Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0355

    Kawża T-355/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Kuntratt għal żmien indeterminat – Xoljiment antiċipat b’avviż minn qabel – Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Tkissir tar-rabta ta’ fiduċja – Metodi ta’ avviż minn qabel – Abbuż tal-proċedura – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

    (Kawża T-355/19) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Kuntratt għal żmien indeterminat - Xoljiment antiċipat b’avviż minn qabel - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Tkissir tar-rabta ta’ fiduċja - Metodi ta’ avviż minn qabel - Abbuż tal-proċedura - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2021/C 310/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

    Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u M. Esparrago Arzadun, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, prinċipalment, tad-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2019 li permezz tagħha l-Kumitat tar-Reġjuni xolja l-kuntratt tar-rikorrenti u, sussidjarjament, tal-ittra tas-16 ta’ Mejju 2019 li permezz tagħha dan ġedded id-data sa meta r-rikorrenti setgħet tirkupra l-proprjetà personali u taċċedi għall messaġġi elettroniċi tagħha matul il-perijodu ta’ avviż minn qabel u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ April 2019 li xxolji l-kuntratt ta’ xogħol ta’ CE hija annullata f’dak li jikkonċerna l-metodi partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż minn qabel.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


    Top