Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0627(01)

    Kawża T-627/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Talbiet għal adozzjoni ta’ deċiżjoni għaż-żamma taċ-ċittadinanza Ewropea ta’ ċerti ċittadini tar-Renju Unit u ta’ deċiżjoni dwar diversi miżuri relatati mad-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit – Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni – Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni – Rifjut li tiġi adottata deċiżjoni għaż-żamma taċ-ċittadinanza Ewropea ta’ ċerti ċittadini tar-Renju Unit – Assenza ta’ interess ġuridiku – Rikors manifestament inammissibbli”)

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/15


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-627/19) (1)

    (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea - Talbiet għal adozzjoni ta’ deċiżjoni għaż-żamma taċ-ċittadinanza Ewropea ta’ ċerti ċittadini tar-Renju Unit u ta’ deċiżjoni dwar diversi miżuri relatati mad-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni - Rifjut li tiġi adottata deċiżjoni għaż-żamma taċ-ċittadinanza Ewropea ta’ ċerti ċittadini tar-Renju Unit - Assenza ta’ interess ġuridiku - Rikors manifestament inammissibbli”)

    (2020/C 348/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness għad-digriet (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, C. Giolito u E. Montaguti, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

    Suġġett

    L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu, minn naħa, deċiżjoni għaż-żamma, sa mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, taċ-ċittadinanza Ewropea ta’ ċerti ċittadini tar-Renju Unit, li, f’dak il-mument, ma kellhomx in-nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-Unjoni, indipendentement mill-konklużjoni jew le ta’ ftehim li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ dan il-ħruġ, u, min-naħa l-oħra, deċiżjoni li tistabbilixxi diversi miżuri relatati mad-drittijiet ta’ dawn iċ-ċittadini, fil-każ ta’ tali ħruġ mingħajr il-konklużjoni ta’ tali ftehim u, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2019 li permezz tagħha hija rrifjutat li tieħu deċiżjoni għaż-żamma taċ-ċittadinanza Ewropea tal-imsemmija ċittadini.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Harry Shindler u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


    Top