EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0110

Kawża C-110/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione Puglia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Direttiva 94/22/KE – Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-eżerċizzju ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-isfruttament u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi – Awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi f’żona ġeografika speċifika għal perijodu partikolari ta’ żmien – Żoni kontigwi – Għoti ta’ diversi awtorizzazzjonijiet lill-istess operatur – Direttiva 2011/92/UE – Artikolu 4(2) u (3) – Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent)

ĠU C 109, 7.3.2022, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 109, 7.3.2022, p. 3–3 (GA)

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Regione Puglia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et

(Kawża C-110/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Enerġija - Direttiva 94/22/KE - Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-eżerċizzju ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-isfruttament u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi - Awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi f’żona ġeografika speċifika għal perijodu partikolari ta’ żmien - Żoni kontigwi - Għoti ta’ diversi awtorizzazzjonijiet lill-istess operatur - Direttiva 2011/92/UE - Artikolu 4(2) u (3) - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent)

(2022/C 109/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Regione Puglia

Konvenuti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dei Beni e delle Attività culturali e del Turismo, Ministero dello Sviluppo economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Commissione tecnica di verifica dell’impatto ambientale

Fil-preżenza ta’: Global Petroleum Ltd

Dispożittiv

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi u l Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitu massimu għad-daqs taż-żona koperta minn permess ta’ esplorazzjoni għal idrokarburi iżda li ma tipprojbixxix espressament li l-istess operatur wieħed jingħata diversi permessi għal żoni kontigwi li jkopru, flimkien, superfiċji ikbar minn dan il limitu, bil-kundizzjoni li tali għoti jkun ta’ natura li jiggarantixxi l-aħjar eżerċizzju possibbli tal-attività ta’ esplorazzjoni kkonċernata kemm minn perspettiva teknika u kemm minn dik ekonomika, kif ukoll li jiggarantixxi li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 94/22. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, għandu jiġi evalwat ukoll l-effett kumulattiv tal-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, li jkunu ppreżentati minn dan l-operatur fl-applikazzjonijiet tiegħu għal permess ta’ esplorazzjoni għal idrokarburi.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


Top