Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0176

    Kawża T-176/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – 3V Sigma vs ECHA [“REACH – Evalwazzjoni tas-sustanzi – Uvasorb HEB – Deċiżjoni tal-ECHA li titlob informazzjoni addizzjonali – Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Talba intiża sabiex jiġu identifikati eventwali prodotti ta’ trasformazzjoni jew ta’ degradazzjoni tas-sustanza – Proporzjonalità – Ħtieġa tal-istudju addizzjonali mitlub – Kundizzjonijiet rilevanti u kundizzjonijiet realistiċi – Temperatura tal-istudju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”]

    ĠU C 53, 15.2.2021, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – 3V Sigma vs ECHA

    (Kawża T-176/19) (1)

    (“REACH - Evalwazzjoni tas-sustanzi - Uvasorb HEB - Deċiżjoni tal-ECHA li titlob informazzjoni addizzjonali - Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Talba intiża sabiex jiġu identifikati eventwali prodotti ta’ trasformazzjoni jew ta’ degradazzjoni tas-sustanza - Proporzjonalità - Ħtieġa tal-istudju addizzjonali mitlub - Kundizzjonijiet rilevanti u kundizzjonijiet realistiċi - Temperatura tal-istudju - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2021/C 53/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: 3V Sigma SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bryant, S. Hainsworth, solicitors u D. Anderson, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: A. Hautamäki, J. Alaranta u W. Broere, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs u S. Heimerl, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni A-004-2017 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tal-15 ta’ Jannar 2019, sa fejn hija ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-ECHA tal-20 ta’ Diċembru 2016 li teżiġi informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanza uvasorb HEB u sa fejn hija ffissat id-data limitu għall-għoti ta’ din l-informazzjoni għat-22 ta’ Ottubru 2020.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    3V Sigma SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż imġarrba mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk imġarrba fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 172, 20.5.2019.


    Top