Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0723

Kawża T-723/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Díaz de Mera García Consuegra vs Il-Parlament

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 66–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/66


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Díaz de Mera García Consuegra vs Il-Parlament

(Kawża T-723/19)

(2019/C 423/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Agustin Díaz de Mera García Consuegra (Ávila, Spanja) (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Waisse, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u taqta’ li

ir-rikors preżenti huwa ammissibbli;

kemm skont il-bżonn, kemm bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u ta’ istruzzjoni tal-preżenti kawża, il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jipproduċi l-pariri mogħtija mis-servizz legali tal-Parlament Ewropew, liema pariri ngħataw fis-16 ta’ Lulju 2018 kif ukoll fit-3 ta’ Diċembru 2018, bla ħsara għad-data preċiża, imma f’kull każ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2018/C 466/02, Ġurnal Uffiċjali tat-28 ta’ Diċembru 2018, C 466/8);

id-deċiżjoni individwali kkontestata, ikkomunikata lir-rikorrent mid-diviżjoni “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tal-Membri” tad-Direzzjoni Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew li tikkonċerna d-drittijiet tar-rikorrent għall-pensjoni addizzjonali tiegħu (volontarja) matul ix-xahar ta’ Settembru 2019 tiġi annullata fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE inkwantu din id-deċiżjoni timplimenta t-taxxa speċjali ta’ 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni addizzjonali (volontarja) dovuta lir-rikorrent kif stabbilita bid-deċiżjoni tal- Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 hawn fuq imsemmija;

id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 hawn fuq imsemmija tiġi ddikjarata inapplikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, inkwantu hija temenda l-Artikolu 76 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b’mod partikolari inkwantu tistabbilixxi taxxa speċjali ta’ 5 % fuq l-ammont nominali tal-pensjonijiet addizzjonali (valontarji) eżiġibbli mill-1 ta’ Jannar 2019;

il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, dwar l-inkompetenza ratione materiae tal-Bureau.

minn naħa, id-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-Bureau”) ittieħdet bi ksur tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew adottat b’deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005, 2005/684/KE, Euratom, (ĠU 2005, L 262, p. 1) (iktar ’il quddiem, l-“Istatut”). Id-deċiżjoni tal-Bureau b’mod partikolari tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-Istatut li jimponi ż-żamma tad-“drittijiet miksuba” u tad-“drittijiet futuri”.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Bureau toħloq piż billi tistabbilixxi taxxa speċjali ta’ 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni filwaqt li l-ħolqien ta’ taxxa ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Bureau skont l-Artikolu 223(2) TFUE.

2.

It-tieni motiv, dwar ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.

minn naħa, il-Bureau qed jiġi kkritikat talli adotta d-deċiżjoni tiegħu mingħajr ma osserva r-regoli imposti mill-Artikolu 223 TFUE.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Bureau hija insuffiċjentement motivata u ma tosservax b’hekk l-obbligu ta’ motivazzoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundmentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, dwar ksur tad-drittijiet miksuba u drittijiet futuri u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

minn naħa, id-deċiżjoni tal-Bureau tikser id-drittijiet miksuba u d-drittijiet futuri li jirriżultaw kemm mill-prinċipji ġenerali tad-dritt u kemm mill-Istatut, li jimponi espressament li jinżammu “fl-intier tagħhom” (Artikolu 27).

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Bureau tikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv, dwar ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalita u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

minn naħa, il-preġudizzju għad-drittijiet tar-rikorrent huma sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija mid-deċiżjoni tal-Bureau.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Bureau għandha tiġi ddikjarata inapplikabbli minħabba li tikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, dwar ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-assenza ta’ miżuri tranżitorji.

minn naħa, id-deċiżjoni tal-Bureau tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali inkwantu tinkludi effetti retroattivi b’mod irregolari.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Bureau ma tosservax il-prinċipju ta’ ċertezza legali inkwantu naqset milli tipprevedi miżuri tranżitorji.


Top