Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0105

    Kawża T-105/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattivi li tirrappreżenta disinn ta’ chequerboard – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Fatti magħrufa – Karattru distintiv akkwistat bl-użu – Evalwazzjoni globali tal-provi ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 59(1)u (2) tar-Regolament 2017/1001”]

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard)

    (Kawża T-105/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattivi li tirrappreżenta disinn ta’ chequerboard - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Fatti magħrufa - Karattru distintiv akkwistat bl-użu - Evalwazzjoni globali tal-provi ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 59(1)u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2020/C 255/20)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Paris, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi, N. Parrotta u P.-Y. Gautier, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Norbert Wisniewski (Varsovie, il-Polonja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 (Każ R 274/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wisniewski u Louis Vuitton Malletier.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal- Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Novembru 2018 (Każ R 274/2017-2) hija annulata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


    Top