 297, 7.9.2020


    Top