Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0151

Kawża C-151/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Bundeswettbewerbsbehörde vs Nordzucker AG, Südzucker AG, Agrana Zucker GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 101 TFUE – Tressiq ta’ proċeduri kontra akkordju minn żewġ awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Eżistenza tal-istess reat – Artikolu 52(1) – Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem – Kundizzjonijiet – Tfittxija ta’ għan ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità)

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Bundeswettbewerbsbehörde vs Nordzucker AG, Südzucker AG, Agrana Zucker GmbH

(Kawża C-151/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Tressiq ta’ proċeduri kontra akkordju minn żewġ awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Eżistenza tal-istess reat - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kundizzjonijiet - Tfittxija ta’ għan ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità)

(2022/C 198/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundeswettbewerbsbehörde

Konvenuti: Nordzucker AG, Südzucker AG, Agrana Zucker GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li jitressqu proċeduri kontra impriża, mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru, u li, jekk ikun il-każ, tiġi imposta multa fuqha għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni, minħabba aġir li kellu għan jew effett antikompetittiv fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, meta dan l-aġir diġà ġie msemmi, minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru ieħor, f’deċiżjoni definittiva li din adottat, fir-rigward ta’ din l-impriża, fi tmiem proċedura ta’ ksur taħt l-Artikolu 101 TFUE u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt tal-kompetizzjoni ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, sakemm din id-deċiżjoni ma tkunx ibbażata fuq il-konstatazzjoni ta’ għan jew effett antikompetittiv fit-territorju tal-ewwel Stat Membru.

2)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni li fiha, minħabba l-parteċipazzjoni tal-parti kkonċernata fil-programm nazzjonali ta’ klemenza, ksur ta’ dan id-dritt jista’ biss jiġi kkonstatat tista’ tkun suġġetta għall-prinċipju ta’ ne bis in idem.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


Top