Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0135

Kawża T-135/19: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 — Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals vs EUIPO — Dalmat (LaTV3D)

ĠU C 148, 29.4.2019, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/58


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 — Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals vs EUIPO — Dalmat (LaTV3D)

(Kawża T-135/19)

(2019/C 148/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Erdozain López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stéphane Dalmat (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LaTV3D” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 630 833

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 874/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top