EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0245

Kawża C-245/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – X, Z vs Autoriteit Persoonsgegevens (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Kompetenza tal-awtorità superviżorja – Artikolu 55(3) – Operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom – Kunċett – Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalist ta’ dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja li jkun fihom data personali)

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – X, Z vs Autoriteit Persoonsgegevens

(Kawża C-245/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Kompetenza tal-awtorità superviżorja - Artikolu 55(3) - Operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom - Kunċett - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalist ta’ dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja li jkun fihom data personali)

(2022/C 198/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, Z

Konvenut: Autoriteit Persoonsgegevens

Dispożittiv

L-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li qorti tqiegħed għad-dispożizzjoni temporanja ta’ ġurnalisti dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja, li jkun fihom data personali, sabiex ikunu jistgħu jirrapportaw aħjar dwar l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura jaqa’ taħt l-eżerċizzju, minn din il-qorti, tal-“kapaċità ġudizzjarja” tagħha, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


Top