Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0824

    Kawża T-824/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 – RY vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien indeterminat b’applikazzjoni tal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Artikolu 266 TFUE – Dritt għal smiegħ – Deċiżjoni ġdida ta’ terminazzjoni)

    ĠU C 72, 1.3.2021, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 – RY vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-824/19) (1)

    (Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien indeterminat b’applikazzjoni tal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 266 TFUE - Dritt għal smiegħ - Deċiżjoni ġdida ta’ terminazzjoni)

    (2021/C 72/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: RY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima u B. Mongin, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2019 li ttemm il-kuntratt għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    RY huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 36, 3.2.2020.


    Top