This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TA0277
Case T-277/19: Judgment of the General Court of 24 March 2021 — BK v EASO (Civil service — Temporary agents — Temporary reassignment — Action for annulment — Purely confirmatory measure — Inadmissibility — Explicit decision rejecting the complaint — Autonomous scope — Suspension of the effects of the decision subject to the complaint — Interest in bringing proceedings — Action for damages — Close link to the claim for annulment — No pre-litigation procedure — Inadmissibility)
Kawża T-277/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Assenjazzjoni mill-ġdid temporanja – Rikors għal annullament – Att purament konfermatorju – Inammissibbiltà – Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment – Portata awtonoma – Sospensjoni tal-effetti tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-ilment – Interess ġuridiku – Rikors għad-danni – Rabta stretta mat-talbiet għal annullament – Assenza ta’ proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà)

ĠU C 217, 7.6.2021, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
(Kawża T-277/19) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenjazzjoni mill-ġdid temporanja - Rikors għal annullament - Att purament konfermatorju - Inammissibbiltà - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment - Portata awtonoma - Sospensjoni tal-effetti tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-ilment - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Rabta stretta mat-talbiet għal annullament - Assenza ta’ proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà)
(2021/C 217/48)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent(i): BK (rappreżentanti: V. Christianos, A. Skoulikis u D. Karagkounis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: P. Eyckmans u A. Stamatopoulou, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASO tal-20 ta’ Settembru 2018 li r-rikorrenti tiġi assenjata f’Malta b’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment imressaq kontra din id-deċiżjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-EASO tas-6 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad espliċitament dan l-ilment u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament sostnuti mir-rikorrenti insegwitu ta’ din l-aħħar deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
BK għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
3) |
L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn BK. |