Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0580

    Kawża C-580/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Lulju 2019 – RJ vs Stadt Offenbach am Main

    ĠU C 372, 4.11.2019, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 372/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Lulju 2019 – RJ vs Stadt Offenbach am Main

    (Kawża C-580/19)

    (2019/C 372/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Darmstadt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: RJ

    Konvenuta: Stadt Offenbach am Main

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandhom jitqiesu bħala ħin tax-xogħol il-perijodi ta’ stand-by li matulhom l-ħaddiem ikollu l-obbligu li jmur fil-partijiet ta’ barra tal-belt fejn huwa assenjat, bl-uniformi u fil-vettura ta’ intervent tiegħu, fi żmien 20 minuta, minkejja li l-persuna li timpjegah ma timponix fuqu post li fih għandu jkun preżenti fiżikament, iżda fejn il-ħaddiem ikun madankollu suġġett għal restrizzjonijiet importanti fl-għażla tal-post fejn huwa jinsab u fil-possibbiltajiet li huwa jkollu sabiex jiddedika ruħu għall-interessi personali u soċjali tiegħu?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

     

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fl-ewwel domanda preliminari, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll, fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol, il-punt dwar jekk, u sa fejn, matul il-perijodi ta’ on-call li huwa għandu jwettaq f’post mhux deċiż mill-persuna li timpjega, il-ħaddiem għandu bħala regola ġenerali jistenna li jissejjaħ sabiex imur għal intervent?


    (1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


    Top