Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0301

Kawża T-301/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Neċessità ta’ superviżjoni diretta mill-BĊE ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti – Talba tal-awtorità kompetenti nazzjonali – Artikolu 68(5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 – Deċiżjoni tal-BĊE li tikklassifika lil PNB Banka bħala entità sinifikanti suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl amministrattiv – Rapport previst fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament Nru 468/2014 – Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura – Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)

ĠU C 35, 30.1.2023, pp. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE

(Kawża T-301/19) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Neċessità ta’ superviżjoni diretta mill-BĊE ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti - Talba tal-awtorità kompetenti nazzjonali - Artikolu 68(5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 - Deċiżjoni tal-BĊE li tikklassifika lil PNB Banka bħala entità sinifikanti suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl amministrattiv - Rapport previst fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament Nru 468/2014 - Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura - Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)

(2023/C 35/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u D. Segoin, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), innotifikata permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Marzu 2019, li tikklassifikah bħala entità sinifikanti suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PNB Banka AS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


Top