EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0652

Kawża T-652/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Elevolution – Engenharia vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 255, 3.8.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Elevolution – Engenharia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-652/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 255/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Elevolution – Engenharia, S.A. (Amadora, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Marques Mendes, R. Campos, A. Dias Henriques, M. Troncoso Ferrer u C. García Fernández, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u I. Melo Sampaio, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2019 li biha r-rikorrenti ġiet eskluża għal perijodu ta’ tliet snin mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17), b’ordni ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni ta’ esklużjoni ppronunzjata fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top