Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0094

Kawża C-94/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Linz – l-Awstrija) – Land Oberösterreich vs KV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/109/KE – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil – Artikolu 11 – Dritt għal ugwaljanza fit-trattament f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-għajnuna soċjali u l-protezzjoni soċjali – Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali – Kunċett ta’ “benefiċċji prinċipali” – Direttiva 2000/43/KE – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Artikolu 2 – Kunċett ta’ diskriminazzjoni – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku tal-lingwa ta’ dan l-Istat Membru)

ĠU C 297, 26.7.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Linz – l-Awstrija) – Land Oberösterreich vs KV

(Kawża C-94/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil - Artikolu 11 - Dritt għal ugwaljanza fit-trattament f’dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali, l-għajnuna soċjali u l-protezzjoni soċjali - Deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali - Kunċett ta’ “benefiċċji prinċipali” - Direttiva 2000/43/KE - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika - Artikolu 2 - Kunċett ta’ diskriminazzjoni - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku tal-lingwa ta’ dan l-Istat Membru)

(2021/C 297/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Oberösterreich

Konvenut: KV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, anki meta tkun intużat il-possibbiltà li tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, għal leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru, jekk dik l-għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkostitwixxi “benefiċċju prinċipali” fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa.

2)

Ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi mingħajr distinzjoni u li permezz tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru.

3)

Meta tkun intużat il-possibbiltà li tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma huwiex intiż li japplika fil-preżenza ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil, l-għoti ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn jipproduċu l-prova, b’mod speċifikat minn din il-leġiżlazzjoni, li għandhom għarfien bażiku fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru, jekk dik l-għajnuna għall-akkomodazzjoni ma tikkostitwixxix “benefiċċju prinċipali” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 11(4). Jekk l-imsemmija għajnuna għall-akkomodazzjoni tikkostitwixxi tali benefiċċju prinċipali, l-Artikolu 21 tal-Karta, sa fejn jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika, ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


Top