Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0867

    Kawża T-867/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – RA vs IL-Qorti Ewropea (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2016 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax promozzjoni għall-grad AD 11 – Assenza ta’ rapport ta’ evalwazzjoni – Paragun tal-merti – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Adozzjoni ta’ sentenza ġdida li ma jingħatax promozzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – RA vs IL-Qorti Ewropea

    (Kawża T-867/19) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2016 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax promozzjoni għall-grad AD 11 - Assenza ta’ rapport ta’ evalwazzjoni - Paragun tal-merti - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Adozzjoni ta’ sentenza ġdida li ma jingħatax promozzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2021/C 310/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: RA (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (rappreżentanti: C. Lesauvage u A. M. Feipel Cosciug, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2019, li permezz tagħha l-Qorti tal-Awdituri ddeċidiet li ma tagħtix promozzjoni lir-rikorrent għall-grad AD 11 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    RA huwa kkundannat għad-danni.


    (1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


    Top