Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0561

Kawża T-561/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Lípidos Santiga vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Enerġija – Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli – Limitazzjoni tal-użu ta’ biokarburanti prodotti minn kulturi intiżi għall-ikel tal-bniedem jew l-annimali – Regolament Delegat (UE) 2019/807 – Definizzjoni tal-materji primi b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) – Żejt tal-palm – Locus standi – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà”)

ĠU C 255, 3.8.2020, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Lípidos Santiga vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Enerġija - Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli - Limitazzjoni tal-użu ta’ biokarburanti prodotti minn kulturi intiżi għall-ikel tal-bniedem jew l-annimali - Regolament Delegat (UE) 2019/807 - Definizzjoni tal-materji primi b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) - Żejt tal-palm - Locus standi - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2020/C 255/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lípidos Santiga, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: P. Muñiz Fernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u Y. Marinova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU 2019, L 133, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Lípidos Santiga, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019


Top