Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0143

    Kawża T-143/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Operaturi tas-suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku – Emendi leġiżlattivi b’effett retroattiv li jikkonsistu f’limitazzjoni tal-vantaġġi tariffarji – Ilment quddiem il-Kummissjoni li jallega l-eżistenza ta’ għajnuna favur fornituri ta’ enerġija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Kwalità ta’ persuna kkonċernata – Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 348, 19.10.2020, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 348/13


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-143/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Operaturi tas-suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku - Emendi leġiżlattivi b’effett retroattiv li jikkonsistu f’limitazzjoni tal-vantaġġi tariffarji - Ilment quddiem il-Kummissjoni li jallega l-eżistenza ta’ għajnuna favur fornituri ta’ enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kwalità ta’ persuna kkonċernata - Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà”)

    (2020/C 348/18)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Solar Ileias Bompaina AE (Athènes, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Metaxas u A. Bartosch, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-P. Wojcik u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6777 final tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38967 (2014/NN-2) – Il-Greċja – Skema nazzjonali ta’ għajnuna għall-funzjonament favur l-installazzjonijiet li jużaw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ produzzjoni kkombinata ta’ sħana u ta’ elettriku b’rendiment għoli.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Solar Ileias Bompaina AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


    Top