Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0515

    Kawża T-515/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’Lulju 2019 — Lego vs EUIPO — Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli)

    ĠU C 305, 9.9.2019, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/64


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’Lulju 2019 — Lego vs EUIPO — Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli)

    (Kawża T-515/19)

    (2019/C 305/74)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lego A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Komunità rreġistrata Nru 1664 368-0006

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2019 fil-Każ R 31/2018-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    iżżomm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tad-Disinn tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad it-talba għall-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn tal-Komunità rreġistrata Nru 1664 368-0006;

    tikkundanna lill-EUIPO u, jekk il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO tintervjeni, l-intervenjenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Top