Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0562

    Kawża T-562/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2020 – Klein vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Apparati mediċi – Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 93/42/KEE – Proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà – Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ apparat mediku – Assenza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/13


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2020 – Klein vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-562/19) (1)

    (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Apparati mediċi - Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 93/42/KEE - Proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà - Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ apparat mediku - Assenza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”)

    (2020/C 348/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentant: H.-J. Ahlt, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. C. Becker, F. Thiran u G. von Rintelen, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli taġixxi fil-proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà miftuħa fis-7 ta’ Jannar 1998 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li tieħu deċiżjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82), fir-rigward tal-apparat mediku Inhaler Broncho Air®.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Christoph Klein huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


    Top