EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0608

Kawża T-608/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2019 – Veronese Design Company vs EUIPO – Veronese (VERONESE)

ĠU C 372, 4.11.2019, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2019 – Veronese Design Company vs EUIPO – Veronese (VERONESE)

(Kawża T-608/19)

(2019/C 372/36)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Veronese Design Company Ltd (Kowloon, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: B. Lafont, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Veronese SAS (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VERONESE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 831 844

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 2434/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-rikors, kif ukoll l-annessi tiegħu, huma ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UK) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top