This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0101
Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 23 April 2020.#Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG v Bundesrepublik Deutschland.#Requests for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht.#References for a preliminary ruling — Medicinal products for human use — Directive 2001/83/EC — Articles 62 and 69 — Particulars on the labelling and package leaflet of homeopathic medicinal products — Exhaustive list of the particulars or possibility to add information that is useful to the patient and is compatible with the summary of product characteristics –Dosage schedules for homeopathic medicinal products.#Joined Cases C-101/19 and C-102/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2020.
Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Bundesrepublik Deutschland.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikoli 62 u 69 – Informazzjoni fuq l-ittikkettjar u l-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali omeopatiċi – Lista eżawrjenti tal-informazzjoni jew possibbiltà li tiżdied informazzjoni utli għall-pazjent kompatibbli mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott – Indikazzjonijiet dwar id-doża tal-prodotti mediċinali omeopatiċi.
Kawżi magħquda C-101/19 u C-102/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2020.
Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Bundesrepublik Deutschland.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikoli 62 u 69 – Informazzjoni fuq l-ittikkettjar u l-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali omeopatiċi – Lista eżawrjenti tal-informazzjoni jew possibbiltà li tiżdied informazzjoni utli għall-pazjent kompatibbli mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott – Indikazzjonijiet dwar id-doża tal-prodotti mediċinali omeopatiċi.
Kawżi magħquda C-101/19 u C-102/19.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:304
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
23 ta’ April 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikoli 62 u 69 – Informazzjoni fuq l-ittikkettjar u l-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali omeopatiċi – Lista eżawrjenti tal-informazzjoni jew possibbiltà li tiżdied informazzjoni utli għall-pazjent kompatibbli mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott – Indikazzjonijiet dwar id-doża tal-prodotti mediċinali omeopatiċi”
Fil-Kawżi magħquda C‑101/19 u C‑102/19,
li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑6 ta’ Novembru 2018, li waslu l-Qorti tal-Ġustizzja fil‑11 ta’ Frar 2019, fil-proċeduri
Deutsche Homöopathie-Union DHU-Arzneimittel GmbH & Co. KG
vs
Bundesrepublik Deutschland,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn L. S. Rossi, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Deutsche Homöopathie-Union DHU-Arzneimittel GmbH & Co. KG, minn A. Pannenbecker, Rechtsanwalt, |
|
– |
għall-Bundesrepublik Deutschland, minn K. Hechinger, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Elleniku, minn V. Karra, S. Charitaki u S. Papaioannou, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. De Luca, avvocato dello Stato, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. C. Becker u A. Sipos, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 62 u 69 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262) (iktar ’il quddiem id-Direttiva 2001/83”). |
|
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn Deutsche Homöopathie-Union DHU-Arzneimittel GmbH & Co. KG (iktar ’il quddiem “DHU”) u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), dwar ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ prodotti mediċinali omeopatiċi li l-fuljett fil-pakkett tagħhom jinkludi struzzjonijiet dwar il-pożoloġija. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Il-premessi 2, 5, 17, 21, 23, 25 u 40 tad-Direttiva 2001/83 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
4 |
Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin: […]
[…]” |
|
5 |
L-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi: “L-applikazzjoni [ta’ tqegħid fis-suq] għandu jkollha magħha id-dettalji u d-dokumenti li ġejjin, sottomessi skond l-Anness I: […]
[…]” |
|
6 |
Skont l-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva: “Is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għandu jkun fihom, fl-ordni indikat hawn taħt, l-informazzjoni li ġejja: […]
[…]” |
|
7 |
L-Artikolu 14(1) u (2) tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej: “1. Prodotti mediċinali omeopatiċi biss li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jistgħu jkunu suġġetti għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni speċjali u simplifikata:
[…] 2. Il-kriterji u regoli ta’ proċedura previsti fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 17(1) u fl-Artikoli 22 sa 26, 112, 116 u 125 għandhom japplikaw b’analoġija għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni speċjali u simplifikata dwar prodotti mediċinali omeopatiċi, bl-eċċezzjoni tal-prova ta’ effikaċja terapewtika.” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/83: “Prodotti mediċinali omeopatiċi barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 14(1) għandhom ikunu awtorizzati u ttikkettjati skond l-Artikoli 8, 10, 10a, 10b, 10c u 11.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 58 ta’ din id-direttiva: “L-inklużjoni fl-imballaġġ tal-prodotti mediċinali kollha ta’ fuljett fil-pakkett għandha tkun obbligatorja sakemm l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 59 u 62 ma tkunx mogħtija direttament fuq il-pakkett ta’ barra jew fuq l-imballaġġ immedjat.” |
|
10 |
L-Artikolu 59(1) tal-imsemmija direttiva jistipula: “Il-fuljett tal-pakkett għandu jitfassal skond is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott; huwa għandu jinkludi, fl-ordni li ġej: […]
[…]” |
|
11 |
Skont l-Artikolu 62 tal-istess direttiva: “L-imballaġġ ta’ barra u l-fuljett fil-pakkett jistgħu jinkludu simboli jew pittogrammi magħmula biex jiċċaraw xi informazzjoni msemmija fl-Artikoli 54 u 59(1) u informazzjoni oħra kompatibbli mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li tkun ta’ siwi għall-pazjent, bl-esklużjoni ta’ kull element ta’ natura promozzjonali.” |
|
12 |
L-Artikolu 68 tad-Direttiva 2001/83 jipprevedi: “Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 69, prodotti mediċinali omeopatiċi għandhom ikunu ittikkettjati skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu u għandhom ikunu identifikati b’referenza fuq it-tikketti tagħhom, f’forma ċara u li tinqara’, għan-natura omeopatika tagħhom.” |
|
13 |
Skont l-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva: “1. Barra milli jissemmew b’mod ċar il-kliem ‘prodotti mediċinali omeopatiċi’, l-ittikkettjar u, meta approprjat, il-fuljett fil-pakkett għall-prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 14(1) għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, u l-ebda oħra:
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta’ xi tipi ta’ tikkettjar biex juru:
|
Id-dritt Ġermaniż
|
14 |
Konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(1) tal-Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln (il-Liġi dwar il-Kummerċ tal-Prodotti Mediċinali), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fit‑12 ta’ Diċembru 2005 (BGBl. I, p. 3394), emendata l-aħħar permezz tal-Liġi tat‑18 ta’ Lulju 2017 (BGBl. I, p. 2757) (iktar ’il quddiem l-“AMG”), il-prodotti mediċinali (prodotti lesti) li huma prodotti mediċinali fis-sens tal-Artikolu 2(1) jew tal-punt 1 tal-Artikolu 2(2) tal-AMG, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bħala prodotti mediċinali omeopatiċi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi biss jekk dawn jiġu rreġistrati f’reġistru tal-prodotti mediċinali omeopatiċi miżmum mill-awtorità superjuri federali kompetenti. |
|
15 |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(2), moqrija flimkien mal-punt 10 tal-Artikolu 22(1) tal-AMG, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tinkludi, fost informazzjoni oħra, informazzjoni dwar il-pożoloġija. L-awtorità superjuri federali kompetenti għandha tirrifjuta r-reġistrazzjoni b’mod partikolari jekk, bħalma jirriżulta mill-punt 1 tal-Artikolu 39(2) tal-AMG, id-dokumenti prodotti huma inkompleti jew, skont il-punt 4 tal-Artikolu 39(2) tal-AMG, jeżistu raġunijiet raġonevoli li wieħed jissuspetta li, fil-każ ta’ użu konformi mad-destinazzjoni tiegħu, il-prodott mediċinali jkollu effetti dannużi li jmorru lil hinn minn miżura aċċettabbli skont l-għarfien mediku. |
|
16 |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(3), moqrija flimkien mal-Artikolu 10(4) tal-AMG, l-informazzjoni dwar l-istruzzjonijiet fuq il-pożoloġija ma tagħmilx parti minn dik li għandha tinsab fil-fuljett fil-pakkett. Min-naħa l-oħra, skont il-punt 7 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(4) tal-AMG, l-informazzjoni obbligatorja tinkludi twissijiet, inkluża informazzjoni oħra differenti minn dik prevista mid-dritt tal-Unjoni, sa fejn din hija neċessarja għal użu mingħajr perikolu. |
|
17 |
L-informazzjoni volontarja li tinsab fil-fuljett fil-pakkett hija awtorizzata konformement mad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(3) u tas-seba’ sentenza tal-Artikolu 11(1) tal-AMG sa fejn din hija marbuta mal-użu tal-prodott mediċinali, li hija utli għall-edukazzjoni sanitarja tal-pazjenti, u li ma tikkontradixxix l-informazzjoni konformement mal-Artikolu 11a tal-AMG (informazzjoni teknika). |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
|
18 |
Fit‑8 u t‑12 ta’ Ġunju 2009, DHU ppreżentat xi applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni mal-Bundesinstitut für Arzneimittel und Medizinprodukte (l-Istitut Federali għall-Mediċina u l-Apparat Mediku, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-“Istitut”) dwar żewġ prodotti mediċinali omeopatiċi, fil-forma ta’ krema li tiġi applikata fuq il-ġilda, jiġifieri l-Calcium fluoratum Lotio aġent ta’ funzjonalizzazzjoni bijokimika Nru 1 (Kawża C‑101/19), u s-Silicea Lotio aġent ta’ funzjonalizzazzjoni bijokimika Nru 11 (Kawża C‑102/19). |
|
19 |
Il-fuljetti fil-pakketti ta’ dawn il-prodotti mediċinali kienu jipprevedu, fi kliem simili, l-istruzzjonijiet dwar il-pożoloġija li ġejjin: “Ħlief jekk ipprovdut mod ieħor, il-mod ta’ amministrazzjoni normali huwa li ġej: l-[isem tal-prodott mediċinali] għandu jiġi applikat darba sa darbtejn kuljum. Idlek il-krema f’saff irqiq u mmassaġġjaha bil-mod sabiex tiġi assorbita. Il-prodotti mediċinali omeopatiċi ma għandhomx jintużaw għal perijodi twal mingħajr opinjoni medika.” |
|
20 |
Permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑23 ta’ Diċembru 2011, l-Istitut awtorizza r-reġistrazzjonijiet mitluba, bil-kundizzjoni madankollu li DHU tħassar l-istruzzjonijiet dwar il-pożoloġija li kienu jinsabu fuq dawn il-fuljetti fil-pakketti. |
|
21 |
Ir-rikorsi ppreżentati minn DHU kontra dawn id-deċiżjonijiet ġew miċħuda mill-qorti amministrattiva tal-ewwel istanza u sussegwentement mill-qorti amministrattiva tal-appell, b’din il-qorti tal-aħħar tqis b’mod partikolari li:
|
|
22 |
Peress li ġiet awtorizzata tippreżenta appell għal reviżjoni minħabba l-importanza ta’ prinċipju tal-kwistjoni legali mqajma f’dik il-kawża, DHU appellat fil-kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. |
|
23 |
F’dan il-kuntest, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti, ifformulati b’mod identiku fil-Kawżi magħquda C‑101/19 u C‑102/19.
|
Fuq id-domandi preliminari
|
24 |
Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/83 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-fuljett fil-pakkett imsemmi fl-Artikolu 69 tagħha jinkludi informazzjoni oħra minbarra dik elenkata f’din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari struzzjoni dwar il-pożoloġija tal-prodotti mediċinali omeopatiċi kkonċernati mill-imsemmija dispożizzjoni. |
|
25 |
Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83 ikopri l-kategorija unika tal-prodotti mediċinali omeopatiċi, li huma ddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva bħala l-prodotti mediċinali magħmula minn sustanzi msejħa “ħażniet omeopatiċi” skont proċedura ta’ produzzjoni omeopatika deskritta mill-Farmakopea Ewropea jew, fin-nuqqas ta’ din, mill-farmakopei preżentement użati uffiċjalment fl-Istati Membri u li, skont din id-dispożizzjoni tal-aħħar, jista’ jkun fihom numru ta’ prinċipji. |
|
26 |
Madankollu, mill-Artikoli 13 sa 16 tad-Direttiva 2001/83, li jagħmlu parti mill-Kapitolu 2 tagħha, intitolat “Disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal prodotti mediċinali omeopatiċi”, li min-naħa tiegħu jinsab taħt it-Titolu III ta’ din id-direttiva, intitolat “Tqegħid fis-Suq”, isegwi li l-imsemmija direttiva twettaq distinzjoni bejn prodotti mediċinali omeopatiċi skont jekk jeħtiġux awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq jew jekk humiex suġġetti għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni speċjali u ssimplifikata. |
|
27 |
Fil-fatt, minn naħa, mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/83, moqri fid-dawl tal-premessa 25 tagħha, isegwi li l-prodotti mediċinali omeopatiċi kkummerċjalizzati b’indikazzjonijiet terapewtiċi jew taħt preżentazzjoni li jista’ jkollha xi riskji huma suġġetti għar-regoli normali tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali. |
|
28 |
Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, li jagħmel riferiment espress għall-Artikolu 69 tagħha, jistgħu jkunu suġġetti għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni speċjali u ssimplifikata biss il-prodotti mediċinali omeopatiċi li jissodisfaw tliet kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri li l-mod ta’ amministrazzjoni tagħhom ikun orali jew estern, li l-ebda indikazzjoni terapewtika partikolari ma tidher fuq it-tikketta jew f’xi informazzjoni li għandha x’taqsam mal-prodott mediċinali u li l-prodott mediċinali jkollu grad ta’ tiħlit li jiżgura s-sigurtà tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2005, Meta Fackler, C‑444/03, EU:C:2005:288, punt 16). |
|
29 |
Fit-tieni lok, l-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83 jaqa’ taħt it-Titolu V, intitolat “L-Ittikkettjar u l-Fuljett fil-Pakkett”. |
|
30 |
Konformement mal-punt 25 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, il-kelma “It-tikkettjar” għandha tinftiehem fis-sens li tagħmel riferiment għall-“[i]nformazzjoni fuq l-imballaġġ immedjat jew ta’ barra”. Fir-rigward tal-frażi “[i]l-Fuljett fil-pakkett”, il-punt 26 tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jiddefinixxiha bħala l-“Fuljett informattiv li jkun mal-prodott mediċinali”. |
|
31 |
Fir-rigward ta’ dan il-kunċett tal-aħħar, għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2001/83 jippreċiża li l-inklużjoni ta’ fuljett fl-imballaġġ tal-prodotti mediċinali kollha għandha tkun obbligatorja, sakemm l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 59 u 62 ta’ din id-direttiva ma tkunx mogħtija direttament fuq il-pakkett ta’ barra jew fuq l-imballaġġ immedjat. |
|
32 |
Sussegwentement, l-Artikolu 59(1) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi l-indikazzjonijiet, informazzjoni u struzzjonijiet li l-fuljett fil-pakkett għandu jinkludi, li fosthom hemm “l-istruzzjonijiet meħtieġa u normali għall-użu kif imiss”. Fost dawn hemm il-pożoloġija tal-prodott mediċinali. |
|
33 |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 62 ta’ din l-istess direttiva jipprevedi li l-fuljett fil-pakkett jista’ jinkludi wkoll, b’mod fakultattiv, informazzjoni oħra, b’mod partikolari informazzjoni kompatibbli mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li tkun ta’ siwi għall-pazjent, bl-esklużjoni ta’ kull element li jista’ jkun ta’ natura promozzjonali. |
|
34 |
Fit-tielet lok, fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-ittikkettjar tal-prodotti mediċinali omeopatiċi, l-Artikolu 68 tad-Direttiva 2001/83 jistipula r-regola skont liema, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69 ta’ din tal-aħħar, tali prodotti mediċinali għandhom ikunu identifikati b’riferiment għan-natura omeopatika tagħhom f’forma ċara u li tinqara, u ttikkettjati konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V ta’ din id-direttiva. |
|
35 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jitqies li r-regola fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2001/83 tikkostitwixxi regola ġenerali li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva jidderogaw minnha bħala regoli speċjali. |
|
36 |
Dwar l-imsemmija dispożizzjonijiet speċjali, l-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83 jiprevedi li l-ittikkettjar u, jekk ikun il-każ, il-fuljett fil-pakkett tal-prodott mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva għandu jkun fihom, b’mod obbligatorju u esklużivament, diversi tipi ta’ informazzjoni elenkata f’din id-dispożizzjoni. |
|
37 |
Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83 jirriżulta b’mod ċar li, qabelxejn, huma biss il-prodotti mediċinali omeopatiċi msemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza li huma s-suġġett tad-deroga fl-Artikolu 68 tal-imsemmija direttiva. |
|
38 |
Sussegwentement, fid-dawl tal-kliem “meta approprjat” użat fl-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83, moqri flimkien mal-Artikolu 58 ta’ din id-direttiva, il-fuljett fil-pakkett tal-prodott mediċinali kkonċernat huwa obbligatorju biss jekk l-informazzjoni li dan l-Artikolu 69(1) jagħmel riferiment għaliha ma tkunx tinsab direttament fuq l-imballaġġ ta’ barra tiegħu jew fuq l-imballaġġ immedjat. |
|
39 |
Fl-aħħar nett, mill-kliem “għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, u l-ebda oħra”, li jinsab ukoll fl-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83, isegwi li, minn naħa, fl-ipoteżi li l-fuljett fil-pakkett huwa obbligatorju, l-informazzjoni kollha elenkata f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar għandha neċessarjament tidher fl-imsemmi fuljett fil-pakkett u, min-naħa l-oħra, ma tiżdied ebda informazzjoni oħra magħha, bla ħsara, fil-każ li l-Istat Membru kkonċernat jeżiġi dan, ta’ dik elenkata b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 69(2) ta’ din id-direttiva. |
|
40 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-istruzzjonijiet dwar il-pożoloġija ma jissemmewx fost l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 69(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83. |
|
41 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, ebda struzzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’, minbarra l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 69(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83, tidher fuq il-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali omeopatiċi fis-sens tal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, u dan la direttament u lanqas indirettament, skont l-Artikolu 62 tal-imsemmija direttiva, li jawtorizza ż-żieda ta’ ċerta informazzjoni fakultattiva. |
|
42 |
Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li l-verżjoni fi-lingwa Pollakka tal-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83 tħalli barra l-avverbju “esklużivament”. |
|
43 |
Fil-fatt, il-ħtieġa ta’ applikazzjoni u, għaldaqstant, ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ att tal-Unjoni, teskludi li dan jitqies b’mod iżolat f’wieħed mill-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu, iżda teżiġi li jkun interpretat skont l-istruttura ġenerali u l-iskop tal-leġiżlazzjoni li tagħha jikkostitwixxi element (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd, C‑112/15, EU:C:2016:185, punt 36, u tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Polkomtel, C‑277/16, EU:C:2017:989, punt 59). |
|
44 |
Barra minn hekk, lil hinn mid-diversi elementi ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 69(1) tad-Direttiva 2001/83 li ġew żviluppati fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza, il-konklużjoni li tinsab fil-punt 41 tagħha hija kkorroborata mill-interess li tiġi protetta s-saħħa pubblika, li tikkostitwixxi, skont il-premessa 2 ta’ din id-direttiva, l-għan essenzjali ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni, distribuzzjoni jew użu tal-prodotti mediċinali. |
|
45 |
Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 8(3)(e) u (f) tal-imsemmija direttiva, l-informazzjoni dwar il-pożoloġija kif ukoll l-indikazzjonijiet terapewtiċi huma neċessarji fir-rigward tal-prodotti mediċinali li jeħtieġu awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, kuntrarjament għall-prodotti mediċinali omeopatiċi msemmija fl-Artikolu 69(1) ta’ din l-istess direttiva, li huma suġġetti biss għal proċedura ta’ reġistrazzjoni speċjali u ssimplifikata. |
|
46 |
Issa, f’dak li jirrigwarda dawn il-prodotti mediċinali tal-aħħar, li jiġi awtorizzat li l-fuljett fil-pakkett jinkludi, minbarra l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2001/83, l-istruzzjonijiet dwar il-pożoloġija, ikollu bħala effett li d-delimitazzjoni bejn dawn il-prodotti mediċinali u dawk li jeħtieġu awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq issir vaga, inċerta u inkonsekwenti, u jista’, fl-aħħar mill-aħħar, iwassal sabiex l-utenti jkunu żbaljati dwar il-karatteristiċi tal-prodott mediċinali kkonċernat. |
|
47 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2001/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-fuljett fil-pakkett imsemmi fl-Artikolu 69 tagħha jinkludi informazzjoni oħra differenti minn dik elenkata f’din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari struzzjoni dwar il-pożoloġija tal-prodotti mediċinali omeopatiċi kkonċernati mill-imsemmija dispożizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
|
48 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-fuljett fil-pakkett imsemmi fl-Artikolu 69 tagħha jinkludi informazzjoni oħra differenti minn dik elenkata f’din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari struzzjoni dwar il-pożoloġija tal-prodotti mediċinali omeopatiċi kkonċernati mill-imsemmija dispożizzjoni . |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.