This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CC0817
Opinion of Advocate General Pitruzzella delivered on 27 January 2022.#Ligue des droits humains ASBL v Conseil des ministres.#Request for a preliminary ruling from the Cour constitutionnelle.#Reference for a preliminary ruling – Processing of personal data – Passenger Name Record (PNR) data – Regulation (EU) 2016/679 – Article 2(2)(d) – Scope – Directive (EU) 2016/681 – Use of PNR data of air passengers of flights operated between the European Union and third countries – Power to include data of air passengers of flights operated within the European Union – Automated processing of those data – Retention period – Fight against terrorist offences and serious crime – Validity – Charter of Fundamental Rights of the European Union – Articles 7, 8 and 21 as well as Article 52(1) – National legislation extending the application of the PNR system to other transport operations within the European Union – Freedom of movement within the European Union – Charter of Fundamental Rights – Article 45.#Case C-817/19.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali G. Pitruzzella, ippreżentati fis-27 ta’ Jannar 2022.
Ligue des droits humains ASBL vs Conseil des ministres.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour constitutionnelle.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 2(2)(d) – Kamp ta’ applikazzjoni – Direttiva (UE) 2016/681 – Użu tad-data PNR tal-passiġġieri ta’ titjiriet tal-ajru operati bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi – Possibbiltà li tiġi inkluża d-data tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati fi ħdan l-Unjoni – Ipproċessar awtomatizzat ta’ din id-data – Perijodu ta’ żamma – Ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità serja – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 21 u kif ukoll l-Artikolu 52(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi l-applikazzjoni tas-sistema PNR għal trasport ieħor fi ħdan l-Unjoni – Libertà ta’ moviment fi ħdan l-Unjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 45.
Kawża C-817/19.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali G. Pitruzzella, ippreżentati fis-27 ta’ Jannar 2022.
Ligue des droits humains ASBL vs Conseil des ministres.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour constitutionnelle.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 2(2)(d) – Kamp ta’ applikazzjoni – Direttiva (UE) 2016/681 – Użu tad-data PNR tal-passiġġieri ta’ titjiriet tal-ajru operati bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi – Possibbiltà li tiġi inkluża d-data tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati fi ħdan l-Unjoni – Ipproċessar awtomatizzat ta’ din id-data – Perijodu ta’ żamma – Ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità serja – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 21 u kif ukoll l-Artikolu 52(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi l-applikazzjoni tas-sistema PNR għal trasport ieħor fi ħdan l-Unjoni – Libertà ta’ moviment fi ħdan l-Unjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 45.
Kawża C-817/19.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:65
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
PITRUZZELLA
ippreżentati fis‑27 ta’ Jannar 2022 ( 1 )
Kawża C‑817/19
Ligue des droits humains
vs
Il‑Kunsill tal‑Ministri
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Ipproċessar tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) – Regolament (UE) 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Direttiva (UE) 2016/681 – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u Artikolu 52(1)”
Werrej
I. Introduzzjoni |
|
II. Il‑kuntest ġuridiku |
|
A. Id‑dritt tal‑Unjoni |
|
1. Il‑Karta |
|
2. Ir‑RĠPD |
|
3. Id‑Direttiva PNR |
|
4. Atti oħra rilevanti tad‑dritt tal‑Unjoni |
|
B. Id‑dritt Belġjan |
|
C. Il‑kawża prinċipali, id‑domandi preliminari u l‑proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
III. Analiżi |
|
A. Fuq l‑ewwel domanda preliminari |
|
B. Fuq it‑tieni, it‑tielet, ir‑raba’, is‑sitt u t‑tmien domanda preliminari |
|
1. Fuq id‑drittijiet fundamentali stabbiliti fl‑Artikoli 7 u 8 tal‑Karta |
|
2. Fuq l‑indħil fid‑drittijiet fundamentali stabbiliti fl‑Artikoli 7 u 8 tal‑Karta |
|
3. Fuq il‑ġustifikazzjoni tal‑indħil li jirriżulta mid-Direttiva PNR |
|
a) Fuq l‑osservanza tar‑rekwiżit li kull limitazzjoni għall‑eżerċizzju ta’ dritt fundamentali previst mill‑Karta għandha tkun prevista mil‑liġi |
|
b) Fuq l‑osservanza tal‑kontenut essenzjali tad‑drittijiet stabbiliti fl‑Artikoli 7 u 8 tal‑Karta |
|
c) Fuq l‑osservanza tar‑rekwiżit li l‑indħil għandu jissodisfa għan ta’ interess ġenerali |
|
d) Fuq l‑osservanza tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità |
|
1) Fuq l‑adegwatezza tal‑ipproċessar tad‑data PNR imsemmi mid-Direttiva PNR fid‑dawl tal-għan imfittex |
|
2) Fuq in‑natura strettament neċessarja tal‑indħil |
|
i) Fuq id‑delimitazzjoni tal-iskopijiet tal‑ipproċessar tad‑data PNR |
|
ii) Fuq il‑kategoriji ta’ data PNR previsti mid-Direttiva PNR (it‑tieni u t‑tielet domanda preliminari) |
|
– Fuq in‑natura suffiċjentement ċara u preċiża tal‑punti 12 u 18 tal‑Anness I (it‑tielet domanda preliminari) |
|
– Fuq il‑portata tad‑data elenkata fl‑Anness I (it‑tieni domanda preliminari) |
|
– Fuq id‑data sensittiva |
|
iii) Fuq il‑kunċett ta’ “passiġġier” (ir‑raba’ domanda preliminari) |
|
iv) Fuq in‑natura suffiċjentement ċara, preċiża u limitata għal dak li huwa strettament neċessarju tal‑evalwazzjoni minn qabel tal‑passiġġieri (is‑sitt domanda preliminari) |
|
– Fuq l-ipparagunar ma’ databases fis‑sens tal‑Artikolu 6(3)(a) tad‑Direttiva PNR |
|
– Fuq l‑ipproċessar tad‑data PNR skont kriterji stabbiliti minn qabel |
|
– Fuq il‑garanziji marbuta mal‑ipproċessar awtomatizzat tad‑data PNR |
|
– Konklużjoni fuq is‑sitt domanda preliminari |
|
v) Fuq iż‑żamma tad‑data PNR (it‑tmien domanda preliminari) |
|
4. Konklużjonijiet dwar it‑tieni, it‑tielet, ir‑raba’, is‑sitt u t‑tmien domanda preliminari |
|
C. Fuq il‑ħames domanda preliminari |
|
D. Fuq is‑seba’ domanda preliminari |
|
E. Fuq id‑disa’ domanda preliminari |
|
F. Fuq l‑għaxar domanda preliminari |
|
IV. Konklużjoni |
I. Introduzzjoni
1. |
Permezz ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja sensiela ta’ għaxar domandi preliminari dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (iktar ’il quddiem ir-“RĠPD”) ( 2 ), kif ukoll dwar il-validità u l-interpretazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (iktar ’il quddiem id-“Direttiva PNR” ( 3 ) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad‑29 ta’ April 2004 dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (iktar ’il quddiem id-“Direttiva API” ( 4 ). Dawn id-domandi tqajmu fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru Ligue des droits humains (“LDH”), intiż għall-annullament totali jew parzjali tal-loi du 25 décembre 2016 relative au traitement des données des passagers (il-Liġi tal‑25 ta’ Diċembru 2016 dwar l-Ipproċessar tad-Data tal-Passiġġieri, iktar ’il quddiem il-“Liġi PNR”) ( 5 ), li tittrasponi fid-dritt Belġjan id-Direttiva PNR kif ukoll id-Direttiva API. |
2. |
Id-domandi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi f’din il-kawża jaqgħu fil-kuntest ta’ waħda mid-dilemmi prinċipali tal-kostituzzjonaliżmu liberali demokratiku kontemporanju: kif għandu jiġi ddefinit il-bilanċ bejn l-individwu u l-kollettività fl-era tad-data, meta t-teknoloġiji diġitali ppermettew il-ġbir, iż-żamma, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ masses enormi ta’ data personali għal finijiet predittivi? L-algoritmi, l-analiżi tal-big data u l-intelliġenza artifiċjali użati mill-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jservu sabiex jippromwovu u jipproteġu l-interessi fundamentali tas-soċjetà, b’effiċjenza li fil-passat kienet inimmaġinabbli: mill-protezzjoni tas-saħħa pubblika sas-sostenibbiltà ambjentali, mill-ġlieda kontra t-terroriżmu sal-prevenzjoni tal-kriminalità, b’mod partikolari l-kriminalità serja. Fl-istess ħin, il-ġbir indifferenzjat ta’ data personali u l-użu ta’ teknoloġiji diġitali mill-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu lok għal panottikon diġitali, jiġifieri awtorità pubblika li tara kollox mingħajr ma tidher. Setgħa omnixxenti li tista’ tikkontrolla u tipprevedi l-imġieba ta’ kulħadd u tieħu l-miżuri meħtieġa, sar-riżultat paradossali, impenġi minn Steven Spielberg fil-film Minority Report, li titneħħa l-libertà b’mod preventiv lil awtur ta’ reat li jkun għadu ma twettaqx. Kif wieħed jaf, f’ċerti pajjiżi, is-soċjetà tipprevali fuq l-individwu u l-użu tad-data personali jippermetti b’mod leġittimu li titwettaq sorveljanza tal-massa effettiva intiża li tipproteġi interessi pubbliċi kkunsidrati bħala fundamentali. Għall-kuntrarju, il-kostituzzjonaliżmu Ewropew — nazzjonali u supranazzjonali — mal-post ċentrali mogħti lill-individwu u lil-libertajiet tiegħu, joħloq ostakolu sinjifikattiv għall-bidu ta’ soċjetà tas-sorveljanza tal-massa, speċjalment wara r-rikonoxximent tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali. Madankollu, sa fejn dan l-ostakolu jista’ jiġi stabbilit mingħajr ma jiġu serjament ippreġudikati ċerti interessi fundamentali tas-soċjetà — bħal dawk imsemmija qabel bħala eżempju — li jistgħu madankollu jkollhom rabtiet kostituzzjonali? Ninsabu fil-qalba tal-kwistjoni tar-relazzjoni bejn individwu u kollettività fis-soċjetà diġitali. Kwistjoni li teħtieġ, minn naħa, it-tfittxija u l-implimentazzjoni ta’ bilanċi delikati bejn l-interessi tal-kollettività u d-drittijiet tal-individwi, billi wieħed jitlaq mill-importanza assoluta li dawn tal-aħħar għandhom fil-patrimonju kostituzzjonali Ewropew, u min-naħa l-oħra, l-istabbiliment ta’ garanziji kontra l-abbużi. Hawnhekk ukoll, ninsabu fil-kuntest tal-verżjoni kontemporanja ta’ tema klassika tal-kostituzzjonaliżmu, għaliex, kif afferma b’mod konċiż Le Fédéraliste, il-bnedmin ma humiex anġli u dan huwa għaliex huma meħtieġa mekkaniżmi ġuridiċi sabiex tiġi limitata u kkontrollata s-setgħa pubblika. |
3. |
Dawn huma l-kwistjonijiet ta’ natura ġenerali li jaqgħu fil-kuntest ta’ dawn il-konklużjonijiet, li jistgħu biss jinterpretaw id-dritt tal-Unjoni, fid-dawl tal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, bl-użu ta’ tekniki stabbiliti sew, li fosthom hemm dik tal-interpretazzjoni konformi. Teknika li ta’ spiss ser tintuża, meta dan ikun jidher ġuridikament possibbli, f’dawn il-konklużjonijiet, bil-għan li jinsab il-bilanċ neċessarju, mill-perspettiva kostituzzjonali, bejn l-iskopijiet pubbliċi li fuqhom hija bbażata s-sistema ta’ trasferiment, ta’ ġbir u ta’ pproċessar tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (iktar ’il quddiem id-“data PNR) u d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
II. Il‑kuntest ġuridiku
A. Id‑dritt tal‑Unjoni
1. Il‑Karta
4. |
Skont l-Artikolu 7 tal-Karta: “[k]ull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-kommunikazzjonijiet tagħha”. |
5. |
Skont l-Artikolu 8 tal-Karta “1. Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha. 2. Din id-data għandha tiġi trattata b’mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li għandha x’taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha. 3. L-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti”. |
6. |
Skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta “[k]ull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet. Bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn”. |
2. Ir‑RĠPD
7. |
L-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq “mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika”. |
8. |
Skont l-Artikolu 23(1)(d) tar-RĠPD: “Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew il-proċessur tad-data tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikolu 34, kif ukoll l-Artikolu 5 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 12 sa 22, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’: […]
|
3. Id‑Direttiva PNR
9. |
Iktar ’il quddiem ser nagħti biss stampa qasira tal-funzjonament tas-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR. Iktar dettalji dwar il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva PNR rilevanti għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għad-domandi preliminari ser jingħataw matul l-analiżi ġuridika. |
10. |
Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva PNR, adottata abbażi tal-Artikolu 82(1)(d) TFUE u tal-Artikolu 87(2)(a) TFUE, torganizza, fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, sistema ta’ trasferiment, mit-trasportaturi tal-ajru, tad-data PNR ta’ titjiriet barra l-UE ( 6 ), kif ukoll ta’ ġbir, ta’ pproċessar u ta’ żamma ta’ din id-data mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja. |
11. |
Skont il-punt 5 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, ir-“reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri” jew “PNR” huwa “reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta’ kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li l-prenotazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl-ajru tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f’isem persuna, kemm jekk inkluża [inkluż] fuq sistema ta’ prenotazzjoni, sistemi tal-kontroll tat-tluq, użati biex jiġu kkontrollati passiġġieri fuq titjiriet, jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonalitajiet”. |
12. |
L-Anness I tad-Direttiva PNR (iktar ’il quddiem l-“Anness I”), jelenka d-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri kif miġbura mit-trasportaturi tal-ajru, li hija s-suġġett ta’ trasferiment fis-sens u skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva. |
13. |
L-Anness II tad-Direttiva PNR (iktar ’il quddiem l-“Anness II”) jinkludi lista ta’ reati li jikkostitwixxu “kriminalità serja” fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 3ta’ din id-direttiva. |
14. |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva PNR jipprevedi l-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jiddeċiedu li japplikaw din id-direttiva wkoll għat-“titjiriet ġewwa l-UE” ( 7 ) jew għal xi wħud minnhom, meqjusa “neċessarji” sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-imsemmija direttiva. |
15. |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva PNR, “[k]ull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ kriminalità serja u jew fergħa ta’ din l-awtorità, biex taġixxi bħala l-unità tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri (“PIU”) tiegħu”. Konformement mal-Artikolu 4(2)(a), il-PIU hija b’mod partikolari responsabbli għall-ġbir tad-data PNR mingħand it-trasportaturi tal-ajru, għaż-żamma u għall-ipproċessar ta’ din id-data, kif ukoll għat-trasferiment ta’ din id-data jew tar-riżultat tal-ipproċessar tagħha lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva PNR. Skont l-Artikolu 7(2), dawn l-awtoritajiet huma “awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew kriminalità serja” ( 8 ). |
16. |
Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva PNR, “[f]ejn id-data tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-ajru tinkludi data minbarra dik elenkata fl-Anness I, il-PIU għandha tħassar tali data immedjatament u permanentement malli tasal”. L-Artikolu 6(2) huwa fformulat kif ġej: “2. Il-PIU għandha tipproċessa d-data tal-PNR biss għall-finijiet li ġejjin:
|
17. |
L-Artikolu 12 tad-Direttiva PNR jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma tad-data PNR. |
18. |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva PNR jipprevedi li kull PIU għandha taħtar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data inkarigat mill-kontroll tal-ipproċessar tad-data PNR u mill-implimentazzjoni tal-garanziji rilevanti. Barra minn hekk, kull Stat Membru huwa obbligat, skont l-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, li jinkariga lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI ( 9 ), issostitwita bid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-Pulizija”) ( 10 ), tissorvelja l-applikazzjoni, fit-territorju tiegħu, tad-dispożizzjonijiet adottati skont l-imsemmija direttiva. Din l-awtorità, li teżerċita l-kompiti tagħha bil-għan li tipproteġi d-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-ipproċessar tad-data personali ( 11 ), hija inkarigata, b’mod partikolari, minn naħa, li tittratta l-ilmenti mressqa minn kull persuna kkonċernata, li tinvestiga l-każ u li tinforma lill-persuna kkonċernata bl-istat ta’ progress tal-fajl u bl-eżitu tal-ilment f’terminu raġonevoli u, min-naħa l-oħra, li tivverifika l-legalità tal-ipproċessar tad-data, li twettaq investigazzjonijiet, spezzjonijiet u awditi skont id-dritt nazzjonali, fuq inizjattiva tagħha stess jew billi tibbaża ruħa fuq ilment ( 12 ). |
4. Atti oħra rilevanti tad‑dritt tal‑Unjoni
19. |
Il-kuntest ġuridiku ta’ din il-kawża huwa kkompletat bid-Direttiva API u d-Direttiva tal-Pulizija. Għal raġunijiet ta’ leġibbiltà ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-kontenut tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn l-atti ser jiġi espost sa fejn dan jirriżulta neċessarju għat-trattament tad-domandi li jikkonċernawhom jew, b’mod iktar ġenerali, għall-ħtiġijiet tal-analiżi ġuridika. |
B. Id‑dritt Belġjan
20. |
Skont l-Artikolu 22 tal-Constitution Belge (il-Kostituzzjoni Belġjana), “[k]ull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ħlief fil-każijiet u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi”. |
21. |
Skont l-Artikolu 2 tagħha, il-Liġi PNR tittrasponi d-Direttiva API u d-Direttiva PNR, kif ukoll, parzjalment, id-Direttiva 2010/65/UE ( 13 ). |
22. |
Skont l-Artikolu 3(1) tagħha, il-Liġi PNR “tiddetermina l-obbligi tat-trasportaturi u tal-operaturi tal-ivvjaġġar relatati mat-trażmissjoni tad-data tal-passiġġieri għad-destinazzjoni ta’, ġejjin minn u li jkunu qegħdin jgħaddu mit-territorju nazzjonali”. Skont il-punti 1 u 2 tal-Artikolu 4 ta’ din il-liġi, “trasportatur” tfisser “kull persuna fiżika jew ġuridika li tiżgura, b’mod professjonali, it-trasport ta’ persuni bl-ajru, bil-baħar, bil-ferrovija jew bl-art” u “operatur tal-ivvjaġġar” tfisser “kull organizzatur jew intermedjarju tal-ivvjaġġar, fis-sens tal-loi du 16 février 1994 régissant le contrat d’organisation de voyages et le contrat d’intermédiaire de voyages (il-Liġi tas‑16 ta’ Frar 1994 li Tirregola l-Kuntratt ta’ Organizzazzjoni ta’ Vjaġġi u l-Kuntratt ta’ Intermedjarju tal-Ivvjaġġar)”. |
23. |
L-Artikolu 8 tal-Liġi PNR jipprovdi: “§ l. Id-data tal-passiġġieri għandha tiġi pproċessata għall-finijiet: 1° tat-tfittixija u tal-prosekuzzjoni, inkluż l-eżekuzzjoni tal-pieni jew tal-miżuri li jirrestrinġu l-libertà, relatati mar-reati msemmija fl-Artikolu 90ter, § 2 [...] 7°, [...] 8°, [...] 11°, [...] 14°, [...] 17°, 18°, 19°, u § 3, tal-Code d’instruction criminelle (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali); 2° tat-tfittxija u tal-prosekuzzjoni, inkluż l-eżekuzzjoni tal-pieni jew tal-miżuri li jirrestrinġu l-libertà, relatati mar-reati msemmija fl-Artikoli 196, fir-rigward tar-reati ta’ falsifikazzjoni ta’ skritturi awtentiċi u pubbliċi, 198, 199, 199bis, 207, 213, 375 u 505 tal-Code pénal (il-Kodiċi Kriminali); 3° tal-prevenzjoni tal-problemi serji għas-sigurtà pubblika fil-kuntest tar-radikalizzazzjoni vjolenti permezz tal-monitoraġġ tal-fenomeni u tar-raggruppamenti skont l-Artikolu 44/5, § 1, 2° u 3° u § 2, tal-loi du 5 août 1992 sur la fonction de police (il-Liġi tal‑5 ta’ Awwissu 1992 dwar il-Funzjoni tal-Pulizija); 4° tal-monitoraġġ tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 7, 1° u 3°/1, u 11, § l, 1° sa 3° u 5°, tal-loi du 30 novembre 1998 organique des services de renseignement et de sécurité (il-Liġi tat‑30 ta’ Novembru 1998 Bażika tas-Servizzi tal-Intelliġenza u tas-Sigurtà) ( 14 ); 5° tat-tfittxija u tal-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikolu 220, § 2, tal-loi générale sur les douanes et accises du 18 juillet 1977 (il-Liġi Ġenerali dwar id-Dwana u d-Dazji tas-Sisa tat‑18 ta’ Lulju 1977) u fl-Artikolu 45(3) tal-loi du 22 décembre 2009 relative au régime général d’accise (il-Liġi tat‑22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-Sistema Ġenerali tad-Dazju tas-Sisa) […]. § 2. Taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 11, id-data tal-passiġġieri għandha tiġi pproċessata wkoll għall-finijiet tat-titjib tal-kontrolli tal-persuni fil-fruntieri esterni u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali”. |
24. |
L-Artikolu 9 tal-Liġi PNR jinkludi l-lista tad-data li hija s-suġġett ta’ trasferiment. Din id-data tikkorrispondi għal dik elenkata fl-Anness I. |
25. |
Skont l-Artikolu 18 tal-Liġi PNR, “id-data tal-passiġġieri għandha tinżamm fid-databank tal-passiġġieri għal tul massimu ta’ ħames snin li jibda jiddekorri mir-reġistrazzjoni tagħha. Fi tmiem dan il-perijodu, din għandha tinqered”. |
26. |
L-Artikolu 19 ta’ din il-liġi jipprevedi li “[f]l-iskadenza ta’ perijodu ta’ sitt xhur, b’effett mir-reġistrazzjoni tad-data tal-passiġġieri fid-databank tal-passiġġieri, id-data kollha tal-passiġġieri għandha tiġi ddepersonalizzata, permezz tal-ħabi tal-elementi ta’ informazzjoni”. |
27. |
L-Artikolu 24 tal-Liġi PNR jipprevedi: “§ 1. Id-data tal-passiġġieri għandha tiġi pproċessata bil-għan li ssir evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri qabel il-wasla tagħhom, it-tluq tagħhom jew it-tranżitu tagħhom previst fit-territorju nazzjonali sabiex jiġi ddeterminat liema persuni għandhom jiġu suġġetti għal eżami iktar fil-fond. § 2. Fil-kuntest tal-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 8, § l, 1°, 4° u 5°, jew relatati mat-theddid imsemmi fl-Artikolu 8, 1°, a), b), c), d), f), g), u 11, § 2, tal-Liġi tat‑30 ta’ Novembru 1998 Bażika tas-Servizzi tal-Intelliġenza u tas-Sigurtà, l-evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri għandha tkun ibbażata fuq korrispondenza pożittiva, li tkun tirriżulta minn korrelazzjoni tad-data tal-passiġġieri ma’:
§ 3. Fil-kuntest tal-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 8, § l, 3°, l-evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri għandha tkun ibbażata fuq korrispondenza pożittiva, li tkun tirriżulta minn korrelazzjoni tad-data tal-passiġġieri mad-databanks imsemmija fil-§ 2, 1°. […]” |
28. |
L-Artikolu 25 tal-Liġi PNR jirriproduċi l-kontenut tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR. |
29. |
Il-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR jinkludi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri għall-finijiet tat-titjib tal-kontroll fil-fruntieri u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu t-traspożizzjoni fid-dritt Belġjan tad-Direttiva API. |
30. |
L-Artikolu 44 tal-Liġi PNR jipprevedi li l-PIU għandha taħtar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data fi ħdan is-Servizz Pubbliku Federali Intern. Is-sorveljanza dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi PNR hija eżerċitata mill-Commission de la protection de la vie privée (il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Ħajja Privata). |
31. |
L-Artikolu 51 tal-Liġi PNR jemenda l-Liġi tat‑30 ta’ Novembru 1998 Bażika tas-Servizzi tal-Intelliġenza u tas-Sigurtà, billi jinkludi l-Artikolu 16/3 li huwa redatt kif ġej: “§ 1. Is-servizzi tal-intelliġenza u tas-sigurtà jistgħu, fl-interess tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, jiddeċiedu b’mod debitament motivat li jaċċedu għad-data tal-passiġġieri msemmija fl-Artikolu 7 tal-Liġi [PNR]. § 2. Id-deċiżjoni msemmija fil-§ 1 għandha tittieħed mid-direttur tas-servizz u kkomunikata bil-miktub lill-Unità ta’ Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-Kapitolu 7 tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat Permanenti R bil-motivazzjoni tagħha. Il-Kumitat Permanenti R jipprojbixxi lis-servizzi tal-intelliġenza u tas-sigurtà milli jużaw id-data miġbura fil-kundizzjonijiet li ma josservawx il-kundizzjonijiet legali. Id-deċiżjoni tista’ tirrigwarda sett ta’ data relatata ma’ investigazzjoni ta’ informazzjoni speċifika. F’dan il-każ, il-lista tal-konsultazzjonijiet tad-data tal-passiġġieri għandha tiġi kkomunikata darba fix-xahar lill-Kumitat Permanenti R.” |
C. Il‑kawża prinċipali, id‑domandi preliminari u l‑proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
32. |
Permezz ta’ att ippreżentat quddiem il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) fl‑24 ta’ Lulju 2017, il-LDH ippreżentat rikors intiż għall-annullament totali jew parzjali tal-Liġi PNR. Insostenn tar-rikors tagħha, hija invokat żewġ motivi. |
33. |
Permezz tal-ewwel motiv tagħha, imressaq b’mod prinċipali u bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni Belġjana, moqri flimkien mal-Artikolu 23 tar-RĠPD, mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta kif ukoll mal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), il-LDH tqis li l-liġi kkontestata ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u tal-kategoriji ta’ data msemmija, tal-ipproċessar ta’ data li hija tistabbilixxi, tal-iskopijiet tagħha u tat-tul ta’ żamma tad-data. B’mod partikolari, hija ssostni li d-definizzjoni tad-data PNR hija wiesgħa wisq u tista’ twassal għall-iżvelar ta’ data sensittiva, u li d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “passiġġier” li tinsab f’din il-liġi tippermetti pproċessar sistematiku mhux immirat tad-data tal-passiġġieri kollha kkonċernati. Barra minn hekk, il-LDH tikkunsidra li l-Liġi PNR ma tiddefinixxix b’mod suffiċjentement ċar in-natura u l-modalitajiet tal-metodu ta’ pre‑screening tad-databanks tal-passiġġieri kif ukoll il-kriterji li jservu ta’ “indikaturi ta’ theddida”. Fl-aħħar nett, hija tal-opinjoni li l-Liġi PNR teċċedi l-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju, fis-sens li tfittex skopijiet ta’ pproċessar tad-data PNR usa’ minn dawk ammessi mid-Direttiva PNR u li l-perijodu ta’ ħames snin għaż-żamma tad-data PNR huwa sproporzjonat. Permezz tat-tieni motiv tagħha, imressaq sussidjarjament u bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni Belġjana, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) TUE u mal-Artikolu 45 tal-Karta, il-LDH tikkontesta d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR li jittrasponu d-Direttiva API. |
34. |
Il-Conseil des ministres du Royaume de Belgique (il-Kunsill tal-Ministri tar-Renju tal-Belġju), bħala intervenjent quddiem il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali), jopponi r-rikors tal-LDH, billi jikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza taż-żewġ motivi mqajma insostenn tiegħu. |
35. |
Il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali), min-naħa tagħha, tressaq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin. |
36. |
Fir-rigward tal-ewwel motiv, hija tistaqsi, qabel kollox, dwar jekk id-definizzjoni tad-data PNR, li tinsab fl-Anness I, hijiex suffiċjentement ċara u preċiża. Id-deskrizzjoni ta’ xi wħud minn din id-data hija ta’ natura eżemplari u mhux eżawrjenti. Sussegwentement, l-imsemmija qorti tirrileva li d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “passiġġier” li tinsab fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR tinvolvi l-ġbir, it-trasferiment, l-ipproċessar u ż-żamma tad-data PNR ta’ kull persuna ttrasportata jew li għandha tiġi ttrasportata u inkluża fil-lista tal-passiġġieri, indipendentement mill-eżistenza ta’ raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata wettqet reat jew hija fil-punt li twettaq reat, jew kienet instabet ħatja ta’ reat. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data PNR, hija tosserva li din tal-aħħar hija sistematikament suġġetta għal evalwazzjoni minn qabel li timplika l-kontroreferenza tad-data PNR tal-passiġġieri kollha ma’ databanks jew kriterji stabbiliti minn qabel, bil-għan li jiġu stabbiliti korrispondenzi. Madankollu, il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tippreċiża li, għalkemm il-kriterji għandhom ikunu speċifiċi, affidabbli u nondiskriminatorji, kien jidher teknikament impossibbli għaliha li tiddefinixxi iktar il-kriterji stabbiliti minn qabel li jservu għad-determinazzjoni ta’ profili ta’ riskju. F’dak li jirrigwarda l-perijodu ta’ żamma tad-data PNR previst fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva PNR skont liema l-imsemmija data tista’ tinżamm għal perijodu ta’ ħames snin, il-qorti tar-rinviju tqis li d-data PNR tinżamm mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-kwistjoni dwar jekk il-passiġġieri kkonċernati jistgħux, fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel, jew le jkunu ta’ riskju għas-sigurtà pubblika. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza li tirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Tele2 Sverige u Watson et ( 15 ) u mill-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017 ( 16 ), is-sistema ta’ ġbir, ta’ trasferiment, ta’ pproċessar u ta’ żamma tad-data PNR stabbilita mid-Direttiva PNR tistax titqies bħala li ma taqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju. F’dan il-kuntest, din il-qorti tistaqsi, ukoll, dwar jekk id-Direttiva PNR tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 8(1)(4) tal-Liġi PNR, li tawtorizza l-ipproċessar tad-data PNR għal skop differenti minn dawk previsti minn din id-direttiva. Fl-aħħar nett, hija tistaqsi jekk il-PIU tistax titqies bħala “awtorità nazzjonali oħra” li tista’, skont l-Artikolu 12(3)(b)(ii) tad-Direttiva PNR, tawtorizza l-komunikazzjoni tad-data PNR kollha wara perijodu ta’ sitt xhur. Fir-rigward tat-tieni motiv, il-qorti tar-rinviju tirrileva li dan huwa dirett kontra l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 8(2) kif ukoll l-Artikoli 28 sa 31 tal-Liġi PNR li tirregola l-ġbir u l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u tat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri. Filwaqt li tfakkar li, skont l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, din il-liġi tkopri t-titjiriet lejn it-territorju nazzjonali, li ġejjin minnu u li jkunu qegħdin jgħaddu minnu, din il-qorti tippreċiża li l-leġiżlatur nazzjonali kien inkluda t-titjiriet “ġewwa l-UE” fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija liġi sabiex jikseb “stampa iktar kompleta tal-passiġġieri li jikkostitwixxu theddida potenzjali għas-sigurtà [fi ħdan l-Unjoni] u nazzjonali”, billi bbaża ruħu fuq il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva PNR, moqri flimkien mal-premessa 10 tagħha. |
37. |
Huwa f’dan il-kuntest li l-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
38. |
Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub, skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mil-LDH, mill-Gvern Belġjan, Ċek, Daniż, Ġermaniż, Estonjan, Irlandiż, Spanjol, Franċiż, Ċiprijott, Latvjan, Olandiż, Awstrijak, Pollakk, Finlandiż, kif ukoll mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ġew mistiedna jwieġbu bil-miktub għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja. Inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali fit‑13 ta’ Lulju 2021. |
III. Analiżi
A. Fuq l‑ewwel domanda preliminari
39. |
Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD għandux jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu, li jipprovdi li d-dritt tal-Unjoni jew id-drittijiet tal-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, jillimitaw, għal raġunijiet elenkati b’mod eżawrjenti, il-portata tal-obbligi u tad-drittijiet previsti mill-imsemmi regolament, japplikax għall-ipproċessar ta’ data mwettaq abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-Liġi PNR, li tittrasponi fid-dritt nazzjonali d-Direttiva PNR kif ukoll id-Direttiva API u d-Direttiva 2010/65. |
40. |
L-Artikolu 2(2), tar-RĠPD jipprevedi eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, kif iddefinit, b’mod wiesa’ ħafna ( 17 ), fl-Artikolu 2(1) tiegħu ( 18 ). Bħala derogi mill-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirregola l-ipproċessar ta’ data personali li tista’ tikser il-libertajiet fundamentali, dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod strett ( 19 ). |
41. |
L-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD jinkludi, b’mod partikolari, klawżola ta’ esklużjoni li skontha dan ir-regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq “mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika”. Din il-klawżola ta’ esklużjoni hija bbażata fuq kriterju doppju suġġettiv u oġġettiv. Huwa għalhekk eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament l-ipproċessar ta’ data mwettaq, l-ewwel, mill-“awtoritajiet kompetenti”, u, it-tieni, għall-finijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, id-diversi tipi ta’ pproċessar ta’ data koperti mil-Liġi PNR għandhom jiġu evalwati fir-rigward ta’ dan il-kriterju doppju. |
42. |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ipproċessar ta’ data mwettaq mit-trasportaturi (tal-ajru, ferrovjarji, terrestri u marittimi) lill-PIU jew mill-operaturi tal-ivvjaġġar għall-finijiet ta’ provvista ta’ servizz jew kummerċjali, inkwantu previst mill-imsemmija liġi, dan jibqa’ rregolat mir-RĠPD, peress li la l-aspett suġġettiv u lanqas l-aspett oġġettiv tal-kriterju ta’ esklużjoni li jinsab fl-Artikolu 2(2)(d) ta’ dan ir-regolament ma huma ssodisfatti. |
43. |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tat-trasferiment mit-trasportaturi jew mill-operaturi tal-ivvjaġġar tad-data PNR lill-PIU, li jikkostitwixxi, fih innifsu, “ipproċessar” fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD ( 20 ), l-inklużjoni tiegħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament hija inqas evidenti. |
44. |
Fil-fatt, minn naħa, dan it-trasferiment ma jsirx minn “awtorità kompetenti” fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija, li għalih għandu jsir riferiment b’analoġija, fin-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ dan il-kunċett mir-RĠPD ( 21 ). Operatur ekonomiku, bħal kumpanija tat-trasport jew aġenzija tal-ivvjaġġar, li għandu biss obbligu legali ta’ trasferiment ta’ data personali u li ma jkun ġie fdat bl-ebda prerogattiva ta’ poter pubbliku ( 22 ), ma jistax jitqies bħala korp jew entità fis-sens ta’ tal-imsemmi Artikolu 3(7)(b) ( 23 ). |
45. |
Għall-kuntrarju, it-trasferiment tad-data PNR mill-kumpanniji tat-trasport u mill-operaturi tal-ivvjaġġar isir sabiex jiġi eżegwit obbligu impost mil-liġi bil-għan li jitwettqu l-finijiet elenkati fl-Artikolu 2(2)(d) tal-RĠPD. |
46. |
Issa, fil-fehma tiegħi, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li huwa biss l-ipproċessar li jissodisfa kemm l-aspett suġġettiv kif ukoll l-aspett oġġettiv tal-kriterju ta’ esklużjoni li hija tistabbilixxi li jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-RĠPD. It-trasferiment tad-data PNR lill-PIU impost mil-Liġi PNR fuq il-kumpanniji ta’ trasport u fuq l-operaturi tal-ivvjaġġar jaqa’ għalhekk taħt dan ir-regolament. |
47. |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi PNR li tittrasponi d-Direttiva PNR, din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-Artikolu 21(2) ta’ din id-direttiva, li jipprevedi li din “hija mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tad-Direttiva 95/46/KE ( 24 ) għall-ipproċessar ta’ data personali minn operaturi tal-ajru”. L-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li jissuġġerixxi, b’mod partikolari, il-Gvern Franċiż, li skontha din sempliċement tipprevedi li t-trasportaturi jibqgħu suġġetti għall-obbligi stabbiliti mir-RĠPD għall-ipproċessar ta’ data li ma huwiex previst mid-Direttiva PNR, għandha fil-fehma tiegħi tiġi miċħuda. Fil-fatt, fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, il-portata ta’ din il-“klawżola ta’ nuqqas ta’ preġudizzju” hija wiesgħa u hija ddefinita biss b’riferiment għall-awtur tal-ipproċessar, peress li ebda riferiment ma jsir għall-iskop tal-ipproċessar jew għall-kuntest li fih dan iseħħ, jekk dan iseħħx fl-eżerċizzju tal-attività kummerċjali tat-trasportatur tal-ajru jew b’eżekuzzjoni ta’ obbligu legali. Nosserva, barra minn hekk, li klawżola tal-istess kontenut tinsab fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva PNR, li tirreferi b’mod partikolari għall-obbligi li jaqgħu fuq it-trasportaturi tal-ajru taħt ir-RĠPD “li jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi biex jipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità ta’ data personali”. Issa, din id-dispożizzjoni tinsab fost dawk li jorganizzaw il-protezzjoni tad-data personali pproċessata skont id-Direttiva PNR u ssegwi l-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, li, b’mod ġenerali, jissuġġetta kull ipproċessar ta’ data mwettaq b’applikazzjoni tagħha għad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977 imsemmija fiha. Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Franċiż, tali arranġament normattiv jippermetti, minn naħa, li l-Artikolu 13(3) jinqara bħala klawżola li twassal taħt ir-RĠPD l-uniku pproċessar ta’ data previst mid-Direttiva PNR li ma jsirx minn “awtoritajiet kompetenti” fis-sens tad-Direttiva tal-Pulizija u, min-naħa l-oħra, li r-riferiment għall-osservanza tal-obbligi imposti mill-imsemmi regolament fil-qasam tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità tad-data jinftiehem bħala tfakkira tal-garanziji obbligatorjament marbuta mat-trasferiment tad-data PNR mit-trasportaturi lill-PIU. |
48. |
Il-konklużjoni stabbilita fil-punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet ma hijiex ikkontestata mill-premessa 19 tar-RGPD u mill-premessa 11 tad-Direttiva tal-Pulizija, li għalihom jagħmlu riferiment, fost oħrajn, il-Gvern Ġermaniż, Irlandiż u dak Franċiż sabiex isostnu n-natura ta’ lex specialis tad-Direttiva PNR. F’dan ir-rigward, huwa ċertament minnu li din id-direttiva tistabbilixxi, għall-ipproċessar ta’ data personali li hija tkopri, qafas ta’ protezzjoni ta’ din id-data awtonomu mir-RĠPD. Madankollu, dan il-qafas speċifiku japplika biss għall-ipproċessar tad-data PNR imwettaq mill-“awtoritajiet kompetenti” fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija, li fosthom hemm b’mod partikolari l-PIU, filwaqt li t-trasferiment tad-data PNR lill-PIU jibqa’ suġġett għall-qafas ġenerali stabbilit mir-RĠPD b’applikazzjoni, fost oħrajn, tal-“klawżola ta’ nuqqas ta’ preġudizzju” prevista fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva PNR. |
49. |
Insostenn tal-argument tagħhom li r-RĠPD ma japplikax għat-trasferiment tad-data PNR lill-PIU mit-trasportaturi u mill-operaturi tal-ivvjaġġar, il-Gvern Belġjan, Irlandiż, Franċiż u dak Ċiprijott jirreferu għas-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni ( 25 ), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-trasferiment tad-data PNR minn trasportaturi tal-ajru Komunitarji lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika, fil-kuntest ta’ ftehim innegozjat bejn dawn tal-aħħar u l-Komunità Ewropea, kien jikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali fi ħdan it-tifsira tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 ( 26 ) u għalhekk ma kienx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni l-iskop tat-trasferiment kif ukoll il-fatt li dan “[kien] isir f’kuntest stabbilit mill-awtoritajiet pubbliċi”, minkejja li d-data kienet miġbura u ttrasferita minn operaturi privati ( 27 ). |
50. |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li wieħed jinnota li, fis-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et ( 28 ), il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment qieset is-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill bħala mhux trasponibbli fil-kuntest tar-RĠPD ( 29 ). |
51. |
Barra minn hekk, fil-punt 102 tas-sentenza La Quadrature du Net ( 30 ), b’applikazzjoni b’analoġija tar-raġunament segwit fis-sentenzi Tele2 Sverige u tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal ( 31 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, “għalkemm [ir-RĠPD] jispjega, fl-Artikolu 2(2)(d) tiegħu, li ma japplikax għall-ipproċessar imwettaq ‘mill-awtoritajiet kompetenti’ għal finijiet, b’mod partikolari, ta’ prevenzjoni u ta’ skoperta ta’ reati kriminali, inkluż il-protezzjoni kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni ta’ tali theddid, mill‑Artikolu 23(1)(d) u (h) tal-istess regolament jirriżulta li l‑ipproċessar ta’ data personali għal dawn l-istess raġunijiet minn individwi jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament” ( 32 ). |
52. |
Għar-raġunijiet diġà esposti, jiena persważ li l-konklużjoni li skontha t-trasferiment tad-data PNR mill-kumpanniji tat-trasport u mill-operaturi tal-ivvjaġġar lill-PIU jaqa’ taħt ir-RĠPD tirriżulta diġà b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD, li jirreferi biss għall-ipproċessar imwettaq minn “awtoritajiet kompetenti”, mingħajr ma jkun neċessarju li jsir riferiment għall-klawżola ta’ limitazzjoni li tinsab fl-Artikolu 23(1) tal-imsemmi regolament ( 33 ). Madankollu, l-affermazzjoni li tinsab fil-punt 102 tas-sentenza La Quadrature du Net tikkostitwixxi teħid ta’ pożizzjoni ċara mill-Qorti tal-Ġustizzja favur tali konklużjoni. |
53. |
Peress li t-trasferiment tad-data PNR mill-kumpanniji tat-trasport u mill-operaturi tal-ivvjaġġar jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-RĠPD, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-Liġi PNR, li tobbliga lil dawn il-kumpanniji u lil dawn l-operaturi jwettqu tali trasferiment, tikkostitwixxi “miżura leġiżlattiva” skont l-Artikolu 23(1)(d) tar-RĠPD u għandha, għaldaqstant, tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni ( 34 ). |
54. |
Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-ipproċessar tad-data PNR imwettaq mill-PIU u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-applikabbiltà tar-RĠPD tiddependi, kif jirriżulta mill-iżviluppi preċedenti, mill-iskopijiet li dan l-ipproċessar ifittex. |
55. |
Għalhekk, l-ewwel, l-ipproċessar ta’ data PNR imwettaq mill-PIU u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-iskopijiet elenkati fl-Artikolu 8(1)(1) sa (3) u (5) tal-Liġi PNR ( 35 ), huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-RĠPD sa fejn, kif jidher li huwa l-każ, l-imsemmija skopijiet jaqgħu fost dawk koperti mill-klawżola ta’ esklużjoni inkluża fl-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD. Il-protezzjoni tad-data tal-persuni kkonċernati minn dan l-ipproċessar taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Pulizija ( 36 ) u, fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, taħt id-Direttiva PNR. |
56. |
It-tieni, l-istess japplika għall-ipproċessar tad-data PNR imwettaq mill-PIU u mis-servizzi tas-sigurtà u tal-intelliġenza fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-attivitajiet imsemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Bażika tas-Servizzi tal-Intelliġenza u tas-Sigurtà elenkati fl-Artikolu 8(1)(4) tal-Liġi PNR, sa fejn dan jissodisfa l-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju. |
57. |
Il-Gvern Belġjan isostni li l-ipproċessar mwettaq skont l-Artikolu 8(1)(4) tal-Liġi PNR jaqa’ fi kwalunkwe każ taħt il-klawżola ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(a) tar-RĠPD, kif ukoll taħt dik prevista mill-Artikolu 2(3)(a) tad-Direttiva tal-Pulizija, peress li l-attivitajiet tas-servizzi tas-sigurtà u tal-intelliġenza ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
58. |
F’dan ir-rigward, filwaqt li nenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex adita b’domanda intiża għall-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ninnota, qabelxejn, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligi ta’ pproċessar fuq operaturi privati taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, anki meta hija tkun intiża għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ( 37 ). Minn dan isegwi li t-trasferiment tad-data PNR impost mil-Liġi PNR fuq it-trasportaturi u fuq l-operaturi tal-ivvjaġġar jaqa’ bħala prinċipju taħt ir-RĠPD anki meta dan isir għall-finijiet tal-Artikolu 8(1)(4) ta’ din il-liġi. |
59. |
Sussegwentement, nirrileva li, għalkemm il-premessa 16 tar-RĠPD tipprovdi li dan ma japplikax għall-“attivitajiet rigward is-sigurtà nazzjonali” u l-premessa 14 tad-Direttiva tal-Pulizija tippreċiża li “attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà nazzjonali, attivitajiet ta’ aġenziji jew unitajiet li jittrattaw kwistjonijiet ta' sigurtà nazzjonali […] ma għandhomx jitqiesu bħala attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva” il-kriterji li abbażi tagħhom ipproċessar ta’ data personali mwettaq minn awtorità, servizz jew aġenzija pubbliċi ta’ Stat Membru jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att jew ieħor tad-dritt tal-Unjoni li jorganizza l-protezzjoni tal-persuni kkonċernati fir-rigward ta’ tali ipproċessar jew jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt jissodisfaw loġika marbuta kemm mal-funzjonijiet attribwiti lil din l-awtorità, lil dan is-servizz jew lil din l-aġenzija kif ukoll mal-iskopijiet tal-imsemmi ipproċessar. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 2(2)(a) tar-RĠPD, moqri fid-dawl tal-premessa 16 ta’ dan ir-regolament, “għandu jitqies li għandu l-uniku għan li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-awtoritajiet statali fil-kuntest ta’ attività intiża li tippreżerva s-sigurtà nazzjonali jew attività li tista’ tiġi kklassifikata fl-istess kategorija, b’tali mod li s-sempliċi fatt li attività tkun speċifika għall-Istat jew għal awtorità pubblika ma huwiex biżżejjed sabiex din l-eċċezzjoni tkun applikabbli awtomatikament għal tali attività” ( 38 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ippreċiżat ukoll li “[l]-attivitajiet li għandhom bħala għan li jippreżervaw is-sigurtà nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-RĠPD ikopru, b’mod partikolari, [...] dawk li għandhom l-għan li jipproteġu l-funzjonijiet essenzjali tal-Istat u l-interessi fundamentali tas-soċjetà” ( 39 ). Minn dan jirriżulta li, fil-każ li Stat Membru jinkariga lis-Servizzi tas-Sigurtà u tal-Informazzjoni tiegħu b’kompiti fl-oqsma elenkati fil-punt 7(a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija, l-ipproċessar ta’ data mwettaq minn dawn is-servizzi għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva kif ukoll, jekk ikun il-każ, tad-Direttiva PNR. B’mod iktar ġenerali, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) TUE, li fuqu jistrieħ fost oħrajn il-Gvern Belġjan, li s-sempliċi fatt li miżura nazzjonali tkun ittieħdet għall-finijiet tal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ma jistax iwassal għall-inapplikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni u jeżenta lill-Istati Membri mill-osservanza neċessarja ta’ dan id-dritt ( 40 ), u għalhekk tidher riluttanti fir-rigward ta’ esklużjoni awtomatika u f’daqqa mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tal-attivitajiet tal-Istati Membri marbuta mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. |
60. |
It-tielet, konformement mal-opinjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-Gvern Franċiż, għandu jitqies li l-ipproċessar tad-data PNR imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti Belġjani għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2) tal-Liġi PNR, jiġifieri għall-finijiet “tat-titjib tal-kontrolli tal-persuni fil-fruntieri esterni u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali” ( 41 ) ma jaqax taħt il-klawżola ta’ esklużjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2)(d) tar-RĠPD, u lanqas taħt kawża oħra ta’ esklużjoni prevista f’dan l-artikolu u għalhekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Franċiż, l-imsemmi pproċessar ma jistax jiġi rregolat mid-Direttiva PNR, li l-Artikolu 1(2) tagħha jistabbilixxi li “[i]d-data tal-PNR miġbura f’konformità ma’ din id-Direttiva tista’ tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja”, u lanqas, bħala prinċipju, mid-Direttiva tal-Pulizija, li, skont l-Artikolu 1(1) tagħha, tapplika biss għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti “għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika”. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-Artikolu 8(2) tal-Liġi PNR u l-Kapitolu 11 ta’ din il-liġi, li fih id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data PNR għall-finijiet tat-titjib tal-kontroll fil-fruntieri u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, u li għal dan il-għan jipprevedi t-trasferiment ta’ din id-data mill-PIU b’mod partikolari lid-dipartimenti tal-pulizija responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri, huma intiżi li jittrasponu d-Direttiva API u d-Direttiva 2010/65 fid-dritt Belġjan. Issa, dawn iż-żewġ direttivi jimponu lill-awtoritajiet kompetenti, għall-ipproċessar li huma jipprevedu, josservaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46 ( 42 ). Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Franċiż, ir-riferiment għar-regoli protettivi ta’ din id-direttiva għandu jinftiehem bħala li jkopri kull ipproċessar ta’ data personali mwettaq fuq il-bażi tad-Direttiva API u tad-Direttiva 2010/65. Il-fatt li d-Direttiva API hija preċedenti għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977 huwa irrilevanti f’dan ir-rigward peress li din id-deċiżjoni qafas, kif ukoll id-Direttiva tal-Pulizija li ssostitwitha, jirrigwardaw biss l-ipproċessar ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva API, imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi ( 43 ). |
61. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari fis-sens li l-Artikolu 23 tar-RĠPD, moqri flimkien mal-Artikolu 2(2)(d) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens:
|
B. Fuq it‑tieni, it‑tielet, ir‑raba’, is‑sitt u t‑tmien domanda preliminari
62. |
Permezz tat-tieni, tat-tielet, tar-raba’ u tas-sitt domanda preliminari tagħha, il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tad-Direttiva PNR fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. It-tmien domanda preliminari, għalkemm hija fformulata bħala domanda ta’ interpretazzjoni, hija intiża, hija wkoll, essenzjalment, li tikseb mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja deċiżjoni dwar il-validità ta’ din id-direttiva. |
63. |
Dawn id-domandi jirrigwardaw l-elementi differenti tas-sistema ta’ pproċessar tad-data PNR stabbilita mid-Direttiva PNR u jitolbu, fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn l-elementi, evalwazzjoni tal-osservanza tal-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-legalità tal-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Għalhekk, it-tieni u t-tielet domanda preliminari jirrigwardaw il-katalogu tad-data PNR li jinsab fl-Anness I, ir-raba’ waħda tirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “passiġġier” imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva PNR, is-sitt waħda tirrigwarda l-użu tad-data PNR għall-finijiet tal-evalwazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva u t-tmien waħda tikkonċerna l-perijodu ta’ żamma tad-data PNR previst fl-Artikolu 12(1) tal-imsemmija direttiva. |
1. Fuq id‑drittijiet fundamentali stabbiliti fl‑Artikoli 7 u 8 tal‑Karta
64. |
L-Artikolu 7 tal-Karta jiggarantixxi lil kull persuna d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha. Fir-rigward tal-Artikolu 8(1) tal-Karta, dan jirrikonoxxi espliċitament lil kull persuna d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċernaha. Skont ġurisprudenza stabbilita, dawn id-drittijiet, li huma relatati ma’ kull informazzjoni li tikkonċerna persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, huma marbuta mill-qrib, peress li l-aċċess għal data personali ta’ persuna fiżika bil-għan li din tinżamm jew tintuża jaffettwa d-dritt ta’ din il-persuna għar-rispett tal-ħajja privata ( 44 ). |
65. |
Madankollu, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ma jidhrux li huma prerogattivi assoluti, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-dawl tal-funzjoni tagħhom fis-soċjetà ( 45 ). L-Artikolu 8(2) tal-Karta għaldaqstant jawtorizza l-ipproċessar ta’ data personali jekk ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li d-data personali għandha tiġi pproċessata “b’mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi”. |
66. |
Barra minn hekk, kull limitazzjoni għad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll għad-dritt għall-ħajja privata, għandha tosserva r-rekwiżiti tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Għalhekk, tali limitazzjoni għandha tkun prevista mil-liġi, tosserva l-kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet u, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tkun neċessarja u effettivament tissodisfa għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. |
67. |
L-evalwazzjoni ta’ miżura li tillimita l-imsemmija drittijiet għandha tikkunsidra wkoll l-importanza tad-drittijiet sanċiti fl-Artikoli 3, 4, 6 u 7 tal-Karta u dik tal-għanijiet ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja fil-kontribut għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-oħrajn ( 46 ). F’dan ir-rigward, l-Artikolu 6 tal-Karta jistabbilixxi d-dritt ta’ kull persuna mhux biss għal-libertà, iżda wkoll għas-sigurtà ( 47 ). |
68. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 52(3) tal-Karta huwa intiż li jiżgura l-koerenza neċessarja bejn id-drittijiet stabbiliti fiha u d-drittijiet korrispondenti garantiti mill-KEDB, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala livell ta’ protezzjoni minima ( 48 ). Id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, jikkorrispondi għal dak iggarantit fl-Artikolu 8 tal-KEDB u, għalhekk, għandu jingħata l-istess tifsira u l-istess portata ( 49 ). Mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Qorti EDB”) jirriżulta li indħil fid-drittijiet iggarantiti minn dan l-artikolu jista’ jiġi ġġustifikat taħt il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu biss jekk dan ikun previst mil-liġi, ikun intiż għal wieħed jew iktar mill-għanijiet leġittimi elenkati f’dan il-paragrafu u jkun meħtieġ, f’soċjetà demokratika, sabiex jintlaħqu dan jew dawn l-għanijiet ( 50 ). Il-miżura għandha wkoll tkun kompatibbli mal-preeminenza tad-dritt, imsemmija espressament fil-preambolu tal-KEDB u inerenti għas-suġġett u l-għan tal-Artikolu 8 ( 51 ). |
69. |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu eżaminati d-domandi għal evalwazzjoni tal-validità magħmula mill-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali). |
2. Fuq l‑indħil fid‑drittijiet fundamentali stabbiliti fl‑Artikoli 7 u 8 tal‑Karta
70. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dispożizzjonijiet li jimponu jew jippermettu l-komunikazzjoni ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi lil terzi, bħal awtorità pubblika, għandhom jiġu kklassifikati, fl-assenza tal-kunsens ta’ dawn il-persuni fiżiċi u irrispettivament mill-użu ulterjuri tad-data inkwistjoni, bħala ndħil fil-ħajja privata tagħhom u, għaldaqstant, bħala limitazzjoni għad-dritt fundamentali ggarantit fl-Artikolu 7 tal-Karta, bla ħsara għall-eventwali ġustifikazzjoni tagħhom ( 52 ). Dan huwa l-każ anki fin-nuqqas ta’ ċirkustanzi li jippermettu li tali indħil jiġi kklassifikat bħala “serju” u irrispettivament minn jekk l-informazzjoni dwar il-ħajja privata kkonċernata hijiex ta’ natura sensittiva jew le jew jekk il-persuni kkonċernati sofrewx inkonvenjenti eventwali kkawżati minn tali indħil jew le ( 53 ). L-aċċess mill-awtoritajiet pubbliċi għal tali informazzjoni jikkostitwixxi wkoll indħil fid-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta, peress li dan jikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali ( 54 ). Bl-istess mod, iż-żamma, għal ċertu żmien, ta’ data relatata mal-ħajja privata ta’ persuna tikkostitwixxi fiha nnifisha indħil fid-drittijiet garantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ( 55 ). |
71. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet ukoll li d-data PNR, bħal dik elenkata fl-Anness I, tinkludi informazzjoni dwar persuni fiżiċi identifikati, jiġifieri l-passiġġieri tal-ajru kkonċernati, u li, għalhekk, l-ipproċessar differenti li għalih tista’ tkun suġġetta din id-data jaffettwa d-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, iggarantit fl-Artikolu 7 tal-Karta. Dan l-ipproċessar jaqa’ wkoll taħt l-Artikolu 8 tal-Karta u għandu, sussegwentement, neċessarjament jissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data previsti f’dan l-artikolu ( 56 ). |
72. |
Għalhekk, l-ipproċessar tad-data PNR li tippermetti d-Direttiva PNR u, b’mod partikolari, għal dak li huwa ta’ interess għall-finijiet ta’ din il-kawża, it-trasferiment ta’ din id-data mit-trasportaturi tal-ajru lill-PIU, l-użu tagħha minn dawn l-unitajiet, it-trasferiment sussegwenti tagħha lejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, kif ukoll iż-żamma tagħha jikkostitwixxu wkoll indħil fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. |
73. |
Fir-rigward tal-gravità ta’ dan l-indħil, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel, li d-Direttiva PNR tipprovdi għat-trasferiment sistematiku u kontinwu lill-PIU tad-data PNR ta’ kull passiġġier tal-ajru, hekk kif iddefinit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, li jaqbad titjira “barra l-UE” fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 3 tagħha. Tali trasferiment jimplika aċċess ġenerali min-naħa tal-PIU għad-data PNR kollha ikkomunikata ( 57 ). Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata, kuntrarjament għal dak li jsostnu ċerti Stati Membri fil-kawża preżenti, mill-fatt li, peress li din id-data hija suġġetta għal ipproċessar awtomatizzat, il-PIU jkollhom konkretament aċċess biss għad-data li l-analiżi tagħha tkun ipproduċiet riżultat pożittiv. Fil-fatt, minn naħa, tali fatt, sal-lum, ma pprekludiex lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tiddikjara, fil-kuntest ta’ sistemi simili ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali miġbura jew miżmuma “bl-ingrossa”, in-natura ġenerali tal-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati għal tali data. Min-naħa l-oħra, is-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ data personali bil-għan tal-ipproċessar u taż-żamma tagħha minn dawn l-awtoritajiet jimplika aċċess a priori ġenerali u komplet tagħhom għal tali data u ndħil fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali. |
74. |
It-tieni, skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva PNR, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din tal-aħħar għat-titjiriet “ġewwa l-UE” fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 3 tagħha. F’dan ir-rigward, nirrileva, minn naħa, li d-Direttiva PNR ma tillimitax ruħha li tipprevedi l-għażla għall-Istati Membri li jestendu l-applikazzjoni tagħha għat-titjiriet ġewwa l-UE, iżda tiddetermina wkoll il-kundizzjonijiet, kemm formali kif ukoll sostantivi li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ din l-għażla ( 58 ) u tispeċifika li, meta din tiġi eżerċitata biss għal ċerti titjiriet ġewwa l-UE, l-għażla ta’ dawn it-titjiriet għandha ssir b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet segwiti mill-imsemmija direttiva ( 59 ). Min-naħa l-oħra, id-Direttiva PNR tistabbilixxi l-konsegwenzi tal-eżerċizzju ta’ tali għażla, billi tipprovdi, fl-Artikolu 2(2) tagħha, li, meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-direttiva għat-titjiriet ġewwa l-UE, id-dispożizzjonijiet kollha tagħha “japplikaw għal titjiriet ġewwa l-UE daqslikieku kienu titjiriet barra l-UE u għal data tal-PNR minn titjiriet ġewwa l-UE daqslikieku kienu data tal-PNR minn titjiriet barra l-UE”. |
75. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiena tal-opinjoni, kuntrarjament għal dak li sostnew ċertu numru ta’ gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-proċedura li, għalkemm l-applikazzjoni tad-Direttiva PNR għat-titjiriet ġewwa l-UE tiddependi mill-għażla tal-Istati Membri, il-bażi legali tal-indħil fid-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali marbut mat-trasferiment, l-ipproċessar u ż-żamma tad-data PNR relatata ma’ dawn it-titjiriet hija kkostitwita, meta tali għażla ssir, mid-Direttiva PNR. |
76. |
Issa, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, li ma huwiex suġġett għal din id-direttiva ( 60 ), kważi l-Istati Membri kollha japplikaw is-sistema stabbilita minnha għat-titjiriet “ġewwa l-UE” ( 61 ). Minn dan isegwi li din is-sistema tapplika għat-titjiriet kollha li jidħlu u joħorġu mill-Unjoni kif ukoll għal kważi t-titjiriet kollha operati fi ħdan l-Unjoni. |
77. |
It-tielet, fir-rigward tad-data PNR li għandha tiġi ttrasferita, l-Anness I jelenka 19‑il taqsima, li jkopru data bijografika ( 62 ), id-dettalji tal-vjaġġ bl-ajru ( 63 ) u data oħra miġbura fil-kuntest tal-kuntratt ta’ trasport bl-ajru, bħan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku, il-metodi ta’ ħlas, l-aġenzija jew l-aġent tal-ivvjaġġar, l-informazzjoni dwar il-bagalji kif ukoll kummenti ġenerali ( 64 ). Issa, kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 128 tal-Opinjoni 1/15, hija u tiddeċiedi fuq it-taqsimiet li jinsabu fl-Anness tal-Abbozz ta’ Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (iktar ’il quddiem l-“Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE”), ifformulati b’mod ferm analogu għal dawk tal-Anness I, “anki jekk ċerta data PNR, meħuda waħedha, ma tidhirx li tista’ tiżvela informazzjoni importanti dwar il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati, jibqa’ l-fatt li, meħuda kumplessivament, l-imsemmija data tista’, inter alia, tiżvela itinerarju ta’ vjaġġ sħiħ, drawwiet ta’ vvjaġġar, relazzjonijiet eżistenti bejn żewġ persuni jew iktar kif ukoll informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-passiġġieri tal-ajru, id-drawwiet tal-ikel tagħhom jew l-istat ta’ saħħa tagħhom, u tista’ wkoll tipprovdi informazzjoni sensittiva dwar dawn il-passiġġieri”. |
78. |
Ir-raba’, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva PNR, id-data ttrasferita mit-trasportaturi tal-ajru hija intiża li tiġi analizzata mill-PIU b’mezzi awtomatizzati u dan b’mod sistematiku, jiġifieri, indipendentement mill-punt dwar jekk hemmx l-iċken indikazzjoni li l-persuni kkonċernati jinsabu f’riskju li jkunu involuti f’reati ta’ terroriżmu jew kriminalità serja. B’mod iktar partikolari, fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri prevista fl-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-direttiva u konformement mal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, l-imsemmija data tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ tqabbil ma’ databases “rilevanti” (Artikolu 6(3)(a)) u pproċessata fir-rigward ta’ kriterji stabbiliti minn qabel (Artikolu 6(3)(b)). Issa, l-ewwel tip ta’ pproċessar jista’ jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati ( 65 ) u, skont id-databases użati għat-tqabbil, jista’ anki jippermetti li jiġi traċċat profil preċiż ta’ dawn il-persuni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-oġġezzjoni mqajma minn diversi gvernijiet, li d-Direttiva PNR tippermetti l-aċċess biss għal ġabra ta’ data personali relattivament limitata ma tirriflettix b’mod adegwat il-portata potenzjali tal-indħil li din id-direttiva tinvolvi fid-drittijiet fundamentali protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, mill-perspettiva tal-portata tad-data li għaliha hija tista’ tippermetti l-aċċess. Fir-rigward tat-tieni tip ta’ pproċessar ta’ data, previst fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR, infakkar li, fil-punti 169 u 172 tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li huwa inerenti għal kull tip ta’ analiżi bbażata fuq kriterji stabbiliti minn qabel li jkollha ċertu marġni ta’ żball, u b’mod partikolari ċertu numru ta’ riżultati “pożittivi foloz”. Skont id-data ċifrata li tinsab fid-dokument tax-xogħol tad-dipartimenti tal-Kummissjoni ( 66 ) (iktar ’il quddiem id-“dokument tax-xogħol tal‑2020”) anness mar-rapport tal-Kummissjoni tal‑2020, in-numru ta’ każijiet ta’ konkordanzi pożittivi li kienu, wara l-eżami mill-ġdid individwali previst fl-Artikolu 6(5) tad-Direttiva PNR, irriżultaw żbaljati huwa pjuttost sostanzjali u kien jammonta, matul is-snin 2018 u 2019, għal mill-inqas ħamsa minn sitt persuni identifikati ( 67 ). |
79. |
Il-ħames, skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva PNR, id-data PNR tinżamm f’database għal perijodu ta’ ħames snin wara t-trasferiment tagħha lill-PIU tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-punt tal-wasla jew tat-tluq tat-titjira. Id-Direttiva PNR tippermetti, għalhekk, id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar il-ħajja privata tal-passiġġieri tal-ajru għal perijodu partikolarment twil ( 68 ). Barra minn hekk, peress li t-trasferiment tad-data PNR jikkonċerna kważi t-titjiriet kollha operati bi tluq mill-Unjoni u bi dħul fl-Unjoni kif ukoll fi ħdanha u peress li l-ajruplan sar mezz ta’ trasport pjuttost abitwali, parti sinjifikattiva tal-passiġġieri tal-ajru jistgħu jkollhom id-data personali tagħhom miżmuma b’mod prattikament permanenti, minħabba s-sempliċi fatt li huma jivvjaġġaw bl-ajruplan tal-inqas darbtejn kull ħames snin. |
80. |
Fl-aħħar, fuq livell iktar ġenerali, id-Direttiva PNR tipprevedi miżuri li, ikkunsidrati globalment , huma intiżi li jistabbilixxu fil-livell tal-Unjoni sistema ta’ sorveljanza “mhux immirata”, jiġifieri mhux attivata fuq il-bażi ta’ suspett fir-rigward ta’ persuna waħda jew iktar speċifiċi, “massiva”, fis-sens li hija eżerċitata fuq id-data personali ta’ numru kbir ta’ individwi ( 69 ), li tkopri l-istess kategorija ta’ persuni fl-intier tagħha ( 70 ) u “proattiva”, safejn hija timmira mhux biss li tinvestiga theddid magħruf, iżda wkoll sabiex issib jew tidentifika perikli preċedentament mhux magħrufa ( 71 ). Tali miżuri jagħtu lok, min-natura tagħhom stess, għal indħil serju fid-drittijiet fundamentali protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ( 72 ), marbut b’mod partikolari mal-għan preventiv u predikattiv tagħhom, li jeħtieġ l-evalwazzjoni ta’ data personali dwar partijiet kbar tal-popolazzjoni, peress li l-għan huwa li “jiġu identifikati” il-persuni li, skont ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom ikunu suġġetti għal eżami iktar fil-fond mill-awtoritajiet kompetenti ( 73 ). Barra minn hekk, l-użu dejjem iktar iġġeneralizzat, għal finijiet ta’ prevenzjoni ta’ ċertu kriminalità serja, tal-ipproċessar ta’ kwantitajiet kbar ta’ data personali ta’ natura differenti miġbura “bl-ingrossa”, kif ukoll il-konnessjoni tagħha u l-ipproċessar flimkien tagħha, iwasslu għal “effett kumulattiv” li jamplifika l-gravità tal-limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali u joħloq ir-riskju li jiġi ffavorit proċess ta’ tressiq gradwali lejn “soċjetà ta’ sorveljanza” ( 74 ). |
81. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li l-indħil li tinvolvi d-Direttiva PNR fid-drittijiet fundamentali protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandu tal-inqas jiġi kklassifikat bħala “serju”. |
82. |
Huwa minnu, kif issostni, b’mod partikolari, il-Kummissjoni, li l-garanziji u s-salvagwardji kollha li d-Direttiva PNR tipprevedi, b’mod partikolari sabiex jiġi evitat użu abbużiv tad-data PNR, jistgħu jnaqqsu l-intensità jew il-gravità ta’ dan l-indħil. Xorta jibqa’ l-fatt li kull sistema li tipprevedi l-aċċess u l-ipproċessar ta’ data personali min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi għandha livell ta’ gravità, mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali affettwati, li huwa inerenti għall-karatteristiċi oġġettivi tagħha. Dan il-livell ta’ gravità għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi ddeterminat qabel ma ssir, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-imsemmi ndħil, l-evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti u adegwata tal-garanziji li din is-sistema tipprevedi. Huwa b’dan il-mod li jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja pproċediet sal-lum. |
83. |
Sabiex ikun kompatibbli mal-Karta, l-indħil li d-Direttiva PNR tinvolvi fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 65 u 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li ser jiġi eżaminat iktar ’il quddiem fil-limiti tal-aspetti li tressqu għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju. |
3. Fuq il‑ġustifikazzjoni tal‑indħil li jirriżulta mid-Direttiva PNR
84. |
Filwaqt li t-tielet domanda preliminari tirrigwarda l-osservanza tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, li tipprovdi li kull indħil fi dritt fundamentali għandu jkun “previst mil-liġi”, it-tieni, ir-raba’, is-sitt u t-tmien domanda preliminari jistaqsu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, imsemmi fit-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni. |
a) Fuq l‑osservanza tar‑rekwiżit li kull limitazzjoni għall‑eżerċizzju ta’ dritt fundamentali previst mill‑Karta għandha tkun prevista mil‑liġi
85. |
Skont ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 75 ), ispirata mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB ( 76 ), ir-rekwiżit li kull limitazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali għandha tkun “prevista mil-liġi” ma jkoprix biss l-oriġini “legali” tal-indħil — li ma huwiex inkwistjoni f’din il-kawża — , iżda jimplika wkoll li l-bażi legali li tippermetti dan l-indħil għandha tiddefinixxi hija stess, b’mod ċar u preċiż, il-portata tiegħu. Peress li tirrigwarda l-“kwalità tal-liġi” u, għalhekk, l-aċċessibbiltà u l-prevedibbiltà tal-miżura inkwistjoni ( 77 ), din it-tieni parti li tkopri l-espressjoni “prevista mil-liġi” fis-sens kemm tal-Artikolu 52(1) tal-Karta kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tagħha u tal-Artikolu 8 tal-KEDB ma hijiex intiża biss li tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ legalità u protezzjoni adegwata kontra l-arbitrarjetà ( 78 ), iżda tissodisfa wkoll rekwiżit ta’ ċertezza legali. Dan ir-rekwiżit huwa kkonfermat ukoll fl-opinjoni tad‑19 ta’ Awwissu 2016 tal-Kumitat Konsultattiv tal-Konvenzjoni 108 ( 79 ) dwar l-implikazzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-data tal-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri (iktar ’il quddiem l-“opinjoni tad‑19 ta’ Awwissu 2016”) ( 80 ). |
86. |
Bl-adozzjoni tad-Direttiva PNR, il-leġiżlatur tal-Unjoni stess illimita d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. L-indħil li din id-direttiva tippermetti fl-imsemmija drittijiet ma jistax għalhekk jitqies li huwa l-konsegwenza tal-għażla tal-Istati Membri ( 81 ), minkejja l-marġni ta’ diskrezzjoni li dawn tal-aħħar setgħu jibbenefikaw minnu fil-mument tat-traspożizzjoni tagħha fid-dritt nazzjonali, iżda għandu l-bażi legali tiegħu fid-Direttiva PNR stess. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien il-leġiżlatur tal-Unjoni, sabiex jikkonforma ruħu mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 85 ta’ dawn il-konklużjonijiet, kif ukoll mal-“[i]standards għoljin” ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li jinsabu b’mod partikolari fil-Karta u fil-KEDB li għalihom tirreferi l-premessa 15 tad-Direttiva PNR, li kellu jistabbilixxi regoli ċari u preċiżi li jiddefinixxu kemm il-portata kif ukoll l-applikazzjoni tal-miżuri li jinvolvu l-imsemmi ndħil. |
87. |
Għalkemm, permezz tat-tielet domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi speċifikament dwar l-osservanza ta’ dan l-obbligu fir-rigward tal-punti 12 u 18 tal-Anness I, l-eżami tat-tieni, tar-raba’ u tas-sitt domanda preliminari, li permezz tagħhom din il-qorti tqajjem dubji dwar in-natura neċessarja tal-indħil li tinvolvi d-Direttiva PNR fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 7 u 8 tal-Karta, jeħtieġ ukoll li tittieħed pożizzjoni dwar in-natura suffiċjentement ċara u preċiża tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva PNR ikkontestati. |
88. |
Minkejja li din l-analiżi tirrigwarda, kif esponejt fil-punt 85 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-legalità tal-indħil, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, ser nipproċedi għaliha fil-kuntest tal-eżami tal-proporzjonalità tiegħu, imsemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 52(1), konformement mal-approċċ segwit kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Qorti EDB fil-kawżi li jirrigwardaw miżuri li għandhom bħala suġġett l-ipproċessar ta’ data personali ( 82 ). |
b) Fuq l‑osservanza tal‑kontenut essenzjali tad‑drittijiet stabbiliti fl‑Artikoli 7 u 8 tal‑Karta
89. |
Konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kull limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali għandha mhux biss tkun ibbażata fuq bażi legali suffiċjentement preċiża, iżda għandha tosserva wkoll il-kontenut essenzjali ta’ dawn id-drittijiet. |
90. |
Kif spjegajt fil-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dan ir-rekwiżit – li jinsab inkorporat fil-kostituzzjonijiet ta’ diversi Stati Membri ( 83 ), u li, għalkemm ma huwiex espressament irrikonoxxut mill-KEDB, huwa madankollu stabbilit sew fil-ġurisprudenza tal-Qorti EDB ( 84 ) – huwa stabbilit fl-Artikolu 52(1) tal-Karta ( 85 ). Tali rekwiżit, irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja ferm qabel il-kodifikazzjoni tiegħu ( 86 ), ġie kontinwament affermat mill-ġdid fil-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni, anki wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. |
91. |
Jirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Schrems ( 87 ), li n-nuqqas ta’ osservanza tal-kontenut essenzjali ta’ dritt fundamentali minn att tal-Unjoni jwassal b’mod awtomatiku għan-nullità jew għall-invalidità tiegħu, mingħajr ma jkun neċessarju li jsir bilanċ bejn l-interessi involuti. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk tirrikonoxxi li kull dritt fundamentali għandu “qalba iebsa”, li tiggarantixxi lil kulħadd sfera ta’ libertà ħielsa minn kull indħil mill-awtoritajiet pubbliċi u li ma tistax tkun suġġetta għal limitazzjonijiet ( 88 ), ħlief sabiex jiġu kkontestati l-prinċipji demokratiċi, tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem li fuqhom hija bbażata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, b’mod partikolari, mis-sentenza Schrems I, jirriżulta li l-evalwazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ndħil fil-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali inkwistjoni għandha ssir qabel u indipendentement mill-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura kkontestata. Fi kliem ieħor, dan huwa test li għandu awtonomija tiegħu stess. |
92. |
Madankollu, id-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi l-“kontenut essenzjali”, u, għaldaqstant, li ma jistax jintmiss, ta’ dritt fundamentali li jista’ jiġi limitat fl-eżerċizzju tiegħu hija operazzjoni kumplessa ħafna. Jekk, sabiex jaqdi l-funzjoni tiegħu, dan il-kunċett għandu jkun jista’ jiġi ddefinit f’termini assoluti, fid-dawl tal-karatteristiċi essenzjali tad-dritt fundamentali inkwistjoni, tal-interessi suġġettivi u oġġettivi li huwa intiż li jipproteġi, u, b’mod iktar ġenerali, tal-funzjoni tiegħu f’soċjetà demokratika bbażata fuq ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem ( 89 ), fil-prattika tali operazzjoni tirriżulta kważi impossibbli, tal-inqas mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni kriterji li normalment jintużaw fl-eżami tal-proporzjonalità tal-indħil fid-dritt inkwistjoni, bħall-gravità ta’ dan l-indħil, il-portata tiegħu jew id-dimensjoni ratione temporis tiegħu u, għalhekk, mingħajr ma jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull każ inkwistjoni. |
93. |
Fir-rigward, b’mod partikolari, tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss l-importanza li għandu, għas-saħħa mentali u fiżika ta’ kull individwu, għall-benesseri tiegħu, għall-awtonomija tiegħu, għall-iżvilupp personali tiegħu, għall-kapaċità tiegħu li jibni u li jikkoltiva relazzjonijiet soċjali, il-fatt li wieħed ikollu sfera privata li fiha jiżviluppa l-interjorità personali tiegħu, iżda għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll ir-rwol li għandu dan id-dritt sabiex jiġu ppreżervati drittijiet u libertajiet oħra, bħalma huma, b’mod partikolari, il-libertajiet tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon, tal-espressjoni, tal-informazzjoni, li t-tgawdija sħiħa tagħhom tippreżupponi r-rikonoxximent ta’ sfera ta’ intimità. B’mod iktar ġenerali, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-funzjoni li jwettaq f’soċjetà demokratika r-rispett tad-dritt għall-ħajja privata ( 90 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tevalwa l-eżistenza ta’ preġudizzju għall-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt billi tikkunsidra kemm l-intensità kif ukoll il-portata tal-indħil, fatt li jwassal sabiex jitqies li tali preġudizzju huwa ddefinit pjuttost kwantitattivament milli kwalitattivament. Għalhekk, minn naħa, fis-sentenza Digital Rights, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment qieset li l-obbligu ta’ żamma tad-data impost mid-Direttiva 2006/24/KE ( 91 ) ma kienx jilħaq livell ta’ gravità tali li din taffettwa l-kontenut essenzjali tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, peress li din ma kinitx tippermetti li “tittieħed konjizzjoni tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala tali” ( 92 ). Min-naħa l-oħra, fl-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment qieset li limitazzjoni limitata għal ċerti aspetti biss tal-ħajja privata tal-persuni kkonċernati ma setgħetx tagħti lok għal indħil fil-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt fundamentali ( 93 ) |
94. |
Fir-rigward tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li tikkunsidra li l-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt huwa ppreżervat meta l-miżura li tistabbilixxi l-indħil tillimita l-iskopijiet tal-ipproċessar u tipprevedi regoli li jiżguraw is-sigurtà tad-data msemmija, b’mod partikolari kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf jew it-tibdil aċċidentali ( 94 ). |
95. |
F’din il-kawża, għalkemm il-qorti tar-rinviju ma semmietx b’mod espliċitu r-rekwiżit ta’ osservanza tal-kontenut essenzjali tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, il-kwistjoni tal-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit hija, fl-opinjoni tiegħi, sottostanti għar-raba’ u għas-sitt domanda preliminari. Din hija r-raġuni għalfejn nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tindirizzaha. |
96. |
F’dan ir-rigward, infakkar li, fil-punt 150 tal-Opinjoni 1/15, filwaqt li rrikonoxxiet li d-data PNR “tista’, jekk ikun il-każ, tiżvela informazzjoni preċiża ħafna dwar il-ħajja privata ta’ persuna” ( 95 ) u li din l-informazzjoni tista’ tiżvela, direttament jew indirettament, data sensittiva tal-persuna kkonċernata ( 96 ), il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu kkonkludiet, fir-rigward tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, li, peress li “in-natura ta’ din l-informazzjoni [kienet] limitata għal ċerti aspetti ta’ din il-ħajja privata, li jirrigwardaw b’mod partikolari l-vjaġġi bl-ajru bejn il-Kanada u l-Unjoni”, il-ksur tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata ma kienx tali li jaffettwa l-kontenut essenzjali tal-imsemmi dritt. |
97. |
Issa, apparti l-fatt li d-data PNR koperta mill-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kellha tiġi ttrasferita lejn Stat terz u li l-ipproċessar ulterjuri tagħha kellu jsir mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat terz fit-territorju tiegħu, l-indħil fid-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata li jirriżulta mill-imsemmi abbozz ta’ ftehim u dak previst mid-Direttiva PNR huwa, fir-rigward tan-natura tiegħu, ferm koinċidenti. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, tad-data PNR ikkonċernata, tan-natura sistematika u ġġeneralizzata tat-trasferiment u tal-ipproċessar ta’ din id-data, tan-natura awtomatizzata tiegħu kif ukoll taż-żamma tal-imsemmija data. Għall-kuntrarju, dak li jiddistingwi ż-żewġ kawżi huwa, sabiex ngħid hekk, il-“kopertura ġeografika” ta’ dan l-indħil. Fil-fatt, kif indikajt fil-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-ipproċessar tad-data inkwistjoni f’din il-kawża ma huwiex limitat għall-kollegamenti tal-ajru ma’ pajjiż terz wieħed, bħalma kien il-każ fl-Opinjoni 1/15, iżda jirrigwarda kważi t-titjiriet kollha li jidħlu u joħorġu mill-Unjoni u operati fi ħdanha. Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, id-Direttiva PNR timponi l-ipproċessar sistematiku ta’ numru kunsiderevolment ħafna ikbar ta’ passiġġieri tal-ajru, li jivvjaġġaw bl-ajruplan ġewwa u barra mill-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl taż-żieda fil-volum tad-data pproċessata kif ukoll tal-frekwenza li biha din tinġabar, l-ipproċessar tagħha probabbilment jista’ jipprovdi informazzjoni kemm iktar preċiża kif ukoll iktar ampja fuq il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati (drawwiet tal-ivvjaġġar, relazzjonijiet personali, sitwazzjonijiet finanzjarji, eċċ.). |
98. |
Xorta jibqa’ l-fatt li, bħalma kien il-każ fl-Opinjoni 1/15, din l-informazzjoni, ikkunsidrata b’mod iżolat, tirrigwarda biss ċerti aspetti tal-ħajja privata, marbuta mal-vjaġġi bl-ajru. Issa, fid-dawl tan-neċessità li jiġi ddefinit il-kunċett ta’ “kontenut essenzjali” tad-drittijiet fundamentali b’mod restrittiv, sabiex dan iżomm il-funzjoni tiegħu ta’ devjazzjoni kontra l-attakki fuq is-sustanza stess ta’ dawn id-drittijiet, jiena tal-opinjoni li l-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 150 tal-Opinjoni 1/15 tista’ tiġi trasposta għal din il-kawża. |
99. |
Fl-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet ukoll preġudizzju għall-kontenut essenzjali tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ( 97 ). Fil-fehma tiegħi, din il-konklużjoni hija wkoll trasponibbli għaċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża. Fil-fatt, bħalma kien il-każ tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, id-Direttiva PNR tillimita, fl-Artikolu 1(2) tagħha, l-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data PNR. Barra minn hekk, din id-direttiva kif ukoll l-atti l-oħra tal-Unjoni li għalihom tirreferi, b’mod partikolari r-RĠPD u d-Direttiva tal-Pulizija, jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi intiżi li jiżguraw, b’mod partikolari, is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-integrità ta’ din id-data, kif ukoll li jipproteġuha kontra l-aċċess u l-ipproċessar illegali. Għalkemm ma jistax jitqies li leġiżlazzjoni bħal dik prevista mid-Direttiva PNR tolqot il-kontenut essenzjali tad-drittijiet fundamentali protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, xorta jibqa’ l-fatt li din għandha tkun suġġetta għal stħarriġ strett u rigoruż tal-proporzjonalità tagħha. |
c) Fuq l‑osservanza tar‑rekwiżit li l‑indħil għandu jissodisfa għan ta’ interess ġenerali
100. |
Id-Direttiva PNR hija intiża, b’mod partikolari, li tiżgura s-sigurtà interna tal-Unjoni u li tipproteġi l-ħajja u s-sigurtà tal-persuni permezz ta’ trasferiment tad-data PNR lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-għan li din tintuża fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja ( 98 ). |
101. |
B’mod iktar partikolari, mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR, moqri flimkien mal-premessi 6 u 7 tagħha, kif ukoll mill-proposta tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni ta’ din id-direttiva (iktar ’il quddiem il-“Proposta għal Direttiva PNR”) ( 99 ), jirriżulta li, fil-kuntest ta’ tali għan, id-data PNR tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ( 100 ) b’modi differenti. L-ewwel, din id-data tintuża sabiex jiġu identifikati l-persuni implikati jew issuspettati li huma implikati f’reati terroristiċi u f’kriminalità serja li diġà twettqu, sabiex jinġabru provi kif ukoll, jekk ikun il-każ, sabiex jinstabu l-kompliċi ta’ kriminali u għaż-żarmar ta’ networks kriminali (użu b’“mod reattiv”). It-tieni, id-data PNR tista’ tiġi evalwata qabel il-wasla jew it-tluq tal-passiġġieri sabiex jiġi evitat it-twettiq ta’ reat u sabiex jiġu identifikati persuni li qabel ma kinux issuspettati li pparteċipaw f’reati terroristiċi jew f’kriminalità serja u li, abbażi tar-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jiġu suġġetti għal eżami iktar fil-fond mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (użu b’“mod reali”). Fl-aħħar, id-data PNR tintuża sabiex jiġu ddefiniti kriterji ta’ evalwazzjoni li jistgħu sussegwentement jiġu applikati fl-evalwazzjoni tar-riskju li jirrappreżentaw il-passiġġieri qabel il-wasla tagħhom u qabel it-tluq tagħhom (użu b’“mod proattiv”). Tali użu proattiv tad-data PNR għandu jippermetti lis-servizzi tal-infurzar tal-liġi jiġġieldu t-theddida li jirrappreżentaw il-kriminalità kbira u t-terroriżmu minn angolu differenti minn dak li jippermetti l-ipproċessar ta’ kategoriji oħra ta’ data personali ( 101 ). |
102. |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà pubblika, li jkopri b’mod partikolari l-prevenzjoni, it-tfittxija, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni kemm ta’ reati terroristiċi kif ukoll ta’ reati kriminali li jaqgħu taħt il-kriminalità serja, jikkostitwixxi għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, li jista’ jiġġustifika ndħil, anki serju, fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ( 102 ). |
103. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll li l-għanijiet ta’ protezzjoni tas-sigurtà pubblika u ta’ ġlieda kontra l-kriminalità serja jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn ( 103 ). Għalhekk, fir-rigward tal-ponderazzjoni bbilanċjata bejn dawn l-għanijiet u d-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ( 104 ), għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-importanza tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 6 u 7 tal-Karta. F’dan ir-rigward, għalkemm, fis-sentenza La Quadrature du Net, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Artikolu 6 tal-Karta “ma għandux jiġi interpretat bħala li jimponi obbligu fuq l-awtoritajiet pubbliċi li jadottaw miżuri speċifiċi sabiex jissanzjonaw ċertu ksur kriminali” ( 105 ), għall-kuntrarju, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-ġlieda effettiva kontra r-reati kriminali li tagħhom huma vittmi, b’mod partikolari, il-minuri u l-persuni vulnerabbli l-oħra, hija enfasizzat li obbligi pożittivi fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jirriżultaw kemm mill-Artikolu 7 tal-Karta, bil-għan li jiġu adottati miżuri legali intiżi li jipproteġu l-ħajja privata u tal-familja, kif ukoll tal-Artikoli 3 u 4 tagħha, fir-rigward tal-protezzjoni tal-integrità fiżika u tas-saħħa mentali tal-persuni kif ukoll tal-projbizzjoni tat-tortura u tat-trattament inuman u degradanti ( 106 ). |
104. |
Fl-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-importanza tal-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali tmur lil hinn minn dik tal-għanijiet ta’ ġlieda kontra l-kriminalità b’mod ġenerali, anki serja, kif ukoll ta’ protezzjoni tas-sigurtà pubblika u li, għalhekk, dan jista’ jiġġustifika miżuri li jinvolvu ndħil fid-drittijiet fundamentali iktar serju minn dak li jistgħu jiġġustifikaw dawn l-għanijiet l-oħra ( 107 ). Peress li l-attivitajiet terroristiċi jistgħu jikkostitwixxu theddid għas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri, is-sistema implimentata mid-Direttiva PNR, safejn isservi bħala strument għall-ġlieda kontra tali attivitajiet, tikkontribwixxi għall-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri. |
d) Fuq l‑osservanza tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità
105. |
Konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali rrikonoxxut minnha jistgħu jsiru biss jekk ikunu neċessarji u jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn. |
106. |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu adegwati sabiex jilħqu l-għanijiet leġittimi segwiti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u ma jmorrux lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet ( 108 ). |
107. |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-protezzjoni tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata fil-livell tal-Unjoni teżiġi li d-derogi mill-protezzjoni tad-data personali u l-limitazzjonijiet tagħha jsiru fil-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju. Barra minn hekk, għan ta’ interess ġenerali ma jistax jiġi segwit mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li dan għandu jiġi kkonċiljat mad-drittijiet fundamentali kkonċernati mill-miżura, u dan billi ssir ponderazzjoni bbilanċjata bejn, minn naħa, l-għan ta’ interess ġenerali u, min-naħa l-oħra, id-drittijiet inkwistjoni ( 109 ). B’mod iktar speċifiku, il-proporzjonalità ta’ limitazzjoni tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandha tiġi evalwata billi titqies il-gravità tal-indħil li tali limitazzjoni tinvolvi u billi jiġi vverifikat li l-importanza tal-għan ta’ interess ġenerali segwit minn din il-limitazzjoni hija proporzjonata ma’ din il-gravità ( 110 ). |
108. |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, id-Direttiva PNR, bħala bażi legali li tinvolvi l-indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta deskritt fil-punti 70 sa 83 ta’ dawn il-konklużjonijiet, għandha tipprevedi regoli ċari u preċiżi li jirregolaw il-portata u l-applikazzjoni tal-miżuri li jinvolvu tali ndħil, u timponi rekwiżiti minimi, b’tali mod li l-persuni li d-data tagħhom tkun ġiet ittrasferita jkollhom garanziji suffiċjenti li jippermettu li d-data personali tagħhom tiġi protetta b’mod effikaċi kontra r-riskji ta’ abbuż kif ukoll kontra kull aċċess u kull użu illeċitu ta’ din id-data ( 111 ). In-neċessità li wieħed ikollu tali garanziji hija iktar u iktar importanti meta, bħal f’dan il-każ, id-data personali tkun suġġetta għal ipproċessar awtomatizzat u meta tkun involuta l-protezzjoni ta’ din il-kategorija partikolari ta’ data personali li hija d-data sensittiva ( 112 ). |
109. |
Fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl tar-rwol importanti li għandha l-protezzjoni tad-data personali fir-rigward tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-indħil f’dawn id-drittijiet li d-Direttiva PNR tinvolvi, is-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni tirriżulta mnaqqsa b’tali mod li dan l-istħarriġ għandu jkun strett ( 113 ). |
1) Fuq l‑adegwatezza tal‑ipproċessar tad‑data PNR imsemmi mid-Direttiva PNR fid‑dawl tal-għan imfittex
110. |
Fil-punt 153 tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, fir-rigward tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, li t-trasferiment tad-data PNR lejn il-Kanada u l-ipproċessar sussegwenti tagħha jistgħu jitqiesu bħala li huma adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan relatat mal-protezzjoni tas-sigurtà pubblika u tas-sikurezza pubblika. Din l-adegwatezza, irrikonoxxuta għal żmien twil kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak dinji ( 114 ), ma jidhirlix li tista’ tiġi kkontestata fir-rigward tal-ġbir u tal-ipproċessar sussegwenti tad-data PNR għal dak li jikkonċerna kemm it-titjiriet barra l-UE kif ukoll it-titjiriet ġewwa l-UE ( 115 ). |
111. |
Madankollu, l-effikaċja tas-sistema ta’ pproċessar tad-data PNR stabbilita mid-direttiva tista’ biss tiġi evalwata b’mod konkret, billi jiġu evalwati r-riżultati tal-applikazzjoni tagħha ( 116 ). F’din il-perspettiva, huwa essenzjali li tali effikaċja tkun suġġetta għal evalwazzjoni kontinwa abbażi ta’ data statistika l-iktar preċiża u affidabbli possibbli ( 117 ). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha, f’intervalli regolari, twettaq eżami mill-ġdid analogu għal dak diġà previst fl-Artikolu 19 tad-Direttiva PNR. |
2) Fuq in‑natura strettament neċessarja tal‑indħil
112. |
Għalkemm il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) ma qajmitx b’mod espliċitu dubji dwar il-fatt li d-Direttiva PNR fiha regoli ċari, preċiżi u limitati għal dak li huwa strettament neċessarju f’dak li jirrigwarda d-delimitazzjoni tal-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data PNR ( 118 ), l-analiżi tal-proporzjonalità tas-sistema prevista minn din id-direttiva, mitluba mill-qorti tar-rinviju, ma tistax, fl-opinjoni tiegħi, tonqos milli tindirizza din il-kwistjoni ( 119 ). |
i) Fuq id‑delimitazzjoni tal-iskopijiet tal‑ipproċessar tad‑data PNR
113. |
Delimitazzjoni ċara tal-iskopijiet li għalihom l-aċċess għal data personali mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll l-użu ulterjuri tagħha minnhom huma permessi tikkostitwixxi rekwiżit essenzjali ta’ kull sistema ta’ pproċessar ta’ data b’mod partikolari għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi. L-issodisfar ta’ dan ir-rekwiżit huwa, barra minn hekk, neċessarju sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tevalwa l-proporzjonalità tal-miżuri inkwistjoni, billi jiġi applikat it-test ta’ gravità tal-indħil meta mqabbla mal-importanza tal-għan imfittex stabbilit fil-ġurisprudenza tagħha ( 120 ). |
114. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat l-importanza ta’ delimitazzjoni ċara tal-iskopijiet tal-miżuri li jinvolvu limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali b’mod partikolari fis-sentenza Digital Rights, li fiha hija ddikjarat bħala invalida d-Direttiva 2006/24. Fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li din id-direttiva ma kienet tipprevedi “ebda kriterju oġġettiv li jippermetti li jiġi ddelimitat l-aċċess tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għad-data u l-użu ulterjuri tagħha għal finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ skoperta u ta’ prosekuzzjoni kriminali ta’ reati li jistgħu, fir-rigward tal-kobor u tal-gravità tal-inġerenza fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, jitqiesu li huma suffiċjentement gravi biex jiġġustifikaw tali inġerenza” u li hija kienet tillimita ruħha, għall-kuntrarju, “tirreferi fl-Artikolu 1(1) tagħha, b’mod ġenerali għar-reati gravi kif inhuma ddefiniti minn kull Stat Membru fid-dritt intern tiegħu”. |
115. |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR jistabbilixxi kriterju ġenerali ta’ limitazzjoni tal-iskopijiet li jipprovdi li “id-data tal-PNR miġbura f’konformità ma’ din id-Direttiva tista’ tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, l- iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja”. Madankollu, kuntrarjament għad-Direttiva 2006/24, id-Direttiva PNR ma tillimitax ruħha għal tali dikjarazzjoni, iżda tiddefinixxi hija stess, fil-punti 8 u 9 tal-Artikolu 3 tagħha, kemm il-kunċett ta’ “reati terroristiċi” kif ukoll dak ta’ “kriminalità serja”, l-ewwel wieħed b’riferiment għall-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat‑13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 18) (issostitwita bid-Direttiva (UE) 2017/541) ( 121 ), u t-tieni wieħed, minn naħa, billi telenka, fl-Anness II, il-kategoriji ta’ reati kriminali li jikkorrispondu għal dan il-kunċett u, min-naħa l-oħra, billi tistabbilixxi livell ta’ gravità f’termini ta’ tul massimu tas-sentenza ta’ detenzjoni jew tal-miżura ta’ sigurtà li bihom dawn ir-reati huma punibbli. |
116. |
Għalkemm ir-riferiment għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2017/541 jippermetti li jiġu kkaratterizzati b’mod suffiċjentement ċar u preċiż l-atti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala reati terroristiċi skont il-punt 8 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR u li tiġi evalwata l-gravità tagħhom għall-finijiet tal-ibbilanċjar tal-importanza tal-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà pubblika mfittex minn din id-direttiva u tal-gravità tal-indħil li din tinvolvi fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, l-istess konklużjoni ma hijiex imposta b’evidenza simili fir-rigward tar-reati kollha elenkati fl-Anness II. |
117. |
Fil-punt 177 tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kien jiddefinixxi b’mod ċar u preċiż il-grad ta’ gravità tar-reati koperti mill-kunċett ta’ “kriminalità transnazzjonali serja”, billi jimponi li dawn ir-reati jkunu “punibbli b’piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas erba’ snin jew b’piena iktar ħarxa”, billi jirreferi “għar-reati ddefiniti mil-liġi Kanadiża” u, billi jsemmi “id-diversi sitwazzjonijiet li fihom reat jitqies li huwa ta’ natura transnazzjonali”. |
118. |
Meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dik l-opinjoni, id-Direttiva PNR, l-ewwel, ma tiħux inkunsiderazzjoni, fid-definizzjoni tal-ksur ikkonċernat, in-natura transnazzjonali tiegħu, it-tieni, tipprevedi katalogu eżawrjenti ta’ reati li, min-natura tagħhom, jitqiesu bħala li jaqgħu taħt il-kriminalità serja, bil-kundizzjoni li jintlaħaq il-minimu tal-piena massima previst fil-punt 9 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, it-tielet, tnaqqas, bħala prinċipju, il-livell ta’ gravità, billi tadotta kriterju bbażat fuq il-livell tal-piena massima u billi tiffissa dan il-livell għal tliet snin. |
119. |
Fir-rigward, l-ewwel, tan-nuqqas ta’ kriterju ta’ limitazzjoni bbażat fuq in-natura transnazzjonali, huwa ċertament minnu li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva PNR għall-kriminalità “transkonfinali” serja biss kienet tippermetti li jiġu mmirati reati li jistgħu, min-natura tagħhom, ikollhom, tal-inqas potenzjalment, rabta oġġettiva mal-vjaġġi bl-ajru u, konsegwentement, mal-kategoriji ta’ data miġbura u pproċessata skont id-Direttiva PNR ( 122 ). Madankollu, jiena naqbel, bħala prinċipju, mal-perspettiva espressa mill-Kummissjoni, li skontha, b’mod differenti milli fil-kuntest ta’ ftehim internazzjonali, ir-rilevanza u l-ħtieġa ta’ tali kriterju huma inqas ovvji fir-rigward ta’ mekkaniżmu għall-ġlieda kontra l-kriminalità li l-għan tiegħu huwa dak li jipproteġi s-sigurtà interna tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif tiddikjara dejjem il-Kummissjoni, in-nuqqas ta’ elementi transkonfinali ma huwiex fih innifsu indikazzjoni li tippermetti li tiġi eskluża l-gravità ta’ ksur. |
120. |
Fir-rigward, it-tieni, tal-kriterju li jistabbilixxi l-livell ta’ gravità tar-reati msemmija — li, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni ex ante ta’ din il-gravità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għat-tul massimu tal-piena ta’ detenzjoni jew tal-miżura ta’ sigurtà prevista mil-liġi u mhux għal dak li jista’ konkretament jinkorri f’każ partikolari — dan il-kriterju, għalkemm huwa bbażat fuq il-minimu ta’ piena massima u mhux fuq il-minimu ta’ piena minima ma huwiex fih innifsu inadegwat sabiex jiġi identifikat livell suffiċjenti ta’ gravità li jista’ jiġġustifika l-indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta kkawżat mill-ipproċessar ta’ data previst mid-Direttiva PNR. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan għandu jiġi interpretat bħala kriterju li jidentifika livell ta’ gravità “minimu”. Għalhekk, tali kriterju, għalkemm jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jqisu bħala “kriminalità serja” reati msemmija fl-Anness II li għalihom id-dritt kriminali nazzjonali tagħhom jipprevedi piena ta’ detenzjoni jew miżura ta’ sigurtà ta’ tul massimu ta’ inqas minn tliet snin, għall-kuntrarju dan ma jobbligahomx jirrikonoxxu awtomatikament tali klassifikazzjoni għar-reati kollha li jistgħu jiġu inklużi fl-imsemmi Anness II li huma punibbli b’piena li tilħaq il-livell previst fil-punt 9 tal-Artikolu 3tad-Direttiva PNR, meta, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet tas-sistema kriminali tagħhom, tali rikonoxximent jirriżulta f’użu tas-sistema prevista mid-Direttiva PNR għal finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ skoperta, ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja komuni, kuntrarju għall-iskopijiet segwiti minn din id-direttiva. |
121. |
It-tielet, fir-rigward tal-katalogu tal-Anness II, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li l-fatt li d-Direttiva PNR telenka b’mod limitat ir-reati li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “kriminalità serja”, jikkostitwixxi garanzija formali u sostanzjali fundamentali sabiex tiġi żgurata l-legalità tas-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR u ċ-ċertezza legali tal-passiġġieri. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmi katalogu jinkludi, kemm reati li, min-natura tagħhom, għandhom livell ta’ gravità inkontestabbilment għoli — bħal, pereżempju, it-traffikar ta’ bnedmin, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, it-traffikar tal-armi, jew ta’ materjal nukleari jew radjoattiv, il-ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru/ta’ bastiment, ir-reati serji li jaqgħu taħt il-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-qtil, l-istupru, il-ħtif, is-sekwestru u t-teħid ta’ ostaġġi ( 123 ), — kif ukoll reati li għalihom tali livell ta’ gravità jirriżulta inqas ovvju, bħal, pereżempju, il-frodi, il-falsifikazzjoni u l-piraterija ta’ prodotti, il-falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta’ dokumenti foloz, kif ukoll it-traffikar ta’ vetturi misruqa ( 124 ). Barra minn hekk, fost ir-reati inklużi fl-Anness II, uħud minnhom jistgħu iktar minn oħrajn ikollhom, min-natura tagħhom stess, natura transnazzjonali, bħal, pereżempju, it-traffikar ta’ bnedmin, it-traffikar tad-droga jew tal-armi, l-isfruttament sesswali tat-tfal, l-iffaċilitar ta’ dħul u ta’ residenza mhux awtorizzati, il-ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, u jkollhom ukoll rabta mat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri. |
122. |
Fir-rigward tan-natura suffiċjentement ċara u preċiża tat-taqsimiet inklużi fl-Anness II, hemm ukoll, il-livell huwa varjabbli ħafna. Għalhekk, minkejja li l-lista li tinsab f’dan l-anness għandha titqies bħala li hija eżawrjenti, diversi mit-taqsimiet tagħha għandhom natura“miftuħa” ( 125 ) u oħrajn jirreferu għal kunċetti ġeneriċi, li jistgħu jinkludu numru kbir ħafna ta’ ksur ta’ gravità varjabbli, minkejja li dejjem fil-limitu tal-livell massimu previst fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR ( 126 ). |
123. |
F’dan ir-rigward, nirrileva, minn naħa, li d-direttivi ta’ armonizzazzjoni adottati fl-oqsma previsti fl-Artikolu 83(1) TFUE, imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 123 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jipprovdu elementi rilevanti li jippermettu li jiġu identifikati mill-inqas xi wħud mir-reati kriminali serji li jistgħu jaqgħu taħt it-taqsimiet korrispondenti tal-Anness II. Għalhekk, b’mod partikolari, id-Direttiva 2013/40 tiddefinixxi, fl-Artikoli 3 sa 8 tagħha, diversi reati kriminali li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “ċiberkriminalità” previst fil-punt 9 ta’ dan l-Anness II, filwaqt li tieħu ħsieb, f’kull każ, li teskludi l-atti li jikkostitwixxu “każijiet minuri” ( 127 ). Bl-istess mod, id-Direttiva 2019/713 tiddefinixxi ċerti tipi ta’ reati frawdolenti, u d-Direttiva 2017/1371 tiddefinixxi l-elementi kostitwenti ta’ “frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni”. F’dan il-kuntest, għandha tissemma wkoll id-Direttiva 2008/99, adottata abbażi tal-Artikolu 175(1) KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali ( 128 ), li tiddefinixxi, fl-Artikolu 3 tagħha, sensiela ta’ reati ambjentali serji, li jistgħu jiġu inklużi fit-Taqsima 10 tal-Anness II, inklużi l-atti li jikkwalifikaw bħala “traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu”, filwaqt li teskludi kwalunkwe aġir li għandu impatt negliġibbli fuq l-oġġett protett. Fl-aħħar, infakkar, id-Direttiva 2002/90/KE ( 129 ), li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ residenza mhux awtorizzati kif ukoll id-Deċiżjoni Qafas 2002/946/JHA ( 130 ), intiża li ssaħħaħ il-kuntest kriminali sabiex jiġu impediti dawn ir-reati, id-Deċiżjoni Qafas 2003/568/JHA ( 131 ), li tiddefinixxi r-reati kriminali kklassifikati bħala “korruzzjoni attiva u passiva fis-settur privat”, u d-Deċiżjoni Qafas 2008/841/ĠAI ( 132 ), li tiddefinixxi r-reati relatati mal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali. |
124. |
Min-naħa l-oħra, nirrileva, kif osservat ġustament il-Kummissjoni, li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni sħiħa tad-dritt kriminali sostantiv, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi akkużat li ma ppreċiżax iktar ir-reati previsti fl-Anness II. Għalhekk, b’differenza għal dak li ser jiġi osservat iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet fir-rigward tal-lista tad-data PNR li tinsab fl-Anness I, it-traspożizzjoni fid-dritt intern tal-katalogu ta’ reati tal-Anness II neċessarjament teħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu, skont l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi kriminali nazzjonali tagħhom, ir-reati li jistgħu jkunu previsti. Din l-operazzjoni għandha madankollu titwettaq b’osservanza sħiħa tal-kriterju li jipprovdi li kull indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta għandu jkun limitat għal dak li huwa strettament neċessarju. Għalhekk, pereżempju, ma huwiex, fil-fehma tiegħi, eskluż li l-Istati Membri jipprevedu li l-użu tad-data PNR ikun limitat, għal ċerti reati, bħal pereżempju, dawk imsemmija fil-punti 7, 16, 17, 18, 25 tal-Anness II għall-każijiet fejn dawn ir-reati jkunu ta’ natura transkonfinali, jew jitwettqu fil-kuntest ta’ organizzazzjoni kriminali, jew ikunu jinvolvu ċerti ċirkustanzi aggravanti. Huma l-qrati tal-Istati Membri, taħt l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għandhom jinterpretaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-imsemmi katalogu fid-dritt intern b’mod konformi kemm mad-Direttiva PNR kif ukoll mal-Karta, b’mod li l-ipproċessar tad-data PNR jibqa’, għal kull taqsima, limitat għar-reati li jilħqu il-livell għoli ta’ gravità meħtieġ minn din id-direttiva kif ukoll għar-reati li għalihom tali pproċessar jirriżulta rilevanti ( 133 ). |
125. |
Bla ħsara għall-preċiżazzjonijiet magħmula fil-punti 120 u 124 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li l-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR kif ukoll il-katalogu ta’ reati inkluż fl-Anness II tagħha jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni u ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju. |
126. |
Madankollu, għandu jiġi rrikonoxxut li s-soluzzjoni esposta fil-punt 124 ta’ dawn il-konklużjonijiet ma hijiex kompletament sodisfaċenti. Fil-fatt, minn naħa, hija tħalli marġni sinjifikattiv ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri, b’mod li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-ipproċessar tad-data PNR jista’ jvarja b’mod sinjifikattiv minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk jiġi kompromess l-għan ta’ armonizzazzjoni segwit mil-leġiżlatur tal-Unjoni ( 134 ). Min-naħa l-oħra, hija timplika li l-kontroll ta’ proporzjonalità fuq element essenzjali tas-sistema, bħal-limitazzjoni tal-iskopijiet ta’ dan l-ipproċessar, jiġi eżerċitat ex post fuq il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni, pjuttost milli ex ante fuq id-Direttiva PNR stess. Għalhekk ikun mixtieq li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, kif nissuġġerixxilha li tagħmel, li tikkunsidra l-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR kif ukoll il-katalogu ta’ reati inkluż fl-Anness II tagħha bħala konformi mal-Artikoli 7, 8, u mal-Artikolu 51(2) tal-Karta, hija tiġbed l-attenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni għall-fatt li tali evalwazzjoni hija biss provviżorja u li timplika min-naħa ta’ dan il-leġiżlatur li huwa jivverifika, fid-dawl tat-traspożizzjoni li saret mill-Istati Membri ta’ din id-dispożizzjoni u ta’ dan il-katalogu kif ukoll fuq il-bażi tad-data statistika msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva PNR, il-ħtieġa: i) li jiġu speċifikati iktar, billi tiġi limitata l-portata tagħhom, il-kategoriji ta’ reati koperti mill-imsemmija katalogu, (ii) li jiġu eliminati minnu r-reati li għalihom l-ipproċessar tad-data PNR jirriżulta jew sproporzjonat, jew mhux rilevanti jew ineffettiv, u iii) li jiżdied il-livell ta’ gravità tar-reati msemmija fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR ( 135 ). F’dan ir-rigward, nirrileva li, għalkemm l-Artikolu 19(2)(b) tad-Direttiva PNR jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li twettaq eżami mill-ġdid tal-elementi kollha ta’ din id-direttiva, billi tagħti attenzjoni partikolari “[l]in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data tal-PNR għal kull wieħed mill-finijiet stabbiliti” fiha, la r-rapport tal-Kummissjoni tal‑2020 u lanqas id-dokument ta’ xogħol tal‑2020 li jakkumpanjah ma jinkludu, fil-fehma tiegħi, eżami sodisfaċenti fuq dan il-punt. |
ii) Fuq il‑kategoriji ta’ data PNR previsti mid-Direttiva PNR (it‑tieni u t‑tielet domanda preliminari)
127. |
Id-Direttiva PNR tipprevedi t-trasferiment lill-PIU ta’ 19‑il kategorija ta’ data PNR miġbura mit-trasportaturi tal-ajru għall-finijiet tar-riżervazzjoni ta’ titjiriet. Dawn il-kategoriji, elenkati fl-Anness I, jikkorrispondu għal dawk li jidhru fis-sistemi ta’ riżervazzjonijiet tal-kumpanniji tal-ajru u għal dawk elenkati fl-Anness I tal-Linji Gwida dwar id-Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fl‑2010 ( 136 ) (iktar ’il quddiem il-“Linji gwida tal-ICAO”). |
128. |
Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-validità tal-Anness I fid-dawl tal-Artikoli 7, 8, u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, b’teħid inkunsiderazzjoni, minn naħa, tal-portata tad-data personali elenkata f’dan l-anness — u b’mod partikolari tad-data API msemmija fil-punt 18 tiegħu, sa fejn din teċċedi d-data elenkata fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API — u, min-naħa l-oħra, tal-possibbiltà li din id-data, meħuda flimkien, tiżvela data sensittiva u tikser b’hekk il-limiti ta’ “dak li huwa strettament neċessarju”. Permezz tat-tielet domanda preliminari tagħha — li tirrigwarda, kif diġà kelli l-okkażjoni nenfasizza, l-osservanza tal-ewwel waħda mit-tliet kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52(1) tal-Karta, li tipprovdi li kull indħil fi dritt fundamentali għandu jkun “previst mil-liġi” — il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) tistaqsi għall-kuntrarju lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tal-punti 12 u 18 tal-Anness I, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura “miftuħa” tagħhom. |
129. |
Peress li l-eżami li għandu jsir fil-kuntest tat-tieni domanda preliminari jippreżupponi dak dwar in-natura suffiċjentement ċara u preċiża tal-kategoriji ta’ data personali msemmija fl-Anness I, l-ewwel ser nindirizza it-tielet domanda preliminari. |
– Fuq in‑natura suffiċjentement ċara u preċiża tal‑punti 12 u 18 tal‑Anness I (it‑tielet domanda preliminari)
130. |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-portata u l-gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta li tinvolvi miżura li tintroduċi limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet tiddependi, qabelxejn, mill-portata u min-natura tad-data personali li tikkostitwixxi s-suġġett tal-ipproċessar. L-identifikazzjoni ta’ din id-data tikkostitwixxi għalhekk operazzjoni essenzjali, li għaliha kull bażi legali li tintroduċi tali miżura għandha obbligatorjament tipproċedi bl-iktar mod ċar u preċiż possibbli. |
131. |
Dan ir-rekwiżit ġie rrikonoxxut, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data PNR, mill-Opinjoni 1/15. Hija u tiddeċiedi fir-rigward tat-taqsimiet li jinsabu fl-anness tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE li jinkludi l-elenkar tad-data PNR imsemmija fil-ftehim previst, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset b’mod partikolari, f’dik l-opinjoni, li l-użu ta’ kategoriji ġenerali ta’ informazzjoni li ma jiddeterminawx b’mod suffiċjenti l-portata tad-data li għandha tiġi ttrasferita, kif ukoll l-użu ta’ listi ta’ eżempji ta’ data li ma jiffissaw ebda limitazzjoni fir-rigward tan-natura u l-portata tal-informazzjoni li tista’ tidher fit-taqsima kkonċernata ma kinux jissodisfaw l-kundizzjonijiet ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni. |
132. |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandha tiġi eżaminata t-tielet domanda preliminari. |
133. |
Fir-rigward tal-punt 12 tal-Anness I, dan huwa fformulat kif ġej: “12. Kummenti ġenerali (inkluża l-informazzjoni kollha disponibbli fuq minuri mhux akkumpanjati taħt it‑18‑il sena, bħall-isem u s-sess tal-minuri, l-età, l-ilsien (ilsna) mitkellem (mitkellma), l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kustodja mat-tluq u r-relazzjoni mal-minuri, l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kustodja mal-wasla u r-relazzjoni mal-minuri, l-aġent tat-tluq u tal-wasla)”. |
134. |
Sa fejn jirreferi għall-“[k]ummenti ġenerali”, dan il-punt jikkostitwixxi, bħat-Taqsima 17 tal-Anness tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, taqsima msejħa “test liberu”, li hija intiża li tinkludi kull informazzjoni miġbura mit-trasportaturi tal-ajru fil-kuntest tal-attività tagħhom ta’ provvista ta’ servizz, minbarra dik espressament elenkata fil-punti l-oħra tal-Anness I. Issa, għandu jiġi kkonstatat, kif għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 160 tal-Opinjoni 1/15, li taqsima ta’ dan it-tip “ma tagħti ebda indikazzjoni dwar in-natura u l-portata tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa u tidher li tista’ saħansitra tinkludi informazzjoni li ma għandha ebda rabta mal-għan tat-trasferiment tad-data PNR”. Barra minn hekk, peress li l-preċiżazzjoni bejn parenteżi li tinsab fil-formulazzjoni tal-punt 12 tal-Anness 1, li tirrigwarda l-informazzjoni dwar il-minuri mhux akkumpanjati, hija pprovduta biss bħala eżempju, kif jixhed l-użu tat-terminu “inkluża”, dan il-punt ma jistabbilixxi ebda limitazzjoni fir-rigward tan-natura u tal-portata tal-informazzjoni li tista’ tkun inkluża fih ( 137 ). |
135. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-punt 12 tal-Anness I ma jistax jitqies bħala li huwa ddelimitat b’ċarezza u preċiżjoni suffiċjenti. |
136. |
Għalkemm jidher li l-Kummissjoni u l-Parlament jaqblu ma’ din il-konklużjoni, l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet fuq it-tielet domanda preliminari, kif ukoll il-Kunsill jopponu din il-konklużjoni u dan abbażi ta’ argumenti li jikkoinċidu ħafna. |
137. |
L-ewwel, l-ewwel sett ta’ argumenti huwa intiż, b’mod ġenerali, li jikkontesta l-possibbiltà li jiġu trasposti għal din il-kawża l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15. |
138. |
F’dan ir-rigward, filwaqt li ninsab konxju tad-differenza tal-kuntest li jikkaratterizza ż-żewġ kawżi, ser nillimita ruħi nosserva hawnhekk li l-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 160 tal-Opinjoni 1/15 fir-rigward tat-Taqsima 17 tal-anness mal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kienet ibbażata fuq interpretazzjoni purament semantika u strutturali ta’ din it-taqsima. Issa, tali interpretazzjoni hija perfettament trasponibbli għall-punt 12 tal-Anness I, li l-formulazzjoni tiegħu hija, għall-parti mhux eżemplari, identika għal dik tal-imsemmija taqsima u għandha struttura analoga. Barra minn hekk, kif ser naraw f’iktar dettall iktar ’il quddiem, iż-żewġ regoli inkwistjoni jaqgħu fl-istess kuntest regolamentari multilaterali, ikkostitwit b’mod partikolari mil-Linji gwida tal-ICAO, li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet referenza għalihom b’mod espress fil-punt 156 tal-Opinjoni 1/15. F’dawn il-kundizzjonijiet, mhux biss ma hemm xejn li jipprekludi li wieħed isegwi, għall-punt 12 tal-Anness I, l-istess interpretazzjoni bħal dik adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 160 tal-Opinjoni 1/15 għat-Taqsima 17 tal-anness mal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, iżda fuq kollox ma hemm xejn li jiġġustifika li wieħed jitbiegħed minnha. |
139. |
Fit-tieni lok, numru kbir ta’ Stati Membri jenfasizzaw li d-diversi punti tal-Anness I, inkluż il-punt 12, jikkorrispondu għat-taqsimiet tal-Anness I tal-Linji gwida tal-ICAO, li t-trasportaturi tal-ajru jafu sew u li lilhom dawn huma perfettament kapaċi li jattribwixxu kontenut preċiż. Dan il-punt 12 jikkorrispondi b’mod partikolari għall-aħħar żewġ taqsimiet tal-imsemmi anness, intitolati rispettivament “Kummenti ġenerali” u “Test liberu/kampijiet tal-kodiċi f’OSI (Other Supplementary Information), SSR (Special Service Request), SSI (Special Service Information), Kummenti/storja” u li jkopru “informazzjoni addizzjonali” jew “dwar servizzi mitluba” ( 138 ). |
140. |
F’dan ir-rigward, nosserva qabel kollox li l-korrispondenza bejn it-taqsimiet tal-Anness I tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, minn naħa, u t-taqsimiet tal-Anness I tal-Linji gwida tal-ICAO, min-naħa l-oħra, ma pprekludietx lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tiddikjara, fl-Opinjoni 1/15, li wħud mit-taqsimiet li jinsabu fl-Anness I tal-imsemmi abbozz ta’ ftehim ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni li miżura li tillimita l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali għandha tissodisfa. Sussegwentement, nirrileva li riferiment, barra minn hekk mhux espliċitu ( 139 ), għal-Linji gwida tal-ICAO, ma jippermettix, kuntrarjament għal dak li ċerti Stati Membri jidhru li jqisu, li tiġi ppreċiżata iktar in-natura u l-portata tal-informazzjoni li tista’ tiġi kkontemplata fil-punt 12 tal-Anness I. Għall-kuntrarju, il-qari ta’ dawn il-linji gwida jsaħħaħ il-konklużjoni li taqsima “Test liberu”, bħall-imsemmi punt 12, tinkludi numru indefinit ta’ informazzjoni ta’ natura differenti minbarra dik li tinsab ex officio fil-PNR ( 140 ). |
141. |
Fit-tielet lok, ċerti gvernijiet isostnu li huma l-Istati Membri, permezz ta’ miżuri leġiżlattivi interni u b’osservanza tal-limiti imposti mill-Artikoli 7, 8 u mill-Artikolu 52(1) tal-Karta, li għandhom jippreċiżaw l-informazzjoni li tista’ tidher fil-punt 12 tal-Anness I. Fil-fatt, ikun fin-natura stess ta’ direttiva li l-Istati Membri jitħallilhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-mezzi neċessarji għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li hija tistabbilixxi. |
142. |
F’dan ir-rigward, kif diġà esponejt fil-punt 86 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena tal-opinjoni li, meta miżuri li jinvolvu ndħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta joriġinaw minn att leġiżlattiv tal-Unjoni, huwa l-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu jistabbilixxi, fl-osservanza tal-kriterji ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni msemmija iktar ’il fuq, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-portata eżatta ta’ dan l-indħil. Minn dan isegwi li, meta l-istrument magħżul minn dan il-leġiżlatur ikun direttiva, ma tistax, fil-fehma tiegħi, tiġi ddelegata lill-Istati Membri, waqt it-traspożizzjoni tagħha fid-drittijiet nazzjonali tagħhom, id-determinazzjoni ta’ elementi essenzjali li jiddefinixxu l-portata tal-indħil, bħal, fil-każ ta’ imitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, in-natura u l-portata tad-data personali suġġetta għall-ipproċessar. |
143. |
Fir-raba’ lok, ċerti Stati Membri josservaw li l-punt 12 tal-Anness I għandu jinftiehem bħala li jirreferi biss għal informazzjoni relatata mal-provvista ta’ trasport. Interpretat b’dan il-mod, dan il-punt ikun kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta. |
144. |
Lanqas dan l-argument ma jikkonvinċini. Qabel kollox, fil-fatt, l-informazzjoni li tista’ tidher f’taqsima “Kummenti ġenerali” u taħt il-kodiċijiet OSI, SSI, u SSR hija ta’ natura eteroġenja ħafna (kura medika, ikliet speċjali jew preferenzi tal-ikel, kull talba għal assistenza, informazzjoni dwar il-minuri li jivvjaġġaw waħedhom, eċċ.) ( 141 ) u kollha għandha rabta mal-provvista ta’ trasport sa fejn din hija intiża, b’mod partikolari, li tippermetti lil trasportatur tal-ajru jadatta din il-provvista għar-rekwiżiti ta’ kull passiġġier. Kriterju interpretattiv ibbażat fuq ir-rilevanza tal-informazzjoni fir-rigward tas-servizz ta’ trasport ma jippermettix għalhekk li tiġi ppreċiżata iktar il-portata ta’ dan il-punt 12. Sussegwentement, nirrileva li, filwaqt li rrikorriet, fil-punt 159 tal-Opinjoni 1/15, għal dan il-kriterju sabiex tinterpreta b’mod konformi mar-rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni taqsima differenti tal-anness mal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu eskludiet li tista’ tipproċedi b’dan il-mod fir-rigward tat-Taqsima 17 ta’ dan l-anness, li tikkorrispondi għall-punt 12 tal-Anness I. |
145. |
Fil-ħames lok, xi Stati Membri enfasizzaw il-fatt li l-informazzjoni li hija intiża li tissemma fil-punt 12 tal-Anness I hija pprovduta b’mod volontarju lit-trasportaturi tal-ajru mill-passiġġieri stess, li huma debitament informati bit-trasferiment ulterjuri ta’ din id-data lill-awtoritajiet pubbliċi. L-idea sottostanti għal tali argument hija, fil-fehma tiegħi, li hemm tip ta’ kunsens impliċitu min-naħa tal-passiġġier ikkonċernat sabiex id-data li huwa jipprovdi lill-kumpanniji tal-ajru tiġi sussegwentement ittrasferita lill-awtoritajiet pubbliċi. |
146. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tispeċifika li ma tistax tkun kwistjoni ta’ “kunsens” meta l-persuna kkonċernata ma tistax toġġezzjona b’mod liberu għall-ipproċessar tad-data personali tagħha ( 142 ). Issa, għal parti kbira tal-informazzjoni li tista’ tidher fil-punt 12 tal-Anness I, il-passiġġier ikkonċernat ma għandux għażla reali, iżda huwa obbligat jipprovdiha sabiex ikun jista’ juża s-servizz ta’ trasport. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, għall-persuni b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa, jew għall-persuni li jeħtieġu kura medika jew anki għall-minuri mhux akkumpanjati. Barra minn hekk infakkar li, fil-punti 142 u 143 tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat b’mod ċar li l-ipproċessar tad-data PNR minn awtoritajiet pubbliċi, li għandu għan differenti minn dak li għalih tinġabar din id-data mit-trasportaturi tal-ajru, ma jistax jitqies bħala li huwa bbażat fuq xi forma ta’ kunsens mogħti mill-passiġġieri bil-għan ta’ dan il-ġbir. |
147. |
Fl-aħħar, il-parti l-kbira tal-Istati Membri jsostnu li l-ipproċessar ta’ data previst mid-Direttiva PNR huwa marbut ma’ diversi garanziji, fosthom, fir-rigward tat-trasferiment ta’ data lill-PIU, l-obbligu li dawn għandhom li jħassru d-data li ma tinsabx fl-Anness I kif ukoll id-data li tista’ tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika ta’ persuna, l-opinjonijiet politiċi tagħha, ir-reliġjon tagħha jew it-twemmin filosofiku tagħha, is-sħubija tagħha ma’ f’sindakat, l-istat ta’ saħħa tagħha, il-ħajja sesswali tagħha jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha. |
148. |
F’dan ir-rigward, ngħid qabelxejn li, fil-fehma tiegħi, l-evalwazzjoni tan-natura suffiċjentement ċara u preċiża tar-regoli li jiddefinixxu l-portata u n-natura tad-data li tista’ tkun is-suġġett ta’ trasferiment lill-awtoritajiet pubbliċi, sa fejn din hija intiża li tiżgura li miżura li tinvolvi ndħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tosserva l-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, għandha titwettaq mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji marbuta mal-ipproċessar li għalih din id-data tkun suġġetta mill-imsemmija awtoritajiet, peress li dawn il-garanziji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss meta tiġi eżaminata l-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni. Huwa barra minn hekk b’dan il-mod li l-Qorti tal-Ġustizzja wettqet, fil-punti 155 sa 163 tal-Opinjoni 1/15, l-evalwazzjoni tagħha tat-taqsimiet tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE. Inżid, b’mod iktar ġenerali, li attenzjoni partikolari għandha tingħata għan-neċessità li tinżamm distinzjoni ċara bejn id-diversi fażijiet li jinvolvi l-eżami ta’ miżura li tinvolvi ndħil fid-drittijiet fundamentali, peress li amalgamazzjoni bejn dawn id-diversi fażijiet tkun, fil-fehma tiegħi, dejjem għad-detriment ta’ protezzjoni effettiva tagħhom. |
149. |
Dan premess, hawnhekk ser nillimita ruħi nirrileva, minn naħa, li l-obbligu impost fuq il-PIU, konformement mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva PNR, li jħassru d-data minbarra dik elenkata fl-Anness I huwa utli biss jekk dan l-anness jinkludi katalogu ċar u magħluq ta’ data li għandha tiġi ttrasferita. L-istess japplika għall-obbligu tal-PIU, skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva PNR, li jħassru d-data msejħa “sensittiva” ( 143 ). Fil-fatt, definizzjoni wisq vaga, impreċiża jew miftuħa tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa żżid kemm il-probabbiltà li tali data tkun indirettament is-suġġett ta’ trasferiment, kif ukoll ir-riskju li hija ma tiġix identifikata immedjatament u mħassra. Fi kliem ieħor, il-garanziji msemmija iktar ’il fuq jistgħu jissodisfaw b’mod utli l-funzjoni tagħhom biss jekk ir-regoli li jiddefinixxu n-natura u l-portata tad-data PNR li t-trasportaturi tal-ajru huma mitluba jittrasferixxu lill-PIU jkunu suffiċjentement ċari u preċiżi u jekk il-lista ta’ din id-data tkun ta’ natura magħluqa u eżawrjenti. |
150. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, u kif antiċipajt fil-punt 135 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena tal-opinjoni li l-punt 12 tal-Anness I, fil-parti fejn jinkludi l-“Kummenti ġenerali” fost id-data li t-trasportaturi tal-ajru huma obbligati li jittrasferixxu lill-PIU konformement mad-Direttiva PNR ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni meħtieġa fl-Artikolu 52(1) tal-Karta kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 144 ) u li għalhekk dan għandu, f’din il-miżura, jiġi ddikjarat invalidu. |
151. |
Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-Kummissjoni u l-Parlament issuġġerew lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrikorri pjuttost għal “interpretazzjoni konformi” tal-punt 12 tal-Anness I, billi dan jinqara fis-sens li jirrigwarda biss l-informazzjoni dwar il-minuri msemmija fih b’mod espliċitu bejn parenteżi. Nammetti li għandi xi diffikultajiet nikkunsidra li tali qari josserva l-limiti ta’ sempliċi interpretazzjoni konformi. Huwa, ċertament, minnu li, skont prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni, att tal-Unjoni għandu jiġi interpretat, kemm jista’ jkun possibbli, b’mod li ma tiġix affettwata l-validità tiegħu u f’konformità mad-dritt primarju kollu u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tal-Karta ( 145 ). Huwa wkoll minnu li, fir-rigward tad-Direttiva PNR, il-possibbiltà ta’ tali interpretazzjoni tidher iffavorita mill-enfasi mqiegħda, b’mod partikolari, minn ħafna premessi ta’ din id-direttiva fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata kif ukoll fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ( 146 ). Madankollu, hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li interpretazzjoni konformi hija permessa biss meta t-test tad-dritt sekondarju tal-Unjoni jkun jista’ jkollu iktar minn interpretazzjoni waħda u għalhekk huwa possibbli li tingħata preferenza lil dik li tirrendi d-dispożizzjoni konsistenti mad-dritt primarju pjuttost milli lil dik li twassal għal konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tagħha miegħu ( 147 ). |
152. |
Issa, il-punt 12 tal-Anness I, fil-fehma tiegħi, ma jistax jiġi interpretat kif jissuġġerixxu l-Kummissjoni u l-Parlament, sakemm ma tingħatax interpretazzjoni “contra legem”. Fil-fatt, dan il-punt jirrigwarda, kif esponejt iktar ’il fuq, kategorija wiesgħa ta’ data ta’ natura differenti, li ma tistax tiġi identifikata a priori, li fir-rigward tagħha d-data dwar il-minuri tikkostitwixxi biss subkategorija. Il-fatt li dan il-punt jinqara fis-sens li jkopri biss din is-subkategorija jkun iwassal mhux biss sabiex tiġi injorata parti mill-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll jaqleb l-ordni loġika tad-dikjarazzjoni li tinsab f’dan il-punt. Tali operazzjoni, li tikkonsisti essenzjalment fit-tneħħija tal-parti mill-formulazzjoni tal-punt 12 tal-Anness I li titqies li ma hijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni, tista’, fil-fehma tiegħi, titwettaq biss billi jiġi ddikjarat annullament parzjali. |
153. |
Fir-rigward tal-kumplament tal-punt 12 tal-Anness I, li jelenka serje ta’ data dwar il-minuri mhux akkumpanjati, jiena tal-opinjoni li dan jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni bil-kundizzjoni li jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri biss l-informazzjoni li tikkonċerna l-minuri mhux akkumpanjati li għandha rabta diretta mat-titjira u li hija espressament imsemmija f’dan il-punt. |
154. |
Fir-rigward tal-punt 18 tal-Anness I, dan huwa fformulat kif ġej: “Kwalunkwe data rigward informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri (API) (inkluż it-tip, numru, pajjiż tal-ħruġ u data tal-iskadenza ta’ kwalunkwe dokument ta’ identità, ċittadinanza, isem tal-familja, isem mogħti, sess, data tat-twelid, linja tal-ajru, numru tat-titjira, data tat-tluq, data tal-wasla, port tat-tluq, port tal-wasla, ħin tat-tluq u l-ħin tal-wasla)”. |
155. |
Dan il-punt għandu struttura analoga għal dik tal-punt 12 tal-Anness I. Huwa jsemmi wkoll kategorija ġenerali ta’ data, jiġifieri l-informazzjoni minn qabel dwar il-passiġġieri (Advance Passenger Information – API), segwita, bejn parenteżi, minn lista ta’ data kkunsidrata bħala inkluża f’din il-kategorija ġenerali, li tingħata purament bħala eżempju, kif juri l-użu tal-espressjoni “inkluż”. |
156. |
Madankollu, kuntrarjament għall-punt 12 tal-Anness I, il-punt 18 ta’ dan l-anness jirreferi għal kategorija ta’ data li tista’ tiġi identifikata aħjar għal dak li jirrigwarda kemm in-natura kif ukoll il-portata tagħha. Fil-fatt, mill-premessa 4 tad-Direttiva PNR jirriżulta li, meta din tirreferi għal din il-kategorija ta’ data, hija tirreferi għall-informazzjoni li, skont id-Direttiva API, li għaliha tirreferi espressament din il-premessa, hija s-suġġett ta’ trażmissjoni mit-trasportaturi tal-ajru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għall-finijiet tat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Din id-data hija elenkata fl-Artikolu 3(2) ta’ din l-aħħar direttiva. |
157. |
Barra minn hekk, mill-premessa 9 ( 148 ) tad-Direttiva PNR kif ukoll mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API u mil-lista ta’ eżempju li tinsab fil-punt 18 tal-Anness I jirriżulta li d-data API msemmija fl-imsemmi punt hija, minn naħa, data bijografika li tippermetti li tiġi vverifikata l-identità tal-passiġġier tal-ajru u, min-naħa l-oħra, data dwar it-titjira rriżervata. Fir-rigward, b’mod iktar preċiż, tal-ewwel kategorija, dik tad-data bijografika, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API u fil-punt 18 tal-Anness I tkopri data, iġġenerata mar-reġistrazzjoni, li tista’ tiġi estratta mill-parti ta’ passaport (jew dokument ieħor tal-ivvjaġġar) li tista’ tinqara mill-magna ( 149 ). |
158. |
Għalhekk, il-punt 18 tal-Anness I, interpretat fid-dawl tal-premessi 4 u 9 tad-Direttiva PNR, jidentifika bħala prinċipju b’ċarezza u bi preċiżjoni suffiċjenti tal-inqas in-natura tad-data li huwa jsemmi. |
159. |
Fir-rigward tal-portata tagħha, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API huwa huwa wkoll redatt b’mod “miftuħ”, peress li l-lista ta’ data li huwa jelenka hija ppreċeduta mill-espressjoni “din id-data tinkludi” ( 150 ), u, min-naħa l-oħra, li fil-kategorija tad-data API, kif iddefinita fl-istrumenti multilaterali ta’ armonizzazzjoni fil-qasam, hemm ukoll data differenti minn dik imsemmija kemm mid-Direttiva API kif ukoll mill-punt 18 tal-Anness I ( 151 ). |
160. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex il-punt 18 tal-Anness I jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċarezza u preċiżjoni meħtieġa għall-bażijiet legali li jinvolvu ndħil fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, dan għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss id-data API li hija elenkata espressament f’dan il-punt kif ukoll fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API u li nġabret mit-trasportaturi tal-ajru fil-kors normali tal-attivitajiet tagħhom ( 152 ). |
161. |
F’dan l-istadju għandhom jiġu riveduti fil-qosor il-punti l-oħra tal-Anness I li, fid-dawl tal-formulazzjoni tagħhom, huma wkoll ta’ natura “miftuħa” jew li ma humiex suffiċjentement preċiżi, u dan minkejja li l-qorti tar-rinviju ma staqsietx espressament lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tagħhom ( 153 ). |
162. |
Fir-rigward, qabel kollox, tal-punt 5 tal-Anness I, li jsemmi “[i]ndirizz u informazzjoni tal-kuntatt (numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika)”, jekk dan għandu jitqies bħala li jirrigwarda biss l-informazzjoni tal-kuntatt b’mod espress bejn parentesi u għalhekk huwa ta’ natura eżawrjenti, dan ma jispeċifikax madankollu, kif kien il-każ fir-rigward tat-taqsima korrispondenti tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE ( 154 ), jekk din l-informazzjoni tal-kuntatt tagħmilx referenza għall-vjaġġatur biss jew għat-terzi li għamlu r-riżervazzjoni tat-titjira għall-passiġġier tal-ajru, għat-terzi li permezz tagħhom jista’ jiġi kkuntattjat passiġġier tal-ajru, jew ukoll għat-terzi li għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ emerġenza ( 155 ). Fid-dawl tal-fatt li interpretazzjoni tal-punt 5 tal-Anness I bħala li jirrigwarda wkoll il-kategoriji ta’ terzi msemmija iktar ’il fuq testendi l-indħil li tinvolvi d-Direttiva PNR għal suġġetti oħra minbarra l-passiġġieri tal-ajru fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fin-nuqqas ta’ data preċiża li tippermetti li jitqies li l-akkwist sistematiku u ġġeneralizzat tal-informazzjoni tal-kuntatt ta’ dawn it-terzi jikkostitwixxi element strettament meħtieġ għall-effiċjenza tas-sistema ta’ pproċessar tad-data PNR stabbilita minn din id-direttiva, tinterpreta l-imsemmi punt bħala li jirrigwarda biss l-informazzjoni ta’ kuntatt espressament imsemmija fih u li tikkonċerna l-passiġġier tal-ajru li f’ismu tkun saret ir-riżervazzjoni. Ċertament, id-Direttiva PNR ma teskludix li d-data personali ta’ persuni oħra minbarra l-passiġġieri tal-ajru tista’ tkun is-suġġett ta’ trasferiment lill-PIU ( 156 ). Madankollu, huwa essenzjali li l-każijiet fejn dan ikun possibbli jkunu indikati b’mod ċar u espliċitu, bħalma huwa l-każ għall-aġenti tal-ivvjaġġar, imsemmija fil-punt 9 tal-Anness I, jew il-kustodji tal-minuri li jivvjaġġaw waħedhom, imsemmija fil-punt 12 ta’ dan l-anness. Fil-fatt, huwa biss jekk din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta li jista’ jitqies li d-deċiżjoni li din id-data tiġi inkluża f’dik li għandha tiġi ttrasferita lill-PIU kienet is-suġġett ta’ ponderazzjoni bejn id-diversi interessi involuti, fis-sens tal-premessa 15 tad-Direttiva PNR, u li t-terzi kkonċernati jistgħu jiġu informati b’mod adegwat dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom. |
163. |
F’dak li jirrigwarda, sussegwentement, il-punt 6 tal-Anness I, li jirrigwarda “[l]-forom kollha tal-informazzjoni dwar il-ħlas, inkluż l-indirizz fejn jintbagħat il-kont”, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 159 tal-Opinjoni 1/15, fir-rigward tat-taqsima korrispondenti tal-anness mal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni, dan il-punt għandu jiġi interpretat bħala “li [j]kopri biss l-informazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ ħlas u dwar il-ħruġ tal-fattura għall-biljett tal-ajru, bl-esklużjoni ta’ kull informazzjoni oħra li ma hijiex marbuta direttament mat-titjira”. Din l-informazzjoni ma tistax, għaldaqstant, tinkludi, pereżempju, dik dwar il-modalitajiet ta’ ħlas ta’ servizzi oħra li ma humiex direttament marbuta mat-titjira, bħall-kiri ta’ vettura mal-wasla ( 157 ). |
164. |
Fir-rigward tal-punt 8, li jirrigwarda l-“[i]nformazzjoni dwar dawk li jivvjaġġaw ta’ spiss”, dan huwa ddefinit mir-regoli tal-ICAO bħala li jirrigwarda n-numru tal-kont u l-istatus ta’ dak li jivvjaġġa ta’ spiss ( 158 ). Interpretat f’dan is-sens, dan il-punt jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni. |
165. |
Fir-rigward tal-punt 10 tal-Anness I, li jirrigwarda l-“[is]tatus tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, inklużi konfermi, status taċ-check-in, informazzjoni dwar in-nuqqas jew il-preżenza” u tal-punt 13 ta’ dan l-anness, li jirrigwarda l-“[i]nformazzjoni fil-qasam tal-biljetti, inkluż in-numru tal-biljett, id-data tal-ħruġ tal-biljett u biljetti lejn direzzjoni waħda, spazji tal-automated ticket fare quote”, minkejja l-formulazzjoni miftuħa tagħhom, dawn il-punti jirrigwardaw biss informazzjoni preċiża ħafna u identifikabbli b’mod ċar, direttament relatata mat-titjira. L-istess japplika fir-rigward tal-punt 14 tal-Anness I, li jirrigwarda n-“[n]umru tal-post u informazzjoni oħra dwar il-post” u tal-punt 16 ta’ dan l-anness, li jirrigwarda “[l]-informazzjoni kollha dwar il-bagalji”. |
– Fuq il‑portata tad‑data elenkata fl‑Anness I (it‑tieni domanda preliminari)
166. |
Fost l-elementi li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tevalwa n-natura proporzjonata ta’ miżura li tinvolvi ndħil fid-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u8 tal-Karta hemm in-natura adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva tad-data personali pproċessata (prinċipju ta’ “minimizzazzjoni tad-data”) ( 159 ). L-istess test huwa previst mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB ( 160 ) u rrakkomandat mill-Konvenzjoni 108 ( 161 ). |
167. |
Mill-premessa 15 tad-Direttiva PNR jirriżulta li l-lista tad-data PNR li għandha tiġi trażmessa lill-PIU ġiet stabbilita bil-għan, kemm, li jiġu riflessi r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja kif ukoll li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali permezz tal-applikazzjoni ta’ “standards għoljin”, skont il-Karta, il-Konvenzjoni 108 u l-KEDB. L-istess premessa tippreċiża li d-data PNR għandha, b’mod partikolari, tinkludi biss informazzjoni dwar ir-riżervazzjonijiet u l-itinerarji tal-vjaġġ tal-passiġġieri li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw lill-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna. |
168. |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tan-natura adegwata u rilevanti tad-data PNR li tinsab fl-Anness I, id-diversi punti ta’ dan l-anness, inklużi l-punti 5, 6, 8 u 18, kif nipproponi li jiġu interpretati ( 162 ), u l-punt 12, bl-eċċezzjoni tal-parti li nipproponi li tiġi ddikjarata invalida ( 163 ), jirrigwardaw biss data li tipprovdi informazzjoni direttament marbuta mal-vjaġġi bl-ajru li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva PNR. Barra minn hekk, din id-data għandha rabta oġġettiva mal-iskopijiet imfittxija minn din id-direttiva. B’mod iktar partikolari, id-data API tista’ tintuża b’mod partikolari b’“mod reattiv”, sabiex tiġi identifikata persuna diġà magħrufa mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi, pereżempju għaliex hija ssuspettata li hija involuta f’reati terroristiċi jew f’kriminalità serja li diġà twettqu, jew li qiegħda fil-punt li twettaq tali reat, filwaqt li d-data PNR tista’ tintuża pjuttost b’“mod reali jew proattiv”, sabiex jiġi identifikat theddid li ġej minn persuna li għadha ma hijiex magħrufa mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi. |
169. |
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-portata tad-data PNR elenkata fl-Anness I, din id-data, inkluża dik li tinsab fil-punti 5, 6, 8, 12 u 18 ta’ dan l-anness, kif nipproponi li jiġu interpretati fil-punti 134 sa 164 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ma tidhirx eċċessiva, fid-dawl, minn naħa, tal-importanza tal-għan ta’ sigurtà pubblika mfittex mid-Direttiva PNR u, min-naħa l-oħra, tal-kapaċità tas-sistema stabbilita minn din id-direttiva li tilħaq tali għan. |
170. |
Fir-rigward, b’mod partikolari, tad-data API, li dwarha tistaqsi b’mod partikolari l-qorti tar-rinviju, nirrileva li din id-data, ta’ natura bijografika u li tikkonċerna r-rotta meħuda, bħala regola ġenerali tippermetti biss li tinkiseb informazzjoni limitata dwar il-ħajja privata tal-passiġġieri kkonċernati. Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li l-punt 18 tal-Anness I jirrigwarda informazzjoni li ma tinsabx fost dik espressament imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API, din l-informazzjoni, dwar l-identità tal-passiġġier tal-ajru (is-sess), id-dokument tal-ivvjaġġar użat (pajjiż ta’ ħruġ, data ta’ skadenza ta’ kull dokument tal-identità), jew ukoll dwar it-titjira meħuda (kumpannija tal-ajru, numru tat-titjira, data u ajruport tat-tluq u tal-wasla), tikkoinċidi parzjalment jew tista’ tiġi estratta mid-data PNR li tidher f’punti oħra tal-Anness I, pereżempju l-punti 3, 7 u 13. Barra minn hekk, sa fejn din tirrigwarda data bijografika jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar użati, l-imsemmija informazzjoni tista’ tgħin lis-servizzi tal-infurzar tal-liġi sabiex jivverifikaw l-identità ta’ persuna u b’hekk tnaqqas, kif tirrileva l-premessa 9 tad-Direttiva PNR, ir-riskju li persuni innoċenti jiġu suġġetti għal verifiki u għal investigazzjonijiet mhux iġġustifikati. Fl-aħħar, għandu jiġi enfasizzat li s-sempliċi fatt li l-punt 18 tal-Anness I jinkludi data addizzjonali meta mqabbla ma’ dik li tinsab fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API ma jistax iwassal awtomatikament għall-affermazzjoni tan-natura eċċessiva ta’ din id-data, sa fejn din id-direttiva u d-Direttiva PNR ifittxu għanijiet differenti. |
171. |
Fir-rigward tad-data li tikkonċerna l-minuri mhux akkumpanjati, elenkata fil-punt 12 tal-Anness I, din tikkonċerna kategorija vulnerabbli ta’ persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni speċjali, inkluż fir-rigward tar-rispett għall-ħajja privata tagħhom u l-protezzjoni tad-data personali tagħhom ( 164 ). Jibqa’ l-fatt li limitazzjoni ta’ dawn id-drittijiet tista’ tkun meħtieġa, b’mod partikolari sabiex it-tfal jiġu protetti minn kriminalità serja li jistgħu jkunu vittmi tagħha, bħat-traffikar u l-isfruttament sesswali tat-tfal jew il-ħtif tat-tfal. Għalhekk, ma jistax jiġi kkunsidrat a priori li l-punt 12 tal-Anness I, sa fejn jeżiġi t-trasferiment ta’ numru ta’ data personali ikbar għal dak li jirrigwarda l-minuri mhux akkumpanjati jeċċedi dak li huwa strettament neċessarju. |
172. |
Għalkemm id-data personali li t-trasportaturi tal-ajru huma obbligati jittrażmettu lill-PIU skont id-Direttiva PNR tissodisfa, fil-fehma tiegħi, ir-rekwiżiti ta’ adegwatezza u ta’ rilevanza u għalkemm il-portata tagħha ma taqbiżx dak li huwa strettament neċessarju għall-funzjonament ta’ sistema stabbilita minn din id-direttiva, jibqa’ l-fatt li tali trażmissjoni tikkonċerna numru sinjifikattiv ta’ data personali ta’ natura varjata għal kull passiġġier ikkonċernat kif ukoll numru estremament għoli ta’ tali data f’termini assoluti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa essenzjali li tali trasferiment ikun marbut ma’ garanziji suffiċjenti intiżi, minn naħa, li jiżguraw li tiġi ttrasferita biss id-data espressament imsemmija u, min-naħa l-oħra, li tiġi żgurata s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data ttrasferita. |
173. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-leġiżlatur tal-Unjoni, qabel kollox, ippreveda serje ta’ garanziji li jippermettu li jiġu limitati l-kategoriji ta’ data PNR magħmula aċċessibbli mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u li jiġi żgurat li dan l-aċċess jibqa’ limitat għad-data biss li l-ipproċessar tagħha huwa meqjus bħala neċessarju għall-finijiet tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva PNR. Għalhekk, l-ewwel, din id-direttiva telenka, bla ħsara għall-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-kuntest tar-risposta għat-tielet domanda preliminari, b’mod eżawrjenti u preċiż id-data li tista’ tiġi ttrasferita lill-PIU. It-tieni, id-Direttiva PNR tindika espliċitament li biss id-data inkluża f’din il-lista, li tirriżulta minn ponderazzjoni bejn l-interessi u r-rekwiżiti differenti msemmija fil-premessa 15 ta’ din id-direttiva, tista’ tkun is-suġġett ta’ trasferiment lill-PIU (Artikolu 6(1) tad-Direttiva PNR). It-tielet, din id-direttiva tippreċiża li, meta d-data PNR ittrasferita jkun fiha data differenti minn dik elenkata fl-Anness I, il-PIU tħassarha “immedjatament u permanentement malli tasal” (Artikolu 6(1) tad-Direttiva PNR). Ir-raba’, l-imsemmija direttiva tipprevedi li d-data PNR imsemmija fl-Anness I tista’ tkun is-suġġett ta’ trasferiment biss sa fejn din tkun diġà nġabret mit-trasportaturi tal-ajru fil-kors normali tal-attivitajiet tagħhom (Artikolu 8(1) tad-Direttiva PNR u l-premessa 8 tagħha), fatt li jimplika li mhux id-data kollha li tinsab fl-Anness I hija sistematikament aċċessibbli għall-PIU, iżda biss dik li tinsab fis-sistema ta’ riżervazzjoni tal-operatur ikkonċernat. Il-ħames, l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva PNR jimponi fuq it-trasportaturi tal-ajru li jużaw il-metodu “push” sabiex jittrażmettu d-data PNR lill-PIU. Dan il-metodu, irrakkomandat mil-Linji gwida tal-ICAO ( 165 ), jimplika li l-imsemmija trasportaturi jittrasferixxu huma stess id-data PNR fid-databases tal-PIU. Meta mqabbel mal-metodu “pull”, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jaċċedu għas-sistemi tal-operaturi u jirtiraw mid-databases tagħhom kopja tad-data meħtieġa, il-metodu “push”, jippreżenta iktar garanziji peress li jagħti lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat ir-rwol ta’ gwardjan u ta’ kontrollur tad-data PNR. Fl-aħħar, filwaqt li tikkonforma mal-Linji gwida tal-ICAO u mal-prinċipju ta’ “one-stop shop” ( 166 ), id-Direttiva PNR tipprevedi li t-trasferiment tad-data PNR iseħħ permezz ta’ organu wieħed, il-PIU, li taġixxi taħt is-superviżjoni tal-uffiċjal imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva u, fuq kollox, taħt dik tal-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva. |
174. |
Min-naħa l-oħra, id-Direttiva PNR tipprevedi ċertu numru ta’ garanziji intiżi li jippreżervaw is-sigurtà tad-data PNR. F’dan ir-rigward, nirreferi għall-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva, li jirrendi applikabbli għall-ipproċessar kollu ta’ data personali mwettaq bis-saħħa tagħha l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva tal-Pulizija, dwar il-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-data, kif ukoll għall-Artikolu 13(3) li, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data PNR mit-trasportaturi tal-ajru, ifakkar l-obbligi imposti fuq dawn tal-aħħar taħt ir-RĠPD, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa li għandhom jittieħdu sabiex tiġi protetta s-sigurtà u l-kunfidenzjalità ta’ din id-data ( 167 ). |
175. |
Fl-aħħar, għandu jiġi enfasizzat li d-Direttiva PNR tirrikonoxxi, fil-premessi 29 u 37 tagħha, id-dritt tal-passiġġieri li jirċievu “informazzjoni preċiża li hi faċilment aċċessibbli u li tista’ tinftiehem faċilment”, fost l-oħrajn, dwar il-ġbir tad-data PNR, filwaqt li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li dan id-dritt jiġi rrispettat. Għalkemm dan ir-rikonoxximent ma huwiex rifless, fit-test tad-Direttiva PNR, f’dispożizzjoni li għandha valur vinkolanti, infakkar li, kif indikajt waqt l-eżami tal-ewwel domanda preliminari, id-dispożizzjonijiet tar-RĠPD japplikaw għat-trasferiment tad-data PNR lill-PIU. Għaldaqstant, it-trasportaturi tal-ajru huma obbligati, fil-kuntest ta’ dan it-trasferiment, jikkonformaw ruħhom, inter alia, mal-Artikoli 13 u 14 tar-RĠPD, li jipprevedu d-dritt għal informazzjoni tal-persuni kkonċernati minn ipproċessar ta’ data personali. Għalkemm jeħtieġ li, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva PNR, l-Istati Membri jipprevedu espressament id-dritt għal informazzjoni tal-passiġġieri tal-ajru, kif irrikonoxxut mill-premessi 29 u 37 ta’ din id-direttiva, fi kwalunkwe każ huma ma jistgħux, sa fejn ikun kuntrarju għall-ispirtu tagħha, jillimitaw il-portata tal-Artikoli 13 u 14 tar-RĠPD skont l-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament. Issa, sabiex ikun effettiv, tali dritt għandu jirrigwarda wkoll il-kategoriji ta’ data PNR li huma s-suġġett ta’ trasferiment. |
176. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jiena tal-opinjoni li d-data PNR li l-ipproċessar tagħha huwa previst mid-Direttiva PNR, bla ħsara għal-limitazzjonijiet issuġġeriti u għall-preċiżazzjonijiet magħmula fil-kuntest tat-tielet domanda preliminari, hija rilevanti, adegwata u mhux eċċessiva fid-dawl tal-iskopijiet imfittxija minn din id-direttiva u li l-portata tagħha ma tmurx lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-iskopijiet. |
– Fuq id‑data sensittiva
177. |
Id-Direttiva PNR tipprojbixxi b’mod ġenerali kull ipproċessar tad-“data sensittiva” ( 168 ). |
178. |
Għalkemm din id-direttiva ma tinkludix definizzjoni tal-kunċett ta’ “data sensittiva”, mill-Artikolu 13(4) tagħha jirriżulta li hija tinkludi, tal-inqas, id-“data tal-PNR li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija ma’ trade union, is-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna” ( 169 ). Fil-punt 165 tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li kull miżura bbażata fuq il-premessa li waħda jew iktar minn dawn il-karatteristiċi “tista’, fiha nfisha u indipendentement mill-aġir individwali tal-ivjaġġatur ikkonċernat, tkun rilevanti fid-dawl tal-għan tal-ipproċessar tad-data tal-PNR […] tikser id-drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, moqrija flimkien mal-Artikolu 21 tagħha”. Billi tipprojbixxi kull ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 13(4) tagħha, id-Direttiva PNR tosserva għalhekk il-limiti imposti mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-użu ta’ dawn il-kategoriji ta’ data fil-kuntest ta’ sistema ta’ pproċessar tad-data PNR, kemm jekk taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, taħt id-dritt tal-Unjoni jew taħt ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni. |
179. |
Il-projbizzjoni ġenerali ta’ pproċessar ta’ data sensittiva stabbilita mid-Direttiva PNR tinkludi wkoll il-ġbir tagħha. Għalhekk, kif tindika espressament il-premessa 15 ta’ din id-direttiva, id‑19‑il taqsima li jinsabu fl-Anness I ma humiex ibbażati fuq id-data PNR imsemmija fl-Artikolu 13(4) tagħha. |
180. |
Għalkemm l-ebda waħda minn dawn it-taqsimiet ma ssemmi espliċitament tali data, din tal-aħħar tista’ madankollu taqa’ b’mod partikolari taħt it-taqsima “Kummenti ġenerali”, prevista fil-punt 12 tal-Anness I, li tikkostitwixxi “kamp miftuħ”, li tista’ tkopri, kif diġà kelli l-okkażjoni nosserva fil-kuntest tal-eżami tat-tielet domanda preliminari, numru indefinit ta’ informazzjoni ta’ natura differenti. Fil-fatt jeżisti riskju konkret, kif barra minn hekk irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 164 tal-Opinjoni 1/15, li informazzjoni li taqa’ taħt l-imsemmija taqsima, li tirrigwarda pereżempju preferenzi dijetetiċi, talbiet għal assistenza, rati fissi ta’ prezz favur ċerti kategoriji ta’ persuni jew ta’ assoċjazzjonijiet, tiżvela, b’mod dirett, data sensittiva fis-sens tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva PNR, dwar b’mod partikolari t-twemmin reliġjuż tal-passiġġieri kkonċernati, l-istat ta’ saħħa tagħhom jew is-sħubija tagħhom f’sindakat jew f’partit politiku. |
181. |
Issa, peress li l-ipproċessar ta’ din id-data huwa fi kwalunkwe każ eskluż mid-Direttiva PNR, it-trasferiment tagħha mit-trasportaturi tal-ajru mhux biss jeċċedi manifestament dak li huwa strettament neċessarju, iżda jirriżulta wkoll nieqes minn kull utilità. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li l-PIU huma fi kwalunkwe każ obbligati, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva PNR, iħassru immedjatament id-data PNR li tiżvela waħda mill-informazzjoni elenkata fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(4) dan il-paragrafu ma jippermettix li jiġi awtorizzat jew iġġustifikat trasferiment ta’ din id-data ( 170 ), peress li l-projbizzjoni tal-ipproċessar tagħha stabbilita mill-imsemmija direttiva għandha tapplika mill-ewwel stadju tal-ipproċessar tad-data PNR. L-obbligu ta’ tħassir tad-data sensittiva għalhekk jikkostitwixxi biss garanzija supplimentari li din id-direttiva tipprevedi fil-każ fejn, eċċezzjonalment, tali data tiġi ttrasferita lill-PIU bi żball. |
182. |
Barra minn hekk, nirrileva, kif osserva l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-punt 222 tal-konklużjonijiet tiegħu fl-Opinjoni 1/15 ( 171 ), li, peress li l-informazzjoni li taqa’ taħt it-taqsimiet “test liberu” bħat-taqsima “Kummenti ġenerali”, prevista fil-punt 12 tal-Anness I li tista’ tinkludi data sensittiva skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva PNR, hija kkomunikata mill-passiġġieri b’mod fakultattiv biss, ftit li xejn huwa probabbli li persuni involuti f’reati terroristiċi jew li jaqgħu taħt il-kriminalità serja jipproċedu għal tali komunikazzjoni spontanja, b’mod li t-trasferiment sistematiku ta’ din id-data jista’ probabbilment jikkonċerna biss, fil-parti l-kbira, persuni li jkunu talbu sabiex jibbenefikaw minn servizz addizzjonali li fir-realtà ma huma ta’ ebda interess għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi ( 172 ). |
183. |
Fil-kuntest tal-eżami tat-tielet domanda preliminari, wasalt għall-konklużjoni li l-punt 12 tal-Anness I, sa fejn jirreferi għat-taqsima “Kummenti ġenerali”, ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni meħtieġa fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Għar-raġunijiet li għadni kif esponejt, inqis li l-inklużjoni ta’ din it-taqsima fil-kategoriji ta’ data li hija s-suġġett ta’ trasferiment sistematiku lill-PIU, mingħajr ma tingħata ebda preċiżazzjoni dwar l-informazzjoni li din tista’ tkopri, lanqas ma tissodisfa l-kriterju ta’ neċessità previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 173 ). |
184. |
Madankollu, l-esklużjoni tat-taqsimiet imsejħa “test liberu” mil-lista tad-data PNR li għandha tiġi ttrasferita lill-awtoritajiet tal-Istat fil-kuntest ta’ sistema ta’ pproċessar tad-data PNR ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi eliminat ir-riskju li data sensittiva madankollu titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet. Tali data tista’ fil-fatt mhux biss tiġi dedotta direttament minn informazzjoni li taqa’ f’dawn it-taqsimiet, iżda wkoll tiġi żvelata indirettament jew preżunta minn informazzjoni li tinsab f’taqsimiet “ikkodifikati”. Għalhekk, sabiex nagħti eżempju, l-isem tal-passiġġier tal-ajru jista’ jipprovdi indikazzjonijiet jew, tal-inqas, jippermetti li jitressqu suppożizzjonijiet, fuq l-oriġini etnika jew fuq l-appartenenza reliġjuża tal-passiġġier ikkonċernat. L-istess japplika għan-nazzjonalità. Din id-data ma tistax, bħala prinċipju, tiġi eskluża mil-lista tad-data PNR li għandha tiġi ttrasferita, u lanqas ma tista’ titħassar mill-awtoritajiet awtorizzati jirċevuha. Għalhekk, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ stigmatizzazzjoni, abbażi ta’ karatteristiċi protetti, ta’ numru kbir ta’ individwi li madankollu ma huma ssuspettati b’ebda reat, huwa neċessarju li sistema ta’ pproċessar tad-data PNR tipprevedi garanziji suffiċjenti li jippermettu li jiġi eskluż, f’kull stadju tal-ipproċessar tad-data miġbura, li dan l-ipproċessar ikun jista’ jieħu inkunsiderazzjoni, direttament jew indirettament tali karatteristiċi, pereżempju, billi jiġu applikati, waqt l-analiżi awtomatizzata, seletturi bbażati fuq dawn il-karatteristiċi. Ser nerġa’ lura għal dan il-punt iktar ’il quddiem fl-analiżi tiegħi. |
185. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis, bla ħsara għall-konklużjoni li wasalt għaliha fil-punt 183 iktar ’il fuq, li d-Direttiva PNR tipprevedi, fl-istadju tat-trasferiment tad-data PNR lill-PIU, garanziji suffiċjenti intiżi li jipproteġu d-data sensittiva. |
iii) Fuq il‑kunċett ta’ “passiġġier” (ir‑raba’ domanda preliminari)
186. |
Permezz tar-raba’ domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk is-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR, sa fejn tippermetti t-trasferiment u l-ipproċessar iġġeneralizzat tad-data PNR ta’ kull persuna li tissodisfa l-kunċett ta’ “passiġġier” fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, indipendentement minn kull element oġġettiv li jippermetti li jitqies li l-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta riskju għas-sigurtà pubblika, hijiex kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Hija tistaqsi b’mod partikolari dwar il-possibbiltà li tiġi trasposta għas-sistema ta’ pproċessar ta’ data personali stabbilita mid-Direttiva PNR il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward taż-żamma u tal-aċċess għad-data fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. |
187. |
F’din il-ġurisprudenza, f’dak li huwa ta’ interess għall-proċedura preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li leġiżlazzjoni li, bil-għan li tiġġieled kontra l-kriminalità serja, tipprevedi ż-żamma preventiva ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data dwar it-traffiku relatata mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tad-data ta’ lokalizzazzjoni ( 174 ), bil-għan tal-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, mingħajr ma ssir ebda distinzjoni, limitazzjoni u lanqas eċċezzjoni abbażi tal-għan imfittex, ma tistax, bħala prinċipju, titqies bħala ġġustifikata f’soċjetà demokratika ( 175 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet bl-istess mod fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, kienet tipprevedi l-analiżi awtomatizzata tad-data kollha msemmija permezz ta’ filtrazzjoni mwettqa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u b’applikazzjoni ta’ parametri ddeterminati minnhom ( 176 ). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, tali miżuri jistgħu jiġu ġġustifikati biss f’sitwazzjonijiet fejn l-Istat Membru kkonċernat ikollu quddiemu theddida serja għas-sigurtà nazzjonali li tkun reali u attwali jew prevedibbli u meta d-deċiżjoni li tipprovdi għall-implimentazzjoni tagħhom tkun is-suġġett ta’ eżami effettiv jew minn qorti jew minn entità amministrattiva indipendenti ( 177 ). L-użu ta’ dawn il-miżuri f’sitwazzjonijiet bħal dawn għandu, barra minn hekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ikun limitat fiż-żmien għal dak li huwa strettament neċessarju u ma jistax fi kwalunkwe każ ikun ta’ natura sistematika ( 178 ). |
188. |
Barra minn hekk, nirrileva li għalkemm, f’din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma waslitx sabiex tiddikjara espressament, bħal fis-sentenza Schrem I, l-eżistenza ta’ preġudizzju għall-kontenut essenzjali tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, hija madankollu qieset li l-miżuri inkwistjoni kienu jilħqu livell ta’ gravità tal-indħil tali li, ħlief fil-każ limitat ta’ theddid speċifiku għas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru, dawn ma setgħux sempliċement jitqiesu bħala limitati għal dak li huwa strettament neċessarju u għalhekk konformi mal-Karta ( 179 ), indipendentement mill-garanziji eventwali previsti kontra r-riskji ta’ abbuż u aċċess illegali għad-data kkonċernata ( 180 ). |
189. |
Diġà kelli l-okkażjoni li nenfasizza li leġiżlazzjoni bħal dik prevista mid-Direttiva PNR tikkondividi ma’ miżuri bħal dawk eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza mfakkra fil-punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijet ċertu numru ta’ elementi komuni, li jagħtuha natura partikolarment intrużiva. Għalhekk, din id-direttiva tistabbilixxi sistema ġġeneralizzata u indifferenzjata ta’ ġbir u ta’ analiżi awtomatizzata tad-data personali ta’ porzjon sinjifikattiv tal-popolazzjoni, li tapplika b’mod globali għall-persuni kollha li jissodisfaw il-kunċett ta’ “passiġġier” li jinsab fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva u, konsegwentement, ukoll għal dawk li għalihom ma teżisti ebda indikazzjoni ta’ natura li tagħti x’jinftiehem li l-aġir ta’ dawn il-persuni jista’ jkollu rabta, anki indiretta jew imbiegħda, ma’ attivitajiet ta’ terroriżmu jew li jaqgħu taħt il-kriminalità serja. Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din il-ġurisprudenza tistax tiġi trasposta għal sistema ta’ pproċessar tad-data PNR bħal dik stabbilita mid-Direttiva PNR. |
190. |
F’dan ir-rigward, nirrileva li, fl-Opinjoni 1/15, meta eżaminat, fil-punti 186 sa 189 tagħha, il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, il-Qorti tal-Ġustizzja evitat kull paragun bejn, minn naħa, il-miżuri intiżi għaż-żamma u l-aċċess iġġeneralizzat u indifferenzjat għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għad-data dwar it-traffiku u għad-data ta’ lokalizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, it-trasferiment tad-data PNR u l-ipproċessar awtomatizzat tagħha fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri prevista mill-imsemmi ftehim. Madankollu, fiż-żmien meta ngħatat din l-opinjoni, diġà kien hemm ġurisprudenza stabbilita sew – ikkonfermata, ftit xhur biss qabel din ingħatat, mis-sentenza Tele2 Sverige, li tirreferi għaliha l-qorti tar-rinviju –, li fiha l-imsemmija miżuri kienu, ħlief għal sitwazzjonijiet speċifiċi u puntwali ( 181 ), meqjusa inkompatibbli mal-Karta ( 182 ). Is-sentenzi l-iktar reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, u b’mod partikolari s-sentenza La Quadrature du Net, jinsabu fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, filwaqt li jippreċiżawha u, f’ċerti aspetti, jisfumawha. |
191. |
Fl-imsemmija punti tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset b’mod espliċitu li ma kienx jidher li l-Ftehim PNR Kanada‑UE kien jaqbeż il-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju, f’dak li kien jippermetti t-trasferiment u l-ipproċessar awtomatizzat, għall-finijiet tal-evalwazzjoni minn qabel tagħha, tad-data PNR tal-passiġġieri kollha tal-ajru lejn il-Kanada, u dan minkejja li tali trasferiment u tali pproċessar kellhom iseħħu “indipendentement minn kwalunkwe element oġġettiv li jippermetti li jitqies li l-passiġġieri jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà pubblika fil-Kanada” ( 183 ). Fil-punt 187 ta’ din l-opinjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja waslet sabiex tafferma li “l-esklużjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni, jew ta’ ċerti żoni ta’ oriġini, tkun ta’ natura li timpedixxi li jintlaħaq l-għan tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR, jiġifieri l-identifikazzjoni, permezz ta’ verifika ta’ din id-data, tal-persuni li jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà pubblika fost il-passiġġieri tal-ajru kollha, u li tippermetti li tiġi evitata din il-verifika” ( 184 ). |
192. |
Għalhekk, tal-inqas fir-rigward tat-trasferiment iġġeneralizzat u indifferenzjat tad-data PNR, il-Qorti tal-Ġustizzja tbegħdet mill-approċċ, iktar rigoruż, adottat fil-qasam taż-żamma u tal-aċċess għall-metadata. |
193. |
Għalkemm ma jistax jiġi miċħud li, fir-raġunament tagħha, hija ħadet inkunsiderazzjoni, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punti 152 u 188 tal-Opinjoni 1/15, minn naħa, il-konstatazzjoni li l-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR jiffaċilita l-kontrolli ta’ sigurtà, b’mod partikolari fil-fruntieri, u, min-naħa l-oħra, il-fatt li, konformement mal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-passiġġieri tal-ajru li jixtiequ jidħlu fit-territorju ta’ Stat parti għal din il-konvenzjoni huma obbligati li jissuġġettaw ruħhom għall-kontrolli u li josservaw il-kundizzjonijiet għad-dħul u għall-ħruġ stabbiliti minn dan l-Istat, inkluża l-verifika tad-data PNR tagħhom, inqis li hemm raġunijiet oħra li jimmilitaw favur tali diversità ta’ approċċ u, fost dawn, fl-ewwel lok, in-natura tad-data pproċessata. |
194. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat diversi drabi li mhux biss il-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda wkoll il-metadata jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar “numru sinjifikattiv ta’ aspetti tal-ħajja privata tal‑persuni kkonċernati, inkluż informazzjoni sensittiva bħall‑orjentazzjoni sesswali, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż, filosofiku, soċjali u oħrajn kif ukoll l-istat tas-saħħa”, li din id-data, meħuda fit-totalità tagħha, “tista’ tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi ħafna dwar il-ħajja privata tal-persuni li d-data tagħhom tkun inżammet, bħalma huma l-użanzi tal-ħajja ta’ kuljum, il-postijiet ta’ soġġorn permanenti jew temporanji, il-vjaġġi ta’ kuljum jew oħrajn, l-attivitajiet eżerċitati, ir-relazzjonijiet soċjali ta’ dawn il-persuni u l-ambjenti soċjali ffrekwentati minnhom” u li l-imsemmija data tipprovdi, b’mod partikolari, il-mezzi sabiex jiġi stabbilit “il-profil tal-persuni kkonċernati, informazzjoni li hija daqstant ieħor sensittiva, fid-dawl tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata bħalma huwa l-kontenut stess tal-komunikazzjonijiet” ( 185 ). Infakkar, barra minn hekk, li l-leġiżlazzjonijiet eżaminati sa issa mill-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż dik li tinsab fid-Direttiva 2006/24, ma kienu jipprevedu l-ebda eċċezzjoni u kienu japplikaw ukoll għall-komunikazzjonijiet lejn jew minn servizzi ta’ natura soċjali jew reliġjuża jew professjonisti suġġetti għal obbligi ta’sigriet professjonali. Għalhekk, filwaqt li ma stabbilixxietx ksur tal-kontenut essenzjali tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu affermat li, “fid-dawl tan-natura sensittiva tal-informazzjoni li d-data dwar it‑traffiku u d-data dwar il-lokalizzazzjoni tista’ tagħti, il-kunfidenzjalità ta’ din id-data hija essenzjali għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata” ( 186 ). |
195. |
Għall-kuntrarju, għalkemm huwa minnu li, kif fakkart fil-punti 77 u 98 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, fl-Opinjoni 1/15, li d-data PNR tista’, jekk ikun il-każ, tiżvela informazzjoni preċiża ħafna dwar il-ħajja privata ta’ persuna ( 187 ), hija madankollu affermat li n-natura ta’ din l-informazzjoni hija limitata għal ċerti aspetti ta’ din il-ħajja privata ( 188 ), fatt li jirrendi l-aċċess għal tali data inqas intrużiv mill-aċċess għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll għad-data dwar it-traffiku u għad-data ta’ lokalizzazzjoni. |
196. |
Fit-tieni lok, mhux biss in-natura tad-data PNR hija differenti minn dik tad-data dwar it-traffiku u tad-data ta’ lokalizzazzjoni, iżda huma differenti wkoll in-numru u l-varjetà tal-informazzjoni li tista’ tiġi żvelata minn dawn id-diversi kategoriji ta’ data, peress li dik li tinsab fid-data PNR hija kemm kwantitattivament kif ukoll kwalitattivament iktar limitata. Dan jiddependi mhux biss mill-fatt li s-sistemi ta’ pproċessar iġġeneralizzat u indifferenzjat tad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jikkonċernaw kważi t-totalità tal-popolazzjoni kkonċernata, filwaqt li s-sistemi ta’ pproċessar tad-data PNR japplikaw għal ċirku iktar ristrett, għalkemm b’mod numeriku sinjifikattiv, ta’ individwi, iżda wkoll mill-frekwenza ta’ użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi u mill-multipliċità tagħhom. Barra minn hekk, id-Direttiva PNR tipprevedi l-ġbir u l-ipproċessar ta’ numru limitat u speċifikat b’mod eżawrjenti ta’ data PNR, bl-esklużjoni ta’ data li taqa’ fil-kategoriji elenkati fl-Artikolu 13(4) ta’ din id-direttiva, b’mod li, jekk mhux il-kwantità tal-inqas is-sensittività tal-informazzjoni dwar il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati li tista’ tirriżulta minnhom tista’, parzjalment, tiġi evalwata minn qabel ( 189 ). Issa, tali limitazzjoni tat-tipoloġija tad-data msemmija, li tippermetti li tiġi eskluża parti kbira minn dik li tista’ taħbi informazzjoni sensittiva, hija biss parzjalment possibbli fir-rigward tad-data dwar it-traffiku u tad-data ta’ lokalizzazzjoni, fid-dawl tan-numru ta’ utenti u ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni kkonċernati ( 190 ). |
197. |
Fit-tielet lok, kull ipproċessar tal-metadata tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mhux biss jista’ jaffettwa l-isfera intima tal-ħajja ta’ kważi t-totalità tal-popolazzjoni, iżda wkoll jinterferixxi mal-eżerċizzju ta’ libertajiet oħra li permezz tagħhom tiġi eżerċitata l-parteċipazzjoni ta’ kull individwu fil-ħajja soċjali u demokratika ta’ pajjiż ( 191 ), u joħloq riskju, b’mod partikolari, li jkollu effett dissważiv fuq il-libertà tal-espressjoni tal-utenti tal-mezzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ( 192 ), li tikkostitwixxi “wieħed mill-bażijiet essenzjali ta’ soċjetà demokratika u pluralista” li tagħmel parti mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni ( 193 ). Dan l-aspett huwa inerenti għall-miżuri li jirrigwardaw dawn il-kategoriji ta’ data personali u ma jikkonċernax, bħala prinċipju, is-sistemi ta’ pproċessar tad-data PNR. |
198. |
Fir-raba’ lok, prinċipalment minħabba n-numru u l-varjetà tal-informazzjoni ta’ natura sensittiva li tista’ tiġi estratta mill-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll mid-data dwar it-traffiku u mid-data ta’ lokalizzazzjoni, jeżisti riskju ta’ arbitrarjetà marbut mal-ipproċessar ta’ din id-data sinjifikattivament ogħla milli fir-rigward tas-sistemi ta’ pproċessar tad-data PNR. |
199. |
Għar-raġunijiet kollha li għadni kif esponejt, jiena tal-opinjoni li l-approċċ iktar strett segwit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma huwiex trasponibbli bħala tali għas-sistemi tal-ipproċessar tad-data PNR. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà esprimiet ruħha, tal-inqas impliċitament, f’dan is-sens fl-Opinjoni 1/15, fil-kuntest ta’ ftehim internazzjonali li jistabbilixxi tali sistema għall-finijiet tal-protezzjoni tas-sigurtà ta’ pajjiż terz. L-istess pożizzjoni hija ġġustifikata, fil-fehma tiegħi, a fortiori, fir-rigward tad-Direttiva PNR, li l-għan tagħha huwa l-protezzjoni tas-sigurtà interna tal-Unjoni. |
200. |
Dan premess, għandu jiġi rrilevat, kif għamel l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-punt 216 tal-konklużjonijiet tiegħu fl-Opinjoni 1/15 ( 194 ), li l-interess stess tas-sistemi ta’ pproċessar tad-data PNR, kemm jekk jiġu adottati b’mod unilaterali jew kemm jekk ikunu s-suġġett ta’ ftehim internazzjonali, huwa preċiżament li tiġi ggarantita t-trażmissjoni massiva ta’ data li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw, bl-għajnuna ta’ għodod ta’ pproċessar awtomatizzat u ta’ xenarji jew ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti minn qabel, individwi, mhux magħrufa mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi, iżda li jidhru li huma ta’ “interess” jew ta’ riskju għas-sigurtà pubblika u li għalhekk jistgħu jkunu suġġetti sussegwentement għal kontrolli individwali iktar iddettaljati. Ir-rekwiżit ta’ “suspett raġonevoli” li huwa affermat fil-ġurisprudenza tal-Qorti EDB dwar l-interċettazzjonijiet mmirati pprattikati fil-kuntest ta’ investigazzjoni kriminali ( 195 ) u f’dik tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar iż-żamma tal-metadata ( 196 ) huwa għalhekk, inqas rilevanti fil-kuntest ta’ tali trażmissjoni u tali pproċessar ( 197 ). L-għan, b’mod partikolari, ta’ prevenzjoni segwit minn tali sistemi lanqas ma jista’ jintlaħaq billi l-applikazzjoni tagħhom tiġi limitata għal kategorija speċifika ta’ individwi, kif il-Qorti tal-Ġustizzja barra minn hekk affermat fil-punti tal-Opinjoni 1/15 imfakkra fil-punt 191 ta’ dawn il-konklużjonijiet, b’mod li l-portata tad-Direttiva PNR tidher li tiżgura l-kisba effettiva ta’ dan l-għan ( 198 ). |
201. |
Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-importanza strateġika tal-ipproċessar tad-data PNR bħala strument essenzjali tar-rispons komuni tal-Unjoni għat-terroriżmu u għall-kriminalità serja u bħala komponent ewlieni tal-Unjoni tas-Sigurtà ġiet enfasizzata diversi drabi mill-Kummissjoni ( 199 ). Fil-kuntest ta’ “approċċ globali” għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-rwol li għandhom is-sistemi ta’ pproċessar tad-data PNR ġie rrikonoxxut ukoll mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li, fir-Riżoluzzjoni 2396 (2017) ( 200 ), impona fuq l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti “[jsaħħu] il-kapaċità tagħhom li jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw, fil-kuntest tal-istandards u tal-prattiki rrakkomandati tal-ICAO, id-data [PNR] u jiżguraw li din id-data tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha u użata minnhom, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u b’osservanza sħiħa tal-libertajiet fundamentali bil-għan li jiġu evitati, skoperti u investigati r-reati terroristiċi u l-ivjaġġar terroristiku” ( 201 ). Dan l-obbligu huwa affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2482/2019 dwar it-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja ( 202 ). |
202. |
F’dan il-kuntest, l-adozzjoni ta’ sistema ta’ pproċessar tad-data PNR armonizzata fil-livell tal-Unjoni, kemm fir-rigward tat-titjiriet barra l-UE kif ukoll, għall-Istati li użaw l-Artikolu 2 tad-Direttiva PNR, fir-rigward tat-titjiriet ġewwa l-UE, tippermetti li jiġi żgurat li l-ipproċessar ta’ din id-data jsir b’osservanza tal-livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta stabbilit minn din id-direttiva u tipprovdi sistema legali ta’ riferiment għan-negozjar ta’ ftehimiet internazzjonali dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-data PNR ( 203 ). |
203. |
Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li s-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR tkopri b’mod indifferenzjat lill-passiġġieri tal-ajru kollha, kif ġustament enfasizza b’mod partikolari l-Parlament fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, u kif enfasizza wkoll il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni 2396(2017), li jsemmi r-riskju konkret tal-użu tal-avjazzjoni ċivili għal finijiet terroristiċi kemm bħala mezz ta’ trasport kif ukoll bħala mira ( 204 ), teżisti rabta oġġettiva bejn it-trasport bl-ajru u t-theddid għas-sigurtà pubblika assoċjat, b’mod partikolari, mat-terroriżmu u, għall-inqas, ma’ ċertu kriminalità serja, bħal, mod partikolari, it-traffikar tad-droga jew it-traffikar ta’ bnedmin, li għandhom, barra minn hekk, komponent transkonfinali qawwi. |
204. |
Fl-aħħar, għandu jiġi enfasizzat, kif argumentaw il-Parlament, il-Kunsill u diversi Stati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub, li l-passiġġieri tal-ajru huma meħtieġa jissottomettu ruħhom għal kontrolli ta’ sigurtà mad-dħul jew mal-ħruġ mill-Unjoni ( 205 ). It-trasferiment u l-ipproċessar tad-data PNR qabel il-wasla tagħhom jew qabel it-tluq tagħhom jiffaċilitaw u jħaffu dawn il-kontrolli, kif irrilevat ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15, billi jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiffokaw fuq il-passiġġieri li fir-rigward tagħhom huma jkollhom elementi fattwali li jindikaw riskju reali għas-sigurtà ( 206 ). |
205. |
Fl-aħħar, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-estensjoni tas-sistema tad-Direttiva PNR għat-titjiriet ġewwa l-UE, għalkemm kull impatt fuq il-libertà ta’ moviment taċ-ċittadini tal-Unjoni, stabbilita b’mod partikolari fl-Artikolu 45 tal-Karta, ma jistax jiġi eskluż a priori, l-indħil fil-ħajja privata li tinvolvi d-Direttiva PNR, għalkemm serju, ma huwiex, fil-fehma tiegħi, tali li jkollu, fih innifsu, effett dissważiv fuq l-eżerċizzju ta’ din il-libertà, peress li l-ipproċessar tad-data PNR jista’ saħansitra jiġi pperċepit mill-pubbliku bħala miżura meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-vjaġġi bl-ajru ( 207 ). Jibqa’ l-fatt li l-eventwalità ta’ tali effett dissważiv għandha tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ kontinwi. |
206. |
Madankollu, sabiex tiġi osservata l-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 107 u 108 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-Direttiva PNR ma tistax tillimita ruħha li teżiġi li l-aċċess u l-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR tal-passiġġieri tal-ajru kollha jissodisfaw l-iskop imfittex, iżda hija għandha tipprevedi wkoll, u dan b’mod ċar u preċiż, il-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali li jirregolaw dan l-aċċess u dan l-ipproċessar kif ukoll l-użu ulterjuri ta’ din id-data ( 208 ) u tipprevedi garanziji adegwati f’kull stadju ta’ dan il-proċess. Diġà semmejt, waqt l-eżami tat-tieni domanda preliminari, il-garanziji marbuta mat-trasferiment tad-data PNR lill-PIU. Ser nirrevedi, waqt l-eżami tas-sitt domanda preliminari, dawk li jakkumpanjaw b’mod iktar speċifiku l-ipproċessar awtomatizzat ta’ din id-data, kif ukoll, fil-kuntest tal-eżami tat-tmien domanda preliminari, dawk marbuta maż-żamma tagħha. |
207. |
Qabel ma nibda dan l-eżami, nixtieq nenfasizza, l-importanza fundamentali li għandu, fil-kuntest tas-sistema ta’ garanziji stabbilita mid-Direttiva PNR, il-kontroll eżerċitat mill-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva. Konformement ma’ dan l-artikolu, kull ipproċessar ta’ data previst mill-imsemmija direttiva huwa suġġett għas-sorveljanza ta’ awtorità ta’ sorveljanza indipendenti, li għandha s-setgħa tivverifika l-legalità ta’ dan l-ipproċessar, li twettaq investigazzjonijiet, spezzjonijiet u awditi, u li tittratta l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe persuna kkonċernata. Tali kontroll, eżerċitat minn suġġett estern, inkarigat mid-difiża ta’ interessi potenzjalment f’kunflitt ma’ dawk segwiti mill-awturi tal-ipproċessar tad-data PNR, u investit bir-rwol li jiżgura l-osservanza tal-limitazzjonijiet u tas-salvagwardji kollha marbuta mal-imsemmi pproċessar, jikkostitwixxi garanzija essenzjali, espliċitament imsemmija fl-Artikolu 8(3) tal-Karta, li l-effikaċja tagħha, f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kkonċernati, hija saħansitra superjuri għas-sistema tar-rimedji ġudizzjarji disponibbli għall-individwi. Għalhekk huwa fundamentali, fil-fehma tiegħi, li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta b’mod estensiv il-portata tas-setgħat ta’ sorveljanza previsti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva PNR u li l-Istati Membri, waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fid-dritt intern, jirrikonoxxu lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tagħhom il-portata sħiħa ta’ dawn is-setgħat billi jagħtuha mezzi materjali u ta’ persunal meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha. |
208. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha nqis li d-Direttiva PNR ma taqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju sa fejn tippermetti t-trasferiment u l-ipproċessar awtomatizzat tad-data ta’ kull persuna li tissodisfa l-kunċett ta’ “passiġġier” fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva. |
iv) Fuq in‑natura suffiċjentement ċara, preċiża u limitata għal dak li huwa strettament neċessarju tal‑evalwazzjoni minn qabel tal‑passiġġieri (is‑sitt domanda preliminari)
209. |
Permezz tas-sitt domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-evalwazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva PNR hijiex kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Għalkemm il-formulazzjoni ta’ din id-domanda tiffoka fuq in-natura sistematika u ġġeneralizzata tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR tal-passiġġieri tal-ajru kollha li din l-evalwazzjoni minn qabel tinvolvi, mill-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja evalwazzjoni iktar globali tal-osservanza tar-rekwiżiti ta’ legalità u ta’ proporzjonalità fil-kuntest ta’ tali pproċessar. Iktar ’il quddiem ser nipproċedi għal din l-evalwazzjoni, filwaqt li nirreferi għall-analiżi mwettqa waqt l-eżami tar-raba’ domanda preliminari għal dak li jirrigwarda n-natura mhux immirata tal-imsemmi pproċessar awtomatizzat. |
210. |
L-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR jipprevedi li l-PIU għandhom iwettqu evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri tal-ajru, qabel il-wasla tagħhom prevista fl-Istat Membru jew it-tluq tagħhom previst minnu. Din l-evalwazzjoni hija intiża li tidentifika l-persuni li għalihom huwa meħtieġ eżami iktar fil-fond min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti, “fid-dawl tal-fatt li tali persuni jistgħu jkunu involuti f’reat terroristiku jew kriminalità serja”. Skont l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva PNR, il-PIU ta’ Stat Membru għandha tittrażmetti d-data PNR tal-persuni identifikati fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni jew ir-riżultat tal-ipproċessar ta’ din id-data lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva ta’ dan l-istess Stat Membru, bil-għan ta’ “aktar analiżi”. |
211. |
Skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva PNR, l-evalwazzjoni minn qabel imwettqa skont l-Artikolu 6(2)(a) għandha titwettaq billi d-data PNR tiġi pparagunata ma’ databases “rilevanti” (Artikolu 6(3)(a)) jew billi tiġi pproċessata abbażi ta’ kriterji stabbiliti (Artikolu 6(3)(b)). |
212. |
Qabel ma nibda l-eżami ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta’ pproċessar ta’ data, nirrileva li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(3) imsemmija iktar ’il fuq ma jirriżultax b’mod ċar jekk l-Istati Membri humiex obbligati li jipprevedu li l-evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri ssir billi titwettaq sistematikament u fil-każijiet kollha kemm waħda kif ukoll l-oħra analiżi awtomatizzata jew jekk, kif jidher li jikkorrobora l-użu tal-verb “tista’” u tal-konġunzjoni disġuntiva “jew”, dawn humiex awtorizzati jorganizzaw is-sistemi tagħhom b’mod li jirriżervaw, pereżempju, l-eżami previst fl‑Artikolu 6(3)(b) għal każijiet speċifiċi. F’dan ir-rigward, nippreċiża li l-Proposta għal Direttiva PNR kienet tipprevedi li dan l-eżami kellu jsir biss fil-kuntest tal-ġlieda kontra r-reati transkonfinali serji ( 209 ). |
213. |
Bħall-Kummissjoni, inqis li jirriżulta b’mod partikolari mis-sens tad-Direttiva PNR li l-Istati Membri huma obbligati jipprevedu ż-żewġ tipi ta’ pproċessar awtomatizzati, għal raġunijiet marbuta wkoll mar-rekwiżit li tiġi żgurata applikazzjoni l-iktar uniformi possibbli tas-sistema ta’ pproċessar tad-data PNR tal-Unjoni. Madankollu, dan ma jimplikax li l-Istati Membri ma humiex awtorizzati — u saħansitra obbligati, sabiex jiggarantixxu li l-ipproċessar ta’ data li l-evalwazzjoni minn qabel imwettqa skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR tinvolvi jkun limitat għal dak li huwa strettament neċessarju — jillimitaw l-analiżi skont l-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR, skont ir-riżultati tagħha f’termini ta’ effikaċja għal kull wieħed mir-reati previsti minn din id-direttiva u, jekk ikun il-każ, jirriżervawha biss għal uħud minn dawn ir-reati. Timmilita f’dan is-sens il-premessa 7 tad-Direttiva PNR li tipprovdi li “biex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-data tal-PNR jibqa’ limitat għal dak li hu neċessarju, il-ħolqien u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati għal reati terroristiċi u l-kriminalità serja li għalihom ikun rilevanti li jintużaw ċerti kriterji”. |
– Fuq l-ipparagunar ma’ databases fis‑sens tal‑Artikolu 6(3)(a) tad‑Direttiva PNR
214. |
L-ewwel parti tal-evalwazzjoni minn qabel li jwettqu l-PIU skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR, timplika, konformement mal-Artikolu 6(3)(a), li d-data PNR (“data matching”) tiġi pparagunata ma’ databases, sabiex jinstabu eventwali korrispondenzi pożittivi (“hits”). Dawn il-hits huma maħsuba sabiex jiġu vverifikati mill-PIU, konformement mal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva PNR u, jekk ikun il-każ, sabiex jiġu tradotti f’“match” qabel ma jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti. |
215. |
Kif irrikonoxxiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 172 tal-Opinjoni 1/15, il-portata tal-indħil li jinvolvu dawn it-tipi ta’ analiżi awtomatizzati fid-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tiddependi essenzjalment mid-databases li fuqhom dawn huma bbażati. Konsegwentement huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet li jipprevedu tali pproċessar ta’ data jidentifikaw b’mod suffiċjentement ċar u preċiż id-databases li magħhom huwa awtorizzat it-tqabbil tad-data li għandha tiġi pproċessata. |
216. |
Skont l-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR, il-PIU għandhom jipparagunaw id-data PNR mad-“databases rilevanti” ( 210 ) fid-dawl tal-għanijiet imfittxija minn din id-direttiva. Din id-dispożizzjoni ssemmi wkoll kategorija speċifika ta’ databases, jiġifieri dawk li jikkonċernaw lill-“persuni jew oġġetti mfittxija jew soġġetti għal allert”, li l-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk ried espliċitament jikklassifikahom bħala “rilevanti” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
217. |
Minbarra din il-preċiżazzjoni, il-kunċett ta’ “databases rilevanti” lanqas ma huwa spjegat. B’mod partikolari, ma huwiex indikat jekk, sabiex jitqiesu bħala “rilevanti”, id-databases użati għall-iskopijiet tat-tqabbil tad-data PNR għandhomx jiġu amministrati minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew, b’mod iktar ġenerali, minn kull awtorità pubblika, jew sempliċement ikunu direttament jew indirettament aċċessibbli għalihom. In-natura tad-data li tali databases jista’ jkollhom u r-rabta tagħhom mal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva PNR lanqas ma huma speċifikati ( 211 ). Barra minn hekk, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR jirriżulta li jistgħu jiġu kklassifikati bħala “databases rilevanti” databases kemm nazzjonali u tal-Unjoni kif ukoll internazzjonali, fatt li jwessa’ iktar il-lista tad-databases potenzjalment previsti u jżid in-natura miftuħa ta’ dan il-kunċett ( 212 ). |
218. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, b’applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni mfakkar fil-punt 151 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinterpreta, sa fejn huwa possibbli, l-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ “databases rilevanti” b’mod konformi mar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni meħtieġa mill-Karta. Barra minn hekk, peress li din id-dispożizzjoni tipprevedi ndħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, hija għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv u billi jittieħed inkunsiderazzjoni r-rekwiżit li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet fundamentali, kif iddikjarat b’mod partikolari fil-premessa 15 tad-Direttiva PNR. Barra minn hekk, din għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskopijiet li għalihom id-data PNR tista’ tiġi pproċessata, stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR. |
219. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kriterji, hemm lok, fl-opinjoni tiegħi, li l-kunċett ta’ “databases rilevanti” jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss id-databases nazzjonali amministrati mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva PNR, kif ukoll id-databases tal-Unjoni u internazzjonali użati direttament minn dawn l-awtoritajiet fil-kuntest tal-missjoni tagħhom. L-imsemmija databases għandhom, barra minn hekk, ikollhom rabta diretta u mill-qrib mal-iskopijiet ta’ ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja segwiti mid-Direttiva PNR, fatt li jimplika li dawn ikunu ġew żviluppati għal dawn l-iskopijiet. Interpretat b’dan il-mod, dan il-kunċett jirrigwarda essenzjalment jekk mhux esklużivament id-databases li jikkonċernaw il-persuni jew l-oġġetti mfittxija jew li huma s-suġġett ta’ senjalazzjoni, imsemmija espliċitament fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR. |
220. |
Huma b’mod ġenerali esklużi mill-kunċett ta’ “databases rilevanti” id-databases amministrati jew użati mis-servizzi tal-intelliġenza tal-Istati Membri, sakemm dawn ma jissodisfawx strettament il-kundizzjoni li jkunu marbuta mill-qrib mal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva PNR, u sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jirrikonoxxix lis-servizzi ta’ intelliġenza tiegħu kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi ( 213 ). |
221. |
L-interpretazzjoni proposta iktar ’il fuq hija konformi mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 172 tal-Opinjoni 1/15. |
222. |
Madankollu, anki hekk interpretat, l-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR ma jippermettix identifikazzjoni suffiċjentement preċiża tad-databases li ser jintużaw mill-Istati Membri fil-kuntest tat-tqabbil mad-data PNR u ma jistax jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 52(1) tal-Karta, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Din id-dispożizzjoni għandha għalhekk tinqara fis-sens li tobbliga lill-Istati Membri, fil-kuntest tat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva PNR, jippubblikaw lista tal-imsemmija databases u jżommuha aġġornata. Barra minn hekk, huwa mixtieq li lista ta’ databases “rilevanti”, fis-sens tal-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR, amministrati mill-Unjoni b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u tad-databases internazzjonali tkun redatta fil-livell tal-Unjoni, sabiex issir uniformi f’dan ir-rigward il-prassi tal-Istati Membri. |
– Fuq l‑ipproċessar tad‑data PNR skont kriterji stabbiliti minn qabel
223. |
It-tieni parti tal-evalwazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR tikkonsisti f’analiżi awtomatizzata fid-dawl ta’ kriterji stabbiliti minn qabel. Fil-kuntest ta’ din l-analiżi, id-data PNR hija pproċessata, essenzjalment għal finijiet ta’ predikattivi, permezz tal-applikazzjoni ta’ algoritmi intiżi li jippermettu li “jiġu identifikati” l-passiġġieri li jistgħu jkunu involuti f’reati terroristiċi jew f’kriminalità serja. F’dan il-kuntest, il-PIU twettaq essenzjalment attività ta’ tfassil tal-profil ( 214 ). Peress li tali pproċessar jista’ jkollu konsegwenzi sinjifikattivi għall-individwi identifikati mill-algoritmu ( 215 ), dan jeħtieġ qafas preċiż kemm fir-rigward tal-modalitajiet tat-twettiq tiegħu kif ukoll fir-rigward tal-garanziji li għandhom ikunu marbuta miegħu. Fil-fatt, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 172 tal-Opinjoni 1/15, il-portata tal-indħil li dawn it-tipi ta’ analiżi jinvolvu fid-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tiddependi essenzjalment mill-mudelli u mill-kriterji stabbiliti minn qabel applikati. |
224. |
F’dan ir-rigward, nirrileva, fl-ewwel lok, li t-tieni sentenza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR tippreċiża li l-kriterji stabbiliti minn qabel li fir-rigward tagħhom titwettaq l-evalwazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 6(3)(b) ta’ din id-direttiva għandhom ikunu “mmirati, proporzjonati u speċifiċi”. L-ewwel minn dawn ir-rekwiżiti jirrigwarda l-għan imfittex mill-evalwazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 6(2)(a), jiġifieri l-identifikazzjoni tal-persuni li għalihom huwa meħtieġ eżami iktar fil-fond mill-awtoritajiet kompetenti u għalhekk jissodisfa l-ħtieġa, enfasizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15, li l-kriterji użati jirnexxilhom “jimmiraw” l-individwi li fir-rigward tagħhom jista’ jkun hemm “suspett raġonevoli” ta’ parteċipazzjoni f’reati terroristiċi jew f’kriminalità serja ( 216 ). Tali “mmirar” jinvolvi l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni astratti jew, sabiex tintuża frażi li tidher fir-Rakkomandazzjoni tal‑2021 dwar it-tfassil tal-profili, “profili” ( 217 ) li permezz tagħhom “tiġi ffiltrata” data PNR sabiex jiġu identifikati passiġġieri li jissodisfawhom u li għalhekk jistgħu ikunu s-suġġett ta’ kontroll iktar fil-fond. Għall-kuntrarju, id-Direttiva PNR ma tawtorizzax tfassil tal-profil individwali tal-passiġġieri tal-ajru kollha li d-data tagħhom hija analizzata, pereżempju billi tiġi assoċjata ma’ kull wieħed minnhom kategorija ta’ riskju fuq skala ddefinita minn qabel, taħt piena ta’ ksur kemm tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva kif ukoll tal-limiti imposti mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR fl-Opinjoni 1/15. |
225. |
Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(4), il-kriterji stabbiliti minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR għandhom, barra minn hekk, ikunu “speċifiċi” ( 218 ), jiġifieri adattati għall-iskop imfittex u rilevanti fir-rigward tiegħu, kif ukoll “proporzjonati” ( 219 ), jiġifieri ma jaqbżux il-limiti ta’ dan l-iskop. Sabiex jiġu ssodisfatti dawn ir-rekwiżiti, u b’mod partikolari “biex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-data tal-PNR jibqa’ limitat għal dak li hu neċessarju”, il-premessa 7 tad-Direttiva PNR, kif diġà enfasizzajt, tipprovdi li “il-ħolqien u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati għal reati terroristiċi u l-kriminalità serja li għalihom ikun rilevanti li jintużaw ċerti kriterji”. |
226. |
Fl-aħħar, kemm mill-preambolu u mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva PNR kif ukoll mir-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15 jirriżulta li l-kriterji stabbiliti minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR għandhom ikunu wkoll “aġġornati” ( 220 ), fatt li jfisser, minn naħa, li għandhom ikunu mfassla sabiex jimminimizzaw ir-riskju ta’ żbalji ( 221 ) u, min-naħa l-oħra, li jridu jkunu “attwali” ( 222 ). F’dan ir-rigward, it-tielet sentenza tal-Artikolu 6(4), tad-Direttiva PNR timponi fuq l-Istati Membri jiżguraw li dawn il-kriterji jiġu “stabbiliti u jiġu rieżaminati b’mod regolari mill-PIU f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7” ( 223 ). Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà ta’ dawn il-kriterji u sabiex jiġu limitati kemm jista’ jkun ir-riżultati pożittivi foloz, huwa wkoll meħtieġ, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni fi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, li dawn ikunu mfassla b’mod li jieħdu inkunsiderazzjoni kemm l-provi inkriminanti kif ukoll il-provi li jiskaġunaw. |
227. |
Fit-tieni lok, id-Direttiva PNR tipprojbixxi espressament it-tfassil tal-profil diskriminatorju. Għalhekk, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva tipprevedi li l-evalwazzjoni minn qabel fir-rigward tal-kriterji stabbiliti minn qabel skont l-Artikolu 6(3)(b) “għandha titwettaq b’mod nondiskriminatorju”. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, għalkemm it-tielet sentenza ta’ dan l-Artikolu 6(4) tipprovdi li l-imsemmija kriterji “fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jiġu bbażati fuq l-oriġini ta’ razza jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, is-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna”, il-projbizzjoni ġenerali ta’ tfassil tal-profil diskriminatorju għandha tinftiehem bħala li tkopri r-raġunijiet kollha ta’ diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta, anki dawk li ma humiex espressament imsemmija ( 224 ). |
228. |
Fit-tielet lok, kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR kif ukoll mis-sistema ta’ garanziji marbuta mal-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR previst mid-Direttiva PNR jirriżulta li l-funzjonament tal-algoritmi użati fil-kuntest tal-analiżi prevista f’din id-dispożizzjoni għandu jkun trasparenti u r-riżultat tal-applikazzjoni tagħhom għandu jkun traċċabbli. Dan ir-rekwiżit ta’ trasparenza ovvjament ma jimplikax li l-“profili” użati għandhom isiru pubbliċi. Għall-kuntrarju, dan jeħtieġ li tiġi żgurata n-natura identifikabbli tat-teħid tad-deċiżjoni algoritmika. Fil-fatt, minn naħa, ir-rekwiżit li l-kriterji li fir-rigward tagħhom għandha titwettaq din l-analiżi għandhom ikunu “stabbiliti minn qabel” jeskludi li dawn jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr intervent uman u, għalhekk, jipprekludi l-użu ta’ teknoloġiji ta’ intelliġenza artifiċjali magħrufa bħala “machine learning” ( 225 ), li, filwaqt li jistgħu jippreżentaw grad ogħla ta’ preċiżjoni, huma diffiċli sabiex jiġu interpretati, anki għall-operaturi li jkunu wettqu l-ipproċessar awtomatizzat ( 226 ). Min-naħa l-oħra, il-garanzija stabbilita fl-Artikolu 6(5) u(6) tad-Direttiva PNR, li skontha kwalunkwe konkordanza pożittiva miksuba bħala riżultat tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR imwettaq taħt l-Artikolu 6(2)(a) tiġi eżaminata mill-ġdid individwalment permezz ta’ mezzi mhux awtomatizzati, sabiex tkun effettiva, teħtieġ – fir-rigward tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR – li jkun possibbli li wieħed jifhem ir-raġuni li għaliha l-programm ikun wasal għal tali konkordanza, fatt li ma jistax jiġi żgurat b’mod partikolari meta jintużaw sistemi ta’ tagħlim awtomatiku. L-istess japplika għall-kontroll tal-legalità ta’ din l-analiżi, inkluż dak li jirrigwarda n-natura nondiskriminatorja tar-riżultati miksuba, li huma investiti bih l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza, skont, rispettivament, l-Artikolu 6(7) tad-Direttiva PNR, u l-Artikolu 15(3)(b) ta’ din id-direttiva. It-trasparenza tal-funzjonament tal-algoritmi użati hija wkoll kundizzjoni neċessarja sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jressqu lment kif ukoll id-dritt tagħhom għal rimedju ġudizzjarju effettiv. |
– Fuq il‑garanziji marbuta mal‑ipproċessar awtomatizzat tad‑data PNR
229. |
Diġà kelli l-okkażjoni nsemmi xi wħud mill-garanziji li jakkumpanjaw l-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15, jiġifieri, il-projbizzjoni ta’ pproċessar abbażi ta’ kriterji stabbiliti minn qabel diskriminatorji (l-ewwel u r-raba’ sentenza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR; Opinjoni 1/15, punt 172), l-aġġornament f’intervalli regolari tal-kriterji stabbiliti minn qabel li fid-dawl tagħhom għandha titwettaq l-evalwazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 6(3)(b) ta’ din id-direttiva (it-tielet sentenza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR; Opinjoni 1/15, punt 174), l-eżami mill-ġdid permezz ta’ mezzi mhux awtomatizzati ta’ kwalunkwe konkordanza pożittiva miksuba wara l-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR (Artikolu 6(5) u (6) tad-Direttiva PNR; Opinjoni 1/15, punt 173) u l-kontroll tal-legalità ta’ dan l-ipproċessar mill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u mill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza (Artikolu 6(7) u Artikolu 15(3)(b) ta’ tad-Direttiva PNR). F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li l-kontroll imwettaq minn awtorità indipendenti, bħall-awtorità msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva PNR, minn naħa, jista’ jirrigwarda kull aspett inerenti għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR, inkluża l-identifikazzjoni tad-databases użati għall-finijiet tal-ipparagunar fis-sens tal-Artikolu 6(3)(a) ta’ din id-direttiva u l-elaborazzjoni tal-kriterji stabbiliti minn qabel applikati għall-finijiet tal-analiżi skont l-Artikolu 6(3)(b) tal-imsemmija direttiva u, min-naħa l-oħra, jista’ jiġi eżerċitat kemm ex ante kif ukoll ex post. |
230. |
Għandu jiġi enfasizzat li l-garanziji msemmija iktar ’il fuq għandhom jitqiesu bħala applikabbli b’mod trasversali għaż-żewġ tipi ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva PNR u dan minkejja l-kliem li bih dawn huma fformulati. Għalhekk, għalkemm l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva tfakkar ir-rekwiżit tal-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni biss fir-rigward tal-evalwazzjoni minn qabel imwettqa fid-dawl ta’ kriterji stabbiliti minn qabel, dan ir-rekwiżit huwa impost f’kull stadju tal-proċess ta’ pproċessar tad-data PNR u għalhekk ukoll meta din tkun ipparagunata mad-databases rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel fis-sens tal-Artikolu 6(3)(a) ta’ din id-direttiva. L-istess japplika għar-rekwiżit li l-kriterji stabbiliti minn qabel użati fil-kuntest tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva PNR għandhom ikunu affidabbli u aġġornati, li għandu jinftiehem bħala li jkopri wkoll id-data inkluża fid-databases użati għall-finijiet tal-ipparagunar previst fl-Artikolu 6(3)(a) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, nirrileva, b’mod iktar ġenerali, li l-garanziji kollha applikabbli għall-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali previst mid-Direttiva tal-Pulizija huma applikabbli wkoll fil-kuntest tad-Direttiva PNR, peress li l-analiżi awtomatizzati mwettqa fil-kuntest ta’ din id-direttiva għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Pulizija. |
231. |
Mal-garanziji elenkati fil-punt 229 iktar ’il fuq tiżdied dik prevista fl-Artikolu 7(6) tad-Direttiva PNR li tikkompleta, minn naħa, il-projbizzjoni li kull proċess deċiżjonali jiġi bbażat esklużivament fuq ir-riżultati tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR u, min-naħa l-oħra, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fl-ipproċessar u fl-użu ta’ din id-data. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tipprevedi li “[l]-awtoritajiet kompetenti ma għadhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwah b’mod sinifikattiv sempliċiment minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR” u li dawn id-deċiżjonijiet “ma għandhomx jittieħdu abbażi tar-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, is-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna”. Bħalma indikajt fil-punt 227 ta’ dawn il-konklużjonijiet fir-rigward tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR, dan il-katalogu ta’ raġunijiet ta’ diskriminazzjoni għandu jiġi kkompletat billi jiżdiedu fih dawk li jinsabu fl-Artikolu 21 tal-Karta u li ma jissemmewx espressament. |
232. |
Fir-rigward tas-sigurtà tad-data PNR, l-Artikolu 6(8) tad-Direttiva PNR jipprevedi li l-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ din id-data mill-PIU għandhom jitwettqu esklużivament f’post jew f’postijiet siguri li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri. |
– Konklużjoni fuq is‑sitt domanda preliminari
233. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti u bla ħsara għall-interpretazzjonijiet proposti b’mod partikolari fil-punti 213, 219, 220, 222, 227, 228, 230 u 231 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena tal-opinjoni li l-ipproċessar awtomatizzat tad-data PNR fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR josserva r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni u huwa limitat għal dak li huwa strettament neċessarju. |
v) Fuq iż‑żamma tad‑data PNR (it‑tmien domanda preliminari)
234. |
Permezz tat-tmien domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 12 tad-Direttiva PNR, moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ġenerali ta’ żamma tad-data PNR ta’ ħames snin, mingħajr ma tiddistingwi jekk il-passiġġieri kkonċernati jirriżultawx, fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel, li jistgħu jew le jippreżentaw riskju għas-sigurtà pubblika. |
235. |
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva PNR jipprevedi li d-data PNR għandha tinżamm f’database “għal perijodu ta’ ħames snin wara t-trasferiment tagħha lill-PIU tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu t-titjira tkun ser tinżel jew li minnu tkun ser titlaq”. Skont l-Artikolu 12(2), fl-iskadenza ta’ “perijodu inizjali ta’ żamma” ( 227 ) ta’ perijodu ta’ sitt xhur, id-data PNR għandha tiġi ddepersonalizzata permezz tal-ħabi ta’ ċerta data li tista’ sservi sabiex tiġi identifikata direttament il-persuna kkonċernata. Skont l-Artikolu 12(3), mal-iskadenza ta’ dan il-perijodu ta’ sitt xhur, il-komunikazzjoni tad-data PNR kollha, inklużi l-elementi moħbija, hija awtorizzata biss meta “jitwemmen raġonevolment” li din hija neċessarja għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva PNR u meta din tkun ġiet approvata minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità nazzjonali oħra kompetenti skont id-dritt nazzjonali sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għal komunikazzjoni humiex issodisfatti. Fl-aħħar, l-Artikolu 12(4) jipprevedi li, fit-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 12(1), id-data PNR għandha titħassar b’mod definittiv. |
236. |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-Direttiva PNR tistabbilixxi hija stess is-sistema ta’ żamma tad-data PNR, inkluż it-tul ta’ din iż-żamma, billi tistabbilixxih għal ħames snin ( 228 ), b’mod li l-Istati Membri bħala prinċipju ma għandhom ebda marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward, fatt li barra minn hekk ġie kkonfermat mill-Kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif diġà kelli l-okkażjoni nosserva, it-tmien domanda preliminari, għalkemm ifformulata bħala domanda ta’ interpretazzjoni, tistieden fir-realtà lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-imsemmija sistema mal-Karta. |
237. |
Huwa prinċipju ġenerali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali li din id-data ma għandhiex tinżamm, f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni, diretta jew indiretta, tal-persuni kkonċernati għal perijodu li jaqbeż dak meħtieġ fir-rigward tal-iskopijiet li għalihom tkun pproċessata ( 229 ). Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li leġiżlazzjoni li tipprevedi żamma ta’ data personali għandha tissodisfa dejjem kriterji oġġettivi, li jistabbilixxu rabta bejn id-data personali li għandha tinżamm u l-għan imfittex ( 230 ). |
238. |
Fl-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fir-rigward tad-data miġbura mad-dħul fil-Kanada, li r-rabta meħtieġa bejn id-data PNR u l-għan imfittex mill-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kienet stabbilita għall-passiġġieri tal-ajru kollha sakemm huma jinsabu fit-territorju ta’ dan il-pajjiż terz ( 231 ). Fir-rigward, għall-kuntrarju, tal-passiġġieri tal-ajru li jkunu telqu mill-Kanada u li għalihom ma kienx ġie identifikat riskju fir-rigward ta’ terroriżmu jew ta’ kriminalità transnazzjonali serja mal-wasla tagħhom f’dan il-pajjiż terz u sakemm telqu minnu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tali rabta, anki jekk indiretta biss, li tiġġustifika ż-żamma tad-data PNR tagħhom, ma dehritx li teżisti ( 232 ). Madankollu hija ddeċidiet li tali żamma setgħet tkun ammissibbli “sa fejn, jiġu identifikati f’każijiet partikolari, elementi oġġettivi li jippermettu li jitqies li ċerti passiġġieri tal-ajru jistgħu, anki wara tluq tagħhom mill-Kanada, jistgħu jippreżentaw riskju f’termini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja” ( 233 ). |
239. |
Trasposti fil-kuntest tad-Direttiva PNR, il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15 jimplikaw li d-data PNR tat-titjiriet barra l-UE miġbura mad-dħul fl-Unjoni kif ukoll id-data PNR tat-titjiriet ġewwa l-UE miġbura mad-dħul fl-Istat Membru kkonċernat tista’ tinżamm biss, wara l-analiżi preliminari tagħha fis-sens tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR, sakemm il-passiġġieri kkonċernati jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni jew f’dak ta’ dan l-Istat Membru. Fir-rigward tad-data PNR tat-titjiriet barra l-UE miġbura mal-ħruġ mill-Unjoni u tad-data tal-PNR tat-titjiriet ġewwa l-UE miġbura mal-ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, din tista’, bħala prinċipju, tinżamm biss, wara l-imsemmija evalwazzjoni minn qabel, fil-każ tal-passiġġieri li fir-rigward tagħhom elementi oġġettivi jippermettu li tiġi żvelata l-eżistenza ta’ riskju f’termini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja ( 234 ). |
240. |
Il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jopponu b’mod ġenerali għal traspożizzjoni fil-kuntest ta’ din il-kawża tal-prinċipji stabbiliti fl-Opinjoni 1/15 fil-qasam taż-żamma tad-data PNR. F’dan ir-rigward, ċertament, ma huwiex eskluż li l-użu mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ kriterju marbut mar-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Kanada seta’ kien influwenzat mill-fatt li hija kienet ikkonfrontata minn żamma ta’ data personali fit-territorju ta’ pajjiż terz. Huwa wkoll possibbli li l-applikazzjoni ta’ tali kriterju fil-kuntest tad-Direttiva PNR tista’ konkretament tirriżulta f’indħil fid-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali potenzjalment ħafna ikbar għal ċerti kategoriji ta’ persuni, b’mod partikolari dawk li għandhom ir-residenza permanenti tagħhom fl-Unjoni u li jivvjaġġaw fi ħdanha jew li jirritornaw wara soġġorn barra mill-pajjiż. Fl-aħħar, huwa minnu li l-imsemmi kriterju jista’ jirriżulta diffiċli li jiġi implimentat fil-prattika, tal-inqas għat-titjiriet ġewwa l-UE, kif enfasizzaw ċerti Stati Membri u l-Kunsill. |
241. |
Jibqa’ l-fatt li, anki jekk jiġi injorat il-kriterju li rrikorriet għalih il-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15, żamma tad-data PNR kollha tal-passiġġieri kollha tal-ajru, irrispettivament mir-riżultat tal-evalwazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR u mingħajr ma ssir ebda distinzjoni skont ir-riskju fir-rigward ta’ terroriżmu jew kriminalità serja fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u verifikabbli, tmur kontra l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 237 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li l-Qorti tal-Ġustizzja riedet tapplika fl-imsemmija opinjoni. Issa, il-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 201 sa 203 ta’ dawn il-konklużjonijiet fil-kuntest tal-eżami tar-raba’ domanda preliminari, għalkemm fil-fehma tiegħi jippermettu li jiġi ġġustifikat it-trasferiment iġġeneralizzat u indifferenzjat tad-data PNR, kif ukoll l-ipproċessar awtomatiku tagħha fil-kuntest tal-evalwazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR, dawn ma jippermettux, fl-opinjoni tiegħi, waħedhom, li jiġġustifikaw żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata ta’ din id-data, anki wara tali evalwazzjoni. |
242. |
Barra minn hekk, nirrileva li l-istess perijodu ta’ żamma ta’ ħames snin huwa applikat kemm għall-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u, fil-kuntest ta’ dan l-aħħar skop, għar-reati kollha msemmija fl-Anness II mingħajr eċċezzjoni. Issa, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punt 121 ta’ dawn il-konklużjonijiet, din il-lista hija partikolarment wiesgħa u tkopri reati ta’ tipoloġija u gravità differenti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ġustifikazzjoni mressqa prattikament mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-proċedura, marbuta mat-tul u mal-kumplessità tal-investigazzjonijiet hija invokata b’mod konkret biss għar-reati terroristiċi u għal ċerti reati li għandhom natura eminentement transnazzjonali, bħat-traffikar ta’ bnedmin jew it-traffikar tad-droga, kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, għal ċerti forom ta’ kriminalità organizzata. Infakkar, barra minn hekk, li, fl-Opinjoni 1/15, ġustifikazzjoni simili ġiet aċċettata mill-Qorti tal-Ġustizzja biss fir-rigward taż-żamma tad-data PNR tal-passiġġieri tal-ajru li fir-rigward tagħhom jeżisti riskju oġġettiv f’termini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità transnazzjonali serja, li għalihom detenzjoni tad-data ta’ ħames snin tqieset bħala li ma taqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju ( 235 ). Għall-kuntrarju, din il-ġustifikazzjoni tqieset bħala li ma tistax tawtorizza “ħażna kontinwa tad-data PNR tal-passiġġieri tal-ajru kollha […] għall-finijiet ta’ eventwali aċċess għall-imsemmija data, indipendentement minn kwalunkwe rabta mal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja” ( 236 ). |
243. |
Huwa ċertament minnu, kif jenfasizzaw il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni, kif ukoll il-gvernijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet dwar it-tmien domanda preliminari, li d-Direttiva PNR tipprevedi garanziji speċifiċi kemm fir-rigward taż-żamma tad-data PNR, li hija parzjalment moħbija wara perijodu inizjali ta’ sitt xhur, kif ukoll fir-rigward tal-użu tagħha matul il-perijodu ta’ żamma, li huwa suġġett għal kundizzjonijiet stretti. Madankollu, l-ewwel, nirrileva, minn naħa, li l-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kien jipprevedi wkoll sistema ta’ depersonalizzazzjoni tad-data PNR permezz ta’ ħabi ( 237 ) u, min-naħa l-oħra, li, għalkemm tali depersonalizzazzjoni, kif jenfasizza b’mod partikolari l-Kumitat Konsultattiv tal-Konvenzjoni 108 ( 238 ), tista’ tnaqqas ir-riskji kkawżati minn perijodu ta’ żamma estiż tad-data, bħal aċċess abbużiv, id-data moħbija xorta waħda tippermetti madankollu li jiġu identifikati l-persuni u tibqa’ f’dan ir-rigward data personali, li ż-żamma tagħha għandha wkoll tiġi limitata ratione temporis sabiex tiġi evitata sorveljanza permanenti ġġeneralizzata. F’dan ir-rigward, nirrileva li perijodu ta’ żamma ta’ ħames snin għandu bħala konsegwenza li numru kbir ta’ passiġġieri, b’mod partikolari dawk li jivvjaġġaw ġewwa l-Unjoni, jistgħu jsibu ruħhom irreġistrati b’mod kważi permanenti. It-tieni, fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-użu tad-data, nosserva li ż-żamma ta’ data personali u l-aċċess għal tali data huma ndħil distint fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, li jeħtieġ li jkun iġġustifikat b’mod awtonomu. Għalkemm l-eżistenza ta’ garanziji stretti fil-qasam tal-aċċess għad-data miżmuma tippermetti li jiġi evalwat globalment l-impatt ta’ miżura ta’ sorveljanza fuq l-imsemmija drittijiet fundamentali, xorta jibqa’ l-fatt li dawn ma jippermettux li jiġi eliminat l-indħil marbut ma’ żamma ġġeneralizzata estiża. |
244. |
Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li huwa neċessarju li tinżamm id-data PNR tal-passiġġieri tal-ajru kollha sabiex il-PIU jkunu jistgħu jwettqu l-kompitu, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(c) tad-Direttiva PNR, li jaġġornaw jew jiddefinixxu kriterji ġodda li għandhom jintużaw għall-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 6(3)(b), nirrileva li, filwaqt li nammetti li l-preċiżjoni ta’ dawn il-kriterji tiddependi parzjalment mill-ipparagunar tagħhom ma’ aġir “normali”, kif issostni l-Kummissjoni, jibqa’ l-fatt li l-elaborazzjoni tagħhom trid issir fuq il-bażi ta’ aġir “kriminali”. Tali argument, li, barra minn hekk, tressaq biss minn numru limitat ta’ Stati Membri, ma jistax, fil-fehma tiegħi, ikollu l-importanza deċiżiva li tidher li tagħtih il-Kummissjoni u jiġġustifika, waħdu, żamma ġġeneralizzata tad-data PNR tal-passiġġieri tal-ajru kollha, taħt forma mhux anonima. |
245. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva PNR li tkun konformi mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, din id-dispożizzjoni għandha, fil-fehma tiegħi, tiġi interpretata fis-sens li ż-żamma tad-data PNR ipprovduta mit-trasportaturi tal-ajru lill-PIU f’database matul perijodu ta’ ħames snin wara t-trasferiment tagħha lill-PIU tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-punt tal-wasla jew tat-tluq tat-titjira hija permessa biss, wara li tkun saret l-evalwazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-direttiva, inkwantu tiġi stabbilita, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, rabta bejn din id-data u l-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità serja. Żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data PNR f’forma mhux anonimizzata tista’ tiġi ġġustifikata biss, b’analoġija għal dak li l-Qorti tal-Ġustizzja affermat f’din l-istess ġurisprudenza, fil-każ ta’ theddida serja għas-sigurtà tal-Istati Membri li tirriżulta reali u attwali jew prevedibbli, marbuta, pereżempju, ma’ attivitajiet terroristiċi, u bil-kundizzjoni li t-tul ta’ din iż-żamma jkun limitat għal dak strettament neċessarju. |
246. |
Id-delimitazzjoni tal-miżura ta’ żamma prevista fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva PNR tista’, pereżempju, tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tar-riskji jew fuq l-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jippermettu li jttieħdu inkunsiderazzjoni ċerti kollegamenti bl-ajru, modalitajiet tal-ivvjaġġar iddefiniti, aġenziji li permezz tagħhom isiru r-riżervazzjonijiet, jew anki kategoriji ta’ persuni jew żoni ġeografiċi speċifiċi, identifikati fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u mhux diskriminatorji, kif ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha fil-qasam taż-żamma tal-metadata tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ( 239 ). Barra minn hekk, b’analoġija mal-Opinjoni 1/15, ir-rabta meħtieġa bejn id-data PNR u l-għan imfittex mid-Direttiva PNR għandha titqies bħala li hija stabbilita sakemm il-passiġġieri tal-ajru jkunu jinsabu fl-Unjoni (jew fl-Istat Membru kkonċernat) jew ikunu ser jitilqu minnha. L-istess japplika għad-data tal-passiġġieri li rriżultat f’konkordanza pożittiva vverifikata. |
247. |
Sabiex nikkonkludi dwar it-tmien domanda preliminari, nixtieq nagħmel xi riflessjonijiet dwar ir-regoli li jirregolaw l-aċċess għad-data PNR u l-użu tagħha wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR u qabel id-depersonalizzazzjoni tagħha mal-iskadenza tal-perijodu inizjali ta’ żamma ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva PNR. |
248. |
Minn qari flimkien tal-Artikolu 6(2)(b) u tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva PNR jirriżulta li, matul dan il-perijodu inizjali, data PNR mhux iddepersonalizzata jew ir-riżultat tal-ipproċessar tagħha jistgħu jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, mingħajr ma jiġu osservati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tat-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet ( 240 ). L-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva PNR fil-fatt jillimita ruħu li jipprovdi li t-talbiet tal-awtoritajiet kompetenti bil-għan ta’ tali pproċessar u ta’ tali komunikazzjoni għandhom ikunu “debitament motivat[i]” u “bbażat[i] fuq raġunijiet suffiċjenti”. |
249. |
Skont ġurisprudenza stabbilita, imfakkra mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15, leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tistax tillimita ruħha tirrikjedi li l-aċċess minn awtorità għal data personali miżmuma leġittimament jissodisfa wieħed mill-iskopijiet ta’ dan ir-regolament, iżda għandha tipprevedi wkoll il-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali li jirregolaw dan l-użu ( 241 ), sabiex, b’mod partikolari, tiġi protetta l-imsemmija data kontra r-riskju ta’ abbuż ( 242 ). F’dik l-Opinjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-użu tad-data PNR wara li tkun ġiet ivverifikata mal-wasla tal-passiġġieri tal-ajru fil-Kanada u matul is-soġġorn tagħhom f’dan il-pajjiż kellu jkun ibbażat fuq ċirkustanzi ġodda li jiġġustifikaw dan l-użu ( 243 ), filwaqt li ppreċiżat li “meta jkun hemm elementi oġġettivi li jippermettu li jitqies li d-data PNR ta’ passiġġier tal-ajru wieħed jew iktar tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-għan tal-ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità transnazzjonali serja, l-użu ta’ din id-data ma jidhirx li jeċċedi l-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju” ( 244 ). B’riferiment b’analoġija għall-punt 120 tas-sentenza Tele2 Sverige, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tiġi ggarantita, fil-prattika, l-osservanza sħiħa ta’ dawn il-kundizzjonijiet “huwa essenzjali li l-użu matul is-soġġorn tal-passiġġieri tal-ajru tad-data PNR miżmuma għandu jkun suġġett, bħala prinċipju, ħlief f’każijiet ta’ urġenza debitament iġġustifikati, għal stħarriġ minn qabel imwettaq jew minn qorti, jew minn entità amministrattiva indipendenti, u li d-deċiżjoni ta’ din il-qorti jew ta’ din l-entità tingħata fuq talba mmotivata tal-awtoritajiet kompetenti, imressqa, b’mod partikolari, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ prevenzjoni, ta’ skoperta jew ta’ prosekuzzjoni kriminali” ( 245 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk issuġġettat il-possibbiltà ta’ użu tad-data PNR miżmuma wara l-verifika tagħha fil-każ tal-ivjaġġar bl-ajru għal kundizzjoni doppja, kemm sostantiva – jiġifieri l-eżistenza ta’ raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw dan l-użu – kif ukoll proċedurali – jiġifieri l-istħarriġ minn qorti jew il-kontroll minn awtorità amministrattiva indipendenti. L-interpretazzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, mhux talli ma hijiex “kuntestwali”, iżda tikkostitwixxi l-applikazzjoni fil-qasam tad-data PNR tal-ġurisprudenza li tirriżulta b’mod partikolari mis-sentenzi Digital Rights u Tele2 Sverige. |
250. |
Issa, is-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR matul l-ewwel sitt xhur ta’ żamma tad-data PNR, li tawtorizza, wara l-evalwazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-direttiva, il-komunikazzjoni u l-ipproċessar, potenzjalment irrepetuti, tad-data PNR fl-assenza ta’ garanziji proċedurali adegwati u ta’ regoli sostantivi suffiċjentement ċari u preċiżi li jiddefinixxu l-għan u l-modalitajiet ta’ dan l-indħil differenti ma tosservax ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15. Lanqas ma tidher li tissodisfa r-rekwiżit ta’ użu tad-data PNR limitat għal dak li huwa strettament neċessarju. |
251. |
Għalhekk nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva PNR b’mod li l-ipproċessar ta’ data skont din id-dispożizzjoni li jseħħ matul il-perijodu inizjali ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva josserva r-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/15. |
252. |
Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, ta’ natura sostantiva, li għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja ssuġġettat l-użu ulterjuri tad-data PNR, jiena tal-opinjoni li l-kunċetti ta’ “raġunijiet raġonevoli” fis-sens tal-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva PNR u ta’ “raġunijiet suffiċjenti” skont l-Artikolu 6(2)(b) ta’ din id-direttiva jistgħu mingħajr diffikultà jiġu interpretati fis-sens li t-talbiet min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti, imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jirreferu għal “elementi oġġettivi li jippermettu li jitqies li d-data PNR ta’ passiġġier tal-ajru wieħed jew iktar tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-għan tal-ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità […] serja” ( 246 ). |
253. |
Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, ta’ natura proċedurali, hemm lok, fil-fehma tiegħi, li l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva PNR, moqri flimkien mal-Artikolu 12(3) tagħha u fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ approvazzjoni minn qabel min-naħa ta’ awtorità ġudizzjarja jew ta’ awtorità amministrattiva indipendenti previst fl-Artikolu 12(3)(b) ta’ din id-direttiva japplika għall-ipproċessar kollu tad-data PNR imwettaq b’applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 6(2)(b). |
4. Konklużjonijiet dwar it‑tieni, it‑tielet, ir‑raba’, is‑sitt u t‑tmien domanda preliminari
254. |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tinvalida l-punt 12 tal-Anness I safejn dan jinkludi l-“Kummenti ġenerali” fost il-kategoriji ta’ data PNR li t-trasportaturi tal-ajru huma obbligati jittrażmettu, skont l-Artikolu 8 tal-Direttiva PNR, lill-PIU u tiddikjara li l-eżami tat-tieni, tat-tielet, tar-raba’, tas-sitt u tat-tmien domanda preliminari ma żvela ebda fattur ieħor ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ din id-direttiva, bla ħsara għall-interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tagħha proposti fil-punti 153, 160, 161 sa 164, 219, 228, 239 u 251 ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
255. |
Fid-dawl tar-risposta li nissuġġerixxi li tingħata għad-domandi preliminari dwar il-validità tad-Direttiva PNR, it-talba mressqa b’mod partikolari mill-Kunsill, intiża għaż-żamma tal-effetti tad-Direttiva PNR fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tinvalida totalment jew parzjalment id-Direttiva PNR fl-intier tagħha, ma tistax, irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni oħra, tiġi milqugħa. |
C. Fuq il‑ħames domanda preliminari
256. |
Permezz tal-ħames domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva PNR, moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti bħala skop tal-ipproċessar tad-data PNR il-monitoraġġ ta’ ċerti attivitajiet tas-servizzi tal-intelliġenza u tas-sigurtà. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dawn l-attivitajiet huma dawk imwettqa mis-Sigurtà tal-Istat u mis-Servizz Ġenerali tal-Intelliġenza u tas-Sigurtà fil-kuntest tal-missjoni tagħhom relatata mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. |
257. |
Kif indikajt fil-punti 113 u 114 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-limitazzjoni tal-iskopijiet tal-ipproċessar ta’ data personali hija garanzija essenzjali li għandha tiġi osservata sabiex l-indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Diġà ppreċiżajt ukoll li, fir-rigward tal-indħil f’dawn id-drittijiet fundamentali previst mid-Direttiva PNR, kien il-kompitu tal-leġiżlatur tal-Unjoni, sabiex josserva l-prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 52(1) tal-Karta, li jipprevedi regoli ċari u preċiżi li jirregolaw il-portata u l-applikazzjoni tal-miżuri li jinvolvu tali ndħil. |
258. |
Issa, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR jippreċiża li d-data tal-PNR miġbura konformement magħha “ tista’ tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, kif previst fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(2)”. Skont din id-dispożizzjoni, il-PIU għandhom jipproċessaw id-data PNR biss bil-għan li jwettqu evalwazzjoni minn qabel tal-passiġġieri tal-ajru (Artikolu 6(2)(a)), li jwieġbu għat-talbiet speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 6(2)(b)) u li jaġġornaw jew li jiddefinixxu kriterji ġodda li għandhom jintużaw għall-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 6(3)(b) (Artikolu 6(2)(a)). Fit-tliet każijiet, huma espressament imfakkra l-għanijiet indikati fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja. |
259. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 7(4) ta’ din id-direttiva jispeċifika li mhux biss l-ipproċessar tad-data PNR previst fl-Artikolu 6 tagħha, iżda wkoll l-ipproċessar ulterjuri ta’ din id-data u tar-riżultat ta’ dan l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu limitati “biss għall-finijiet speċifiċi tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew kriminalità serja”. |
260. |
In-natura eżawrjenti tad-determinazzjoni tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva PNR tirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(2) tagħha, u hija kkorroborata, minbarra mill-Artikoli 6(2) u mill-Artikolu 7(4) tagħha, diġà msemmija, minn diversi artikoli u premessi ta’ din id-direttiva li jorbtu sistematikament kull stadju tal-proċess ta’ aċċess, ta’ pproċessar, ta’ żamma u ta’ qsim tad-data PNR ma’ dawn l-uniċi għanijiet speċifiċi ( 247 ). |
261. |
Kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR kif ukoll mill-interpretazzjoni tagħha fid-dawl tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità, li jimponu li jiġu limitati b’mod eżawrjenti l-iskopijiet tal-miżuri li jinvolvu ndħil fid-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, jirriżulta li kull estensjoni tal-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data PNR lil hinn mill-għanijiet ta’ sigurtà msemmija espressament f’din id-dispożizzjoni tmur kontra d-Direttiva PNR. |
262. |
Din il-projbizzjoni li jiġu estiżi l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva tapplika, fil-fehma tiegħi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ intelliġenza tal-Istati Membri, inkluż minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza li tikkaratterizza l-modus operandi tagħhom. Dwar dan il-punt, il-pożizzjoni tiegħi taqbel ma’ dik tal-Kummissjoni, jiġifieri li dawn is-servizzi ma għandhomx, bħala regola ġenerali, ikollhom aċċess dirett għad-data PNR. F’dan il-kuntest, inqis diġà fih innifsu kritikabbli l-fatt li l-PIU nazzjonali jistgħu, bħalma huwa l-każ tal-PIU Belġjana, jinkludu fost il-membri tagħhom uffiċjali kkollokati tas-servizzi ta’ sigurtà ( 248 ). |
263. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-fehma tiegħi, ir-risposta għall-ħames domanda preliminari għandha tkun li d-Direttiva PNR, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 6 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tammetti bħala skop tal-ipproċessar tad-data PNR il-monitoraġġ ta’ ċerti attivitajiet tas-servizzi tal-intelliġenza u tas-sigurtà, sa fejn, fil-kuntest ta’ tali skop, il-PIU nazzjonali jkollha tipproċessa l-imsemmija data u/jew tittrażmettiha jew ir-riżultat tal-ipproċessar tagħha lill-imsemmija servizzi għal finijiet oħra għajr dawk indikati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, fatt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika. |
D. Fuq is‑seba’ domanda preliminari
264. |
Permezz tas-seba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk l-Artikolu 12(3)(b) tad-Direttiva PNR għandux jiġi interpretat fis-sens li l-PIU tikkostitwixxi “awtorità nazzjonali kompetenti” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li tista’ tawtorizza l-komunikazzjoni tad-data PNR kollha mal-iskadenza tal-perijodu inizjali ta’ sitt xhur wara t-trasferiment ta’ din id-data. |
265. |
Infakkar li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva PNR jipprevedi li, mal-iskadenza ta’ perijodu ta’ sitt xhur, id-data PNR għandha tiġi ddepersonalizzata permezz tal-ħabi ta’ ċerti elementi li jistgħu jservu sabiex jiġi identifikat direttament il-passiġġier li għalih din tirreferi. Wara dan il-perijodu, il-komunikazzjoni tat-totalità tal-imsemmija data hija awtorizzata biss fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(3), u, b’mod partikolari, meta din il-komunikazzjoni tkun ġiet approvata minn qabel minn “awtorità ġudizzjarja” (Artikolu 12(3)(b)(i)) jew “awtorità nazzjonali kompetenti oħra skont il-liġi nazzjonali biex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-iżvelar humiex issodisfati, soġġett għall-kundizzjoni li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-PIU jiġi informat u li ssir analiżi ex post minn dak l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data” (Artikolu 12(3)(b)(ii)). |
266. |
Il-parti l-kbira tal-gvernijiet li ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom f’din il-proċedura ma esprimewx ruħhom fuq is-seba’ domanda preliminari. Il-Gvern Ċek jikkunsidra, bħall-Kummissjoni, li l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva PNR ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-PIU tista’ tikkostitwixxi “awtorità nazzjonali kompetenti”. Għall-kuntrarju, il-Gvern Belġjan ( 249 ), Irlandiż, Spanjol, Franċiż u dak Ċiprijott ma jaqblux ma’ tali interpretazzjoni. Huma jqisu, essenzjalment, li ebda dispożizzjoni tad-Direttiva PNR jew tad-dritt tal-Unjoni ma tipprekludi n-nomina tal-PIU fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fis-sens tal-Artikolu 12(2)(b)(ii) tal-imsemmija direttiva u li l-PIU, min-natura ,hija awtorità suffiċjentement indipendenti sabiex tkun tista’ tipproċedi bl-awtorizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data PNR. |
267. |
Min-naħa tiegħi, nirrileva, l-ewwel, li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 12(3)(b) tad-Direttiva PNR u, b’mod partikolari, mill-użu tal-konġunzjoni “jew”, li tgħaqqad iż-żewġ każijiet fil-punti (i) u (ii) ta’ din id-dispożizzjoni, jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried iqiegħed fuq l-istess livell il-kontroll eżerċitat mill-awtorità nazzjonali msemmija fil-punt (ii) u l-istħarriġ imwettaq mill-awtorità ġudizzjarja msemmija fil-punt (i). Minn dan isegwi li l-imsemmija awtorità nazzjonali għandu jkollha livell ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità b’mod li l-kontroll li hija teżerċita jista’ jitqies bħala alternattiva paragunabbli għall-istħarriġ li jista’ jitwettaq minn awtorità ġudizzjarja ( 250 ). |
268. |
It-tieni, mix-xogħol preparatorju tad-Direttiva PNR jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni, minn naħa, ma adottax il-proposta tal-Kummissjoni li l-kap tal-PIU jiġi inkarigat bil-kompitu li jawtorizza l-komunikazzjoni tad-data PNR kollha ( 251 ), u, min-naħa l-oħra, tawwal, billi estendieh għal sitt xhur, il-perijodu inizjali ta’ żamma ta’ din id-data propost minn din l-istituzzjoni, li kien jammonta għal 30 jum. Huwa f’dan il-kuntest, ikkaratterizzat mit-tfittxija ta’ ekwilibriju bejn it-tul tal-perijodu ta’ żamma qabel id-depersonalizzazzjoni tad-data PNR u l-kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett il-ħabi tagħha fi tmiem dan il-perijodu li tinsab id-deċiżjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li l-aċċess sħiħ għad-data PNR ikun suġġett għal kundizzjonijiet proċedurali iktar stretti minn dawk inizjalment previsti mill-Kummissjoni u li tinkariga lil awtorità indipendenti bil-kompitu li tivverifika li l-kundizzjonijiet għal komunikazzjoni huma ssodisfatti. |
269. |
It-tielet, kif ġustament osservat il-Kummissjoni, mis-sens tad-Direttiva PNR jirriżulta li r-raġuni wara l-proċedura ta’ approvazzjoni prevista fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva PNR tinsab fl-attribuzzjoni lil entità terza imparzjali tal-kompitu li twettaq, f’kull każ inkwistjoni, bilanċ bejn id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u l-iskop ta’ infurzar tal-liġi mfittex minn din id-direttiva. |
270. |
Ir-raba’, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li entità inkarigata li twettaq il-kontroll minn qabel meħtieġ sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal data personali miżmuma b’mod leġittimu għandha jkollha s-setgħat kollha u tippreżenta l-garanziji kollha neċessarji sabiex tiżgura konċiljazzjoni tal-interessi u tad-drittijiet differenti inkwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li din l-entità għandha tgawdi minn status li jippermettilha taġixxi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha b’mod oġġettiv u imparzjali u għandha tkun, għal dan il-għan, ħielsa minn kull influwenza esterna ( 252 ). B’mod partikolari, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ indipendenza meħtieġ, speċjalment fil-qasam kriminali, l-awtorità inkarigata mill-kontroll minn qabel għandu jkollha l-kwalità ta’ terz fir-rigward ta’ dik li titlob l-aċċess għad-data, b’mod li ma għandhiex tkun involuta fit-tmexxija ta’ investigazzjoni kriminali u għandha żżomm pożizzjoni ta’ newtralità fir-rigward tal-partijiet fil-proċedura kriminali ( 253 ). |
271. |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-PIU ma għandhiex il-garanziji kollha ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità li għandha tissodisfa l-awtorità inkarigata li teżerċita l-kontroll minn qabel previst fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva PNR. Fil-fatt il-PIU huma direttament marbuta mal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-iskoperta tar-reati terroristiċi u tal-kriminalità serja kif ukoll tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet fil-qasam. Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva PNR, il-PIU nnifisha hija tali awtorità jew fergħa tagħha. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(3) jipprevedi li l-membri tal-persunal tal-PIU jistgħu jkunu membri tal-persunal ikkollokati mill-awtoritajiet kompetenti. Dan huwa l-każ b’mod partikolari tal-PIU Belġjana li, skont l-Artikolu 14 tal-Liġi PNR, hija komposta, b’mod partikolari, minn membri kkollokati tad-dipartimenti tal-pulizija, tas-Sigurtà tal-Istat, tas-Servizz Ġenerali tal-Intelliġenza u tas-Sigurtà, u tal-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u d-Dazju tas-Sisa. |
272. |
Ċertament, b’mod ġenerali, il-membri tal-PIU għandhom joffru kull garanzija ta’ integrità, ta’ kompetenza, ta’ trasparenza u ta’ indipendenza, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw, jekk ikun il-każ, li, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rabtiet li jorbtuhom mal-korpi ta’ appartenenza tagħhom, dawn il-garanziji jistgħu konkretament jiġu osservati, b’mod partikolari sabiex jiġi evitat li l-awtoritajiet kompetenti li fl-istruttura tagħhom dawn il-membri huma oriġinarjament inklużi jkollhom aċċess dirett għad-databank PNR, u mhux biss għar-riżultati tal-ġbir imwettaq mill-PIU. Xorta jibqa’ l-fatt li l-membri tal-PIU li huma membri kkollokati tal-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva PNR iżommu inevitabbilment rabta mas-servizzi ta’ oriġini tagħhom matul il-perijodu tal-kollokament tagħhom, filwaqt li jżommu l-istatus tagħhom anki jekk jitqiegħdu taħt l-awtorità funzjonali u ġerarkika tal-uffiċjal mexxej tal-PIU. |
273. |
Il-konklużjoni li l-PIU ma hijiex awtorità nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b)(ii) tad-Direttiva PNR hija barra minn hekk ikkorroborata mill-fatt li, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-PIU kkonċernata għandu jkun “informat” dwar it-talba għal komunikazzjoni u jeżerċita “eżami ex post”. Fil-fatt, fil-każ fejn il-PIU kienet awtorizzata, bħala “awtorità nazzjonali […] oħra”, tapprova talba għal komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva PNR, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, li huwa fost oħrajn inkarigat, b’mod konformi mal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, li jimplimenta l-garanziji rilevanti marbuta mal-ipproċessar tad-data PNR, ikun informat bit-talba għal aċċess fil-mument tat-tressiq tagħha u l-kontroll tagħha jsir neċessarjament ex ante ( 254 ). |
274. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għas-seba’ domanda preliminari li l-Artikolu 12(3)(b) tad-Direttiva PNR għandu jiġi interpretat fis-sens li l-PIU ma tikkostitwixxix “awtorità nazzjonali kompetenti oħra” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
E. Fuq id‑disa’ domanda preliminari
275. |
Permezz tad-disa’ domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, jekk id-Direttiva API hijiex kompatibbli mal-Artikolu 3(2) TUE u mal-Artikolu 45 tal-Karta sa fejn din tapplika għat-titjiriet ġewwa l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, jekk din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 3(2) TUE u mal-Artikolu 45 tal-Karta, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u tat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri, tawtorizza sistema ta’ ġbir u ta’ pproċessar tad-data tal-passiġġieri li tista’ indirettament timplika stabbiliment mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni. |
276. |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din id-domanda preliminari tidħol fil-kuntest tal-eżami tat-tieni motiv tar-rikors, imressaq sussidjarjament mil-LDH. Dan il-motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22 tal-Constitution Belge (il-Kostituzzjoni Belġjana), moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) TUE u mal-Artikolu 45 tal-Karta huwa intiż kontra l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 8(2) u l-Kapitolu 11, b’mod partikolari l-Artikolu 28 sa 31 tal-Liġi PNR. Għalkemm l-ewwel wieħed minn dawn l-artikoli jistabbilixxi, f’termini ġenerali, l-għan ta’ din il-liġi, billi jippreċiża li hija “tiddetermina l-obbligi tat-trasportaturi u tal-operaturi tal-ivvjaġġar relatati mat-trażmissjoni tad-data tal-passiġġieri għad-destinazzjoni ta’, ġejjin minn u li jkunu qegħdin jgħaddu mit-territorju nazzjonali”, l-Artikolu 8(2) tal-imsemmija liġi jipprevedi li “[t]aħt il-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 11 [tagħha,] id-data tal-passiġġieri għandha tiġi pproċessata wkoll għall-finijiet tat-titjib tal-kontrolli tal-persuni fil-fruntieri esterni u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali”. Fil-kuntest ta’ dan l-iskop, konformement mal-Artikolu 29(1) tal-Liġi PNR, biss id-“data tal-passiġġieri” msemmija fl-Artikolu 9(1)(18) tagħha (jiġifieri d-data API msemmija fil-punt 18 tad-Direttiva PNR), li tikkonċerna tliet kategoriji ta’ passiġġieri, tiġi trażmessa lid-dipartimenti tal-pulizija responsabbli għall-kontroll fil-fruntieri u lill-Office des étrangers (l-Uffiċċju tal-Barranin, il-Belġju). Dawn huma “passiġġieri li għandhom il-ħsieb li jidħlu jew li daħlu fit-territorju permezz tal-fruntieri esterni tal-Belġju”, “passiġġieri li għandhom il-ħsieb jitilqu jew li telqu mit-territorju permezz tal-fruntieri esterni tal-Belġju” u “passiġġieri li għandhom il-ħsieb jgħaddu minnu, jinsabu fi jew għaddew minn żona internazzjonali ta’ tranżitu li tinsab fil-Belġju” ( 255 ). Mill-Artikolu 29(3) tal-Liġi PNR jirriżulta li l-imsemmija data għandha tiġi trażmessa lid-dipartimenti tal-pulizija responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri u lill-Uffiċċju tal-Barranin mill-PIU “immedjatament wara r-reġistrazzjoni tagħha fid-databank tal-passiġġieri” u li din għandha tinqered erbgħa u għoxrin siegħa wara t-trażmissjoni tagħha. Skont din id-dispożizzjoni, wara dan il-perijodu, l-Uffiċċju tal-Barranin jista’ wkoll iressaq talba motivata lill-PIU sabiex jikseb l-aċċess għal din l-istess data meta dan jirriżulta neċessarju fil-kuntest tal-missjoni legali tiegħu. Għaldaqstant, il-kuntest legali li fih taqa’ d-disa’ domanda preliminari jaqa’ barra minn dak tad-Direttiva PNR, fid-dawl tal-iskop imfittex mill-ipproċessar tad-data msemmi fl-Artikoli 28 u 29 tal-Liġi PNR, sabiex jaqa’ f’dak tad-Direttiva API. Barra minn hekk, mill-fajl ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, b’mod partikolari, li t-tieni motiv tal-LDH huwa bbażat fuq interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR li tipprovdi li dawn japplikaw ukoll fil-każ ta’ qsim tal-fruntieri interni tal-Belġju. |
277. |
L-ewwel parti tad-disa’ domanda preliminari hija bbażata fuq preżunzjoni żbaljata u fil-fehma tiegħi ma teħtieġx risposta min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva API, moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) u (d) tagħha, jirriżulta b’mod inekwivoku li din id-direttiva tipprevedi l-obbligu għat-trasportaturi tal-ajru li jittrażmettu d-data API lill-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-persuni fil-fruntieri esterni biss f’dak li jirrigwarda t-titjiriet li jittrasportaw passiġġieri lejn punt ta’ qsim awtorizzat għall-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Bl-istess mod, l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi biss l-ipproċessar tad-data API relatata ma’ dawn it-titjiriet. Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li d-Direttiva PNR tipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-obbligu li tiġi ttrasferita d-data API miġbura wkoll għat-trasportaturi tal-ajru li joperaw titjiriet ġewwa l-UE, din l-estensjoni għandha tinftiehem bla ħsara għad-Direttiva API ( 256 ). Fil-kuntest tad-Direttiva PNR, id-data API ttrasferita tiġi pproċessata biss fil-kuntest tal-iskopijiet ta’ infurzar tal-liġi previsti minn din id-direttiva. Għall-kuntrarju, il-premessa 34 tad-Direttiva PNR tipprevedi li din hija bla ħsara għar-regoli attwali tal-Unjoni dwar il-modalitajiet tal-kontrolli fil-fruntieri jew għar-regoli tal-Unjoni li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Unjoni u l-ħruġ minnu, u t-tieni sentenza tal-Artikolu 6(9) ta’ din id-direttiva tistipula li, meta evalwazzjonijiet skont l-Artikolu 6(2) jitwettqu għal titjiriet ġewwa l-UE bejn Stati Membri li għalihom japplika l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ( 257 ), il-konsegwenzi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet għandhom josservaw l-imsemmi regolament. |
278. |
Il-formulazzjoni mill-ġdid ta’ din il-parti tad-disa’ domanda preliminari, kif tissuġġerixxi, sussidjarjament, il-Kummissjoni, fis-sens li din tirrigwarda l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-Karta mhux tad-Direttiva API, iżda tad-Direttiva PNR, u b’mod partikolari tal-Artikolu 2 tagħha, timplika mhux biss li l-att li fir-rigward tiegħu l-qorti tar-rinviju talbet evalwazzjoni tal-validità jiġi emendat, iżda tfisser ukoll il-ħruġ mill-kuntest legali li fih tinsab din id-domanda preliminari. Fil-fatt, kif spjegajt, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR, li kontrihom huwa indirizzat it-tieni motiv, jittrasponu d-Direttiva API u mhux id-Direttiva PNR. |
279. |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi għal tali formulazzjoni mill-ġdid, nillimita ruħi għal xi riflessjonijiet li ġejjin f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk l-evalwazzjoni minn qabel li l-Istati Membri huma awtorizzati jwettqu fuq id-data PNR tal-passiġġieri ta’ titjiriet ġewwa l-UE, konformement mal-possibbiltà li huma għandhom fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva PNR, tistax titqies bħala ekwivalenti għall-eżerċizzju tal-“verifiki fuq il-fruntiera” fis-sens tal-Artikolu 23(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ( 258 ). L-ewwel, għalkemm l-evalwazzjoni minn qabel tad-data PNR ma ssirx “fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera” jew fil-“mument tal-qsim tal-fruntiera”, iżda qabel dan il-mument, din issir madankollu “minħabba” l-qsim imminenti tal-fruntieri. It-tieni, skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva PNR, l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-evalwazzjoni minn qabel tad-data tal-PNR prevista fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR għall-passiġġieri tat-titjiriet kollha ġewwa l-UE, indipendentement mill-aġir tal-persuni kkonċernati u miċ-ċirkustanzi li jistabbilixxu riskju ta’ theddid għas-sigurtà pubblika. Barra minn hekk, din l-evalwazzjoni minn qabel hija ta’ natura sistematika. Issa, l-ebda wieħed minn dawn l-elementi ma jidher li jissodisfa l-indikazzjonijiet previsti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 23(a)(ii), (iii) u (iv) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ( 259 ). It-tielet, fir-rigward tal-indikazzjonijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(a), nistaqsi jekk l-evalwazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva PNR tikkoinċidix, għallinqas parzjalment, mal-iskop tal-verifiki fil-fruntieri mwettqa skont l-Artikolu 8(2)(b) u (3)(a)(vi) u (g)(iii) ), tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, kif emendat bir-Regolament 2017/458, u, fuq kollox jekk din hijiex distinta b’mod ċar, fir-rigward tal-modalitajiet tagħha, minn dawn il-verifiki sistematiċi ( 260 ). F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Artikolu 8(2e) u (3)(ia) ta’ dan il-kodiċi jispeċifika li l-imsemmija verifiki “jistgħu jitwettqu minn qabel abbażi ta’ data dwar il-passiġġieri riċevuta f’konformità mad-Direttiva [API] jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali”. Madankollu, huwa minnu li l-iskop tad-Direttiva PNR ma huwiex dak li “jiġi żgurat li l-persuni jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru jew li joħorġu minnu”, jew dak li “li jiġu preklużi l-persuni milli jevitaw il-verifiki fil-fruntiera”, li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li huma l-għanijiet tal-“kontrolli fuq il-fruntiera” skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ( 261 ), peress li din id-direttiva għandha biss skop esklużivament ta’ infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, il-punt (ii) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(a) tal-imsemmi kodiċi jipprevedi espliċitament li l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ pulizija ma jistax jitqies bħala ekwivalenti għall-eżerċizzju ta’ verifiki fil-fruntieri meta l-kontrolli jkunu intiżi, b’mod partikolari, għall-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali ( 262 ). Fl-aħħar, fl-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt, enfasizzat b’mod partikolari mill-Kummissjoni, li l-Artikolu 2 tad-Direttiva PNR jawtorizza lill-Istati Membri biss jimponu fuq it-trasportaturi tal-ajru t-trasferiment tad-data PNR li jkunu ġabru fil-kors normali tal-attivitajiet tagħhom u għalhekk ma jipprevedix obbligu simili għal dak previst mid-Direttiva API għall-qsim tal-fruntieri esterni. |
280. |
Fir-rigward tat-tieni parti tad-disa’ domanda preliminari, inqis, bħall-Kummissjoni, li hija għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-qsim tal-fruntieri interni u bħala li hija intiża li tikseb kjarifiki mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja li jippermettu lill-qorti tar-rinviju tevalwa l-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR mal-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri fiż-żona Schengen. |
281. |
F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-ftit elementi li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, ser nillimita ruħi sabiex nirrileva li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR jistgħu jkunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 67(2) TFUE biss jekk jiġu interpretati fis-sens li dawn jirrigwardaw biss it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data API tal-passiġġieri li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Belġju ma’ pajjiżi terzi. |
282. |
Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tifformula mill-ġdid it-tieni parti tad-disa’ domanda preliminari fis-sens li tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva PNR fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR, nillimita ruħi sabiex nirrileva li l-ipproċessar tad-data API previst fl-Artikoli 28 u 29 ta’ din il-liġi huwa marbut mas-sistema stabbilita mil-leġiżlatur Belġjan sabiex jittrasponi d-Direttiva PNR. B’hekk, l-ewwel, id-data API li hija s-suġġett ta’ pproċessar hija dik elenkata fil-punt 12 tal-Anness I ta’ din id-direttiva u mhux biss dik li tinsab fil-lista inkluża fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API. It-tieni, skont l-Artikolu 29(1) tal-Liġi PNR, din id-data hija trażmessa lid-dipartimenti tal-pulizija responsabbli għall-kontroll fil-fruntieri u lill-Uffiċċju tal-Barranin mill-PIU — li hija responsabbli għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data PNR fil-kuntest tal-iskopijiet biss imfittxija mid-Direttiva PNR —, u mhux, kif previst mid-Direttiva API, direttament mit-trasportaturi tal-ajru. Barra minn hekk, din it-trażmissjoni tikkonċerna wkoll id-data tal-passiġġieri li għandhom l-intenzjoni jitilqu jew li telqu mit-territorju Belġjan u ma għandhiex bħala l-uniċi destinatarji l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli fil-fruntieri, iżda wkoll l-Uffiċċju tal-Barranin, li huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-popolazzjoni immigrata u mill-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. It-tielet, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4) tal-Liġi PNR, l-Uffiċċju tal-Barranin jidher li huwa awtorizzat iressaq talbiet għall-aċċess għad-data API lill-PIU anki wara l-ipproċessar ta’ din id-data fl-okkażjoni tal-qsim tal-fruntieri tal-passiġġieri kkonċernati. F’dan is-sens, dan l-uffiċċju huwa de facto assimilat ma’ awtorità kompetenti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva PNR, filwaqt li ma għandux in-natura tagħha u ma huwiex inkluż fil-lista ta’ dawn l-awtoritajiet li ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni mill-Belġju. Issa, tali amalgamazzjoni bejn is-sistemi previsti mid-Direttiva API u mid-Direttiva PNR ma tistax, fl-opinjoni tiegħi, tiġi aċċettata peress li tikser il-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskopijiet stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva PNR ( 263 ). |
283. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-disa’ domanda preliminari fis-sens li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva API, li abbażi tiegħu l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxu l-obbligu, għat-trasportaturi tal-ajru, li jittrażmettu, fuq talba tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-persuni fil-fruntieri esterni, qabel it-tmiem tar-reġistrazzjoni, l-informazzjoni dwar il-passiġġieri msemmija fl-Artikolu 3(2), moqri flimkien mal-Artikolu 2(b) u (d) ta’ din id-direttiva, jikkonċerna biss il-passiġġieri ttrasportati lejn punt ta’ qsim awtorizzat għall-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan biss tat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, testendi dan l-obbligu għad-data tal-persuni li jaqsmu l-fruntieri interni tal-Istat Membru kkonċernat bl-ajruplan jew b’mezzi oħra ta’ trasport tmur kontra l-Artikolu 67(2) TFUE u l-Artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. |
F. Fuq l‑għaxar domanda preliminari
284. |
Permezz tal-għaxar domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, fil-każ li tasal għall-konklużjoni li l-Liġi PNR tikser l-Artikoli 7, 8 u l-Artikolu 52(1) tal-Karta, hija tistax iżżomm provviżorjament l-effetti ta’ din il-liġi sabiex tevita inċertezza legali u tippermetti li d-data miġbura u miżmuma preċedentement tkun tista’ tibqa’ tintuża għall-finijiet previsti mil-Liġi PNR. |
285. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għal domanda li għandha l-istess kontenut fis-sentenza La Quadrature du Net dwar il-ħażna tal-metadata tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mogħtija wara t-tressiq ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, qabelxejn, fakkret il-ġurisprudenza tagħha li tipprovdi li s-supremazija u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni jiġu ppreġudikati jekk qrati nazzjonali kellhom is-setgħa li jagħtu supremazija lid-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq id-dritt tal-Unjoni li dawn id-dispożizzjonijiet jiksru, anki b’mod provviżorju. Sussegwentement, hija fakkret li, fis-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Inter‑Environnement Wallonie u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ( 264 ), li kienet tirrigwarda l-legalità ta’ miżuri adottati bi ksur tal-obbligu stabbilit mid-dritt tal-Unjoni li titwettaq evalwazzjoni minn qabel tal-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent u fuq sit protett, hija ammettiet li qorti nazzjonali tista’, jekk id-dritt intern jippermetti dan, b’mod eċċezzjonali żżomm l-effetti ta’ tali miżuri meta din iż-żamma tkun iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet imperattivi marbuta man-neċessità li tiġi evitata theddida reali u serja ta’ qtugħ tal-provvista tal-elettriku tal-Istat Membru kkonċernat għaż-żmien strettament meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata din l-illegalità. Madankollu, hija kkonkludiet li, kuntrarjament għall-ommissjoni ta’ obbligu proċedurali bħall-evalwazzjoni minn qabel tal-effetti ta’ proġett fil-qasam speċifiku tal-protezzjoni tal-ambjent, ksur tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ma jistax ikun is-suġġett ta’ regolarizzazzjoni permezz ta’ proċedura paragunabbli ma’ dik prevista fis-sentenza msemmija iktar ’il fuq ( 265 ). Fil-fehma tiegħi, l-istess risposta għandha tingħata għall-għaxar domanda preliminari f’din il-kawża. |
286. |
Sa fejn kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-Gvern Belġjan u l-Kummissjoni u l-Kunsill jistaqsu dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix użu, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tal-informazzjoni jew tal-provi miksuba bl-użu tad-data PNR miġbura, ipproċessata u/jew miżmuma b’mod inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, infakkar li, fil-punt 222 tas-sentenza La Quadrature du Net, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, bħala prinċipju, huwa d-dritt nazzjonali biss li jiddetermina r-regoli relatati mal-ammissibbiltà u l-evalwazzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali miftuħa kontra persuni ssuspettati b’atti ta’ kriminalità serja, ta’ informazzjoni u ta’ provi li nkisbu billi permezz ta’ żamma ta’ data li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-prinċipju jimponi fuq il-qorti kriminali nazzjonali l-obbligu li ma tiħux inkunsiderazzjoni informazzjoni u provi li jkunu nkisbu permezz ta’ żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data dwar it-traffiku u tad-data ta’ lokalizzazzjoni inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali miftuħa kontra persuni ssuspettati b’atti ta’ kriminalità, jekk dawn il-persuni ma jkunux f’pożizzjoni li jieħdu pożizzjoni b’mod effikaċi fuq din l-informazzjoni u dawn il-provi, li joriġinaw minn qasam lil hinn mill-għarfien tal-qrati u li jistgħu jinfluwenzaw b’mod predominanti l-evalwazzjoni tal-fatti. Dawn il-prinċipji huma wkoll trasponibbli mutatis mutandis għall-fatti tal-proċedura prinċipali. |
IV. Konklużjoni
287. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju):
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
( 3 ) ĠU 2016, L 119, p. 132.
( 4 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 74.
( 5 ) Moniteur belge tal‑25 ta’ Jannar 2017, p. 12905.
( 6 ) Skont il-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR “titjira barra l-UE” tfisser “kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl-ajru li jtir minn pajjiż terz u ppjanata li tinżel fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jtir mit-territorju ta’ Stat Membru u ppjanata li tinżel f’pajjiż terz, li tinkludi fiż-żewġ każijiet titjiriet b’waqfa fit-territorju ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi”.
( 7 ) Skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR, “titjira ġewwa l-UE” tfisser “kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl-ajru li jtir mit-territorju ta’ Stat Membru u ppjanata li tinżel fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed ieħor jew aktar, mingħajr waqfa fit-territorju ta’ pajjiż terz”.
( 8 ) L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva PNR jipprevedi li kull Stat Membru għandu jadotta lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati sabiex jitolbu lill-PIU jew sabiex jirċievu mingħandhom data PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar ta’ tali data sabiex jitwettaq eżami iktar fil-fond ta’ din l-informazzjoni jew sabiex jittieħdu l-miżuri xierqa għall-finijiet tal-prevenzjoni u tal-iskoperta ta’ reati terroristiċi jew ta’ kriminalità serja, kif ukoll tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet fil-qasam. Din il-lista ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni fl‑2018 (ĠU 2018, C 194, p. 1).
( 9 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tas‑27 ta’ Novembru 2008, dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (ĠU 2008, L 350, p. 60).
( 10 ) ĠU 2016, L 119, p. 89, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 6. L-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI ġie ssostitwit bl-Artikolu 41 tad-Direttiva tal-Pulizija.
( 11 ) Ara l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva PNR.
( 12 ) Ara l-Artikolu 15(3)(a) u (b) tad-Direttiva PNR.
( 13 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU 2010, L 283, p. 1).
( 14 ) Moniteur belge tat‑18 ta’ Diċembru 1998, p. 40312.
( 15 ) C‑203/15 u C‑698/15, iktar ’il quddiem is-“sentenza Tele2 Sverige, EU:C:2016:970.
( 16 ) Iktar ’il quddiem l-“Opinjoni 1/15”, EU:C:2017:592.
( 17 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 61).
( 18 ) Skont l-Artikolu 2(1) tar-RĠPD “[d]an ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar”.
( 19 ) Ara s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 84), kif ukoll is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 62).
( 20 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Privacy International (C‑623/17, iktar ’il quddiem is-“sentenza Privacy International, EU:C:2020:790, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). Skont l-Artikolu 4(2) tal-GDPR tikkostitwixxi “ipproċessar”“kwalunkwe attività […] li [titwettaq] fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali […], bħalma huma […] l-iżvelar bi trażmissjoni”.
( 21 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 69). Skont il-punt 7(a) u (b) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija, hija “awtorità kompetenti”“(a) kwalunkwe awtorità kompetenti pubblika għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; jew (b) kwalunkwe korp jew entità oħra fdata mil-liġi ta’ Stat Membru li teżerċita awtorità pubblika u setgħat pubbliċi” għal dawn l-istess finijiet.
( 22 ) Ebda indikazzjoni f’dan is-sens ma tirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju.
( 23 ) Tali operatur lanqas ma jista’ jiġi kklassifikat bħala “proċessur” fis-sens tal-punt 8 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD jew tal-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija, peress li huwa iktar “kontrollur” fis-sens tat-tieni sentenza tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD. Skont il-punt 8 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD u l-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija, li huma redatti b’mod identiku, il-“proċessur” huwa l-“persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f’isem il-kontrollur”. Fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD, il-“kontrollur”, huwa il-“persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li […] jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar […]”, it-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tippreċiża li “fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru”.
( 24 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 15, p. 355). Din id-direttiva tħassret u ġiet issostitwita bir-RĠPD, ara l-Artikolu 94 ta’ dan ir-regolament.
( 25 ) C‑317/04 u C‑318/04, iktar ’il quddiem is-“sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill”, EU:C:2006:346. Fil-kawżi li taw lok għal din is-sentenza, il-Parlament kien talab, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/496/KE tas‑17 ta’ Mejju 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data PNR minn Trasportaturi ta’ l-Ajru lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fid-Dipartiment tal-Homeland Security ta’ l-Istati Uniti (ĠU 2006, L 142M, p. 49) u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/535/KE tal‑14 ta’ Mejju 2004 dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali tal-passiġġieri ta’ l-ajru miżmuma fil-Passenger Name Reċord u trasferiti lill-United States’ Bureau of Ċustoms and Border Proteċtion (ĠU 2005, L 267M, p. 18).
( 26 ) Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46, din id-direttiva ma kinitx tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali “fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali” (korsiv miżjud minni).
( 27 ) Dwar l-“approċċ teleoloġiku” u “kuntestwali” tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez‑Bordona fil-kawżi magħquda La Quadrature du Net et (C‑511/18 u C‑512/18, EU:C:2020:6, punti 47 u 62).
( 28 ) C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, iktar ’il quddiem is-sentenza La Quadrature du Net, EU:C:2020:791.
( 29 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punti 100 sa 102.
( 30 ) Ara, fl-istess sens, is-sentenza Privacy International, punt 47.
( 31 ) C‑207/16, iktar ’il quddiem is-“sentenza Ministerio Fiscal, EU:C:2018:788, punt 34.
( 32 ) Ara, b’analoġija, is-sentenzi Tele2 Sverige, punti 72 sa 74 u Ministerio fiscal, punt 34. Dawn is-sentenzi kienu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514), li tipprevedi klawżola ta’ limitazzjoni analoga għal dik li tinsab fl-Artikolu 23(1)(a) sa (d) tar-RĠPD.
( 33 ) Riferiment għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 kien ġustifikat fil-kuntest ta’ din id-direttiva, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-klawżola ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(3) tagħha, li tirreferi, b’mod ġenerali, għall-“attivitajiet ta’ l-Istat f’oqsma tal-liġi kriminali”.
( 34 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza Privacy International punti 38 u 39.
( 35 ) Dan huwa l-ipproċessar irregolat mill-Kapitoli 7 sa 10 u 12 tal-Liġi PNR.
( 36 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi La Quadrature du Net, punt 103, u Privacy International, punt 48.
( 37 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza La Quadrature du Net.
( 38 ) Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 66).
( 39 ) Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504).
( 40 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 99 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 41 ) Il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dan l-ipproċessar ta’ data huma previsti fil-Kapitolu 11 tal-Liġi PNR.
( 42 ) Ara l-premessi 8, 9 u 12 u l-Artikolu 6 tad-Direttiva API u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2010/65.
( 43 ) L-użu tal-informazzjoni minn qabel dwar il-passiġġieri (iktar ’il quddiem id-“data API”) minn servizzi tal-infurzar tal-liġi huwa espressament previst fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva API.
( 44 ) Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 170 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 45 ) Ara b’mod partikolari s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 172 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 46 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza La Quadrature du Net, punt 122.
( 47 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 123.
( 48 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 124 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 49 ) Ara s-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Trasparenza assoċjattiva) (C‑78/18, EU:C:2020:476, punt 122 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 50 ) Ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja (CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punt 227), il-Qorti EDB, 18 ta’ Mejju 2010, Kennedy vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2010:0518JUD002683905, punt 130); u l-Qorti EDB, 25 ta’ Mejju 2021, Centrum för Rättvisa vs L‑Isvezja (CE:ECHR:2021:0525JUD003525208, punt 246).
( 51 ) Ara l-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja (CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punt 228); il-Qorti EDB, 4 ta’ Mejju 2000, Rotaru vs Ir‑Rumanija (CE:ECHR:2000:0504JUD002834195, punt 52); il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2008, S. u Marper vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2008:1204JUD003056204, punt 95); il-Qorti EDB, 18 ta’ Mejju 2021, Kennedy vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2010:0518JUD002683905, punt 151); u l-Qorti EDB, 25 ta’ Mejju 2021, Centrüm för Rättvisa vs L‑Isvezja (CE:ECHR:2021:0525JUD003525208, punt 246).
( 52 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (C‑78/18, ECLI:EU:C:2020:476, punti 124 u 126, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata); ara, ukoll, il-Qorti EDB, 4 ta’ Mejju 2000, Rotaru vs Ir‑Rumanija (CE:ECHR:2000:0504JUD00283419, punt 48); il-Qorti EDB, 26 ta’ Marzu 1987, Leander vs L‑Isvezja (CE:ECHR:1987:0326JUD000924881, punt 46); u l-Qorti EDB, 29 ta’ Ġunju 2006, Weber u Saravia vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:2006:0629DEC005493400, punt 79).
( 53 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza Ministerio Fiscal, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 54 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (C‑78/18, ECLI:EU:C:2020:476, punt 126), kif ukoll is-sentenza Ministerio Fiscal, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 55 ) Ara s-sentenza tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et (C‑293/12 u C‑594/12, iktar ’il quddiem is-“sentenza Digital Rights, EU:C:2014:238, punti 34).
( 56 ) Ara Opinjoni 1/15, punti 121 sa 123.
( 57 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza Privacy International, punti 79 u 80, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.
( 58 ) Ara l-Artikolu 2(1) sa (3) tad-Direttiva PNR.
( 59 ) Ara l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva PNR.
( 60 ) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, peress li dan l-Istat Membru ma pparteċipax fl-adozzjoni tad-Direttiva PNR, huwa la huwa marbut minn din id-direttiva u lanqas ma huwa suġġett għall-applikazzjoni tagħha (ara l-premessa 40 ta’ din id-direttiva). Madankollu mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Gvern Daniż jirriżulta li r-Renju tad-Danimarka adotta fl‑2018 liġi dwar il-ġbir, l-użu u ż-żamma tad-data PNR, li d-dispożizzjonijiet tagħha jikkonkordaw ħafna ma’ dawk tad-Direttiva PNR. Fir-rigward tal-Irlanda, mill-premessa 39 tad-Direttiva PNR jirriżulta li dan l-Istat Membru nnotifika, konformement mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, ix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
( 61 ) Il-Kummissjoni ppubblikat lista aġġornata tal-Istati Membri li ddeċidew li japplikaw id-Direttiva PNR għat-titjiriet ġewwa l-UE msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva [PNR] (ĠU 2020, C 358, p. 7), irrettifikata f’Settembru 2021 biż-żieda tas-Slovenja u t-tneħħija tar-riferiment għar-Renju Unit (ĠU 2021, C 360, p. 8). L-Irlanda u l-Awstrija ma humiex inklużi f’din il-lista. Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tad-Direttiva [PNR], tal‑24 ta’ Lulju 2020, (COM(2020)305 final, p. 11 (iktar ’il quddiem ir-“rapport tal-Kummissjoni tal-2020”)) isemmi li l-Istati Membri kollha, b’eċċezzjoni waħda, estendew il-ġbir tad-data PNR għat-titjiriet ġewwa l-UE.
( 62 ) Ara, b’mod partikolari l-punti 4 u 18 tal-Anness I dwar l-ismijiet, is-sess, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità u d-dokumenti tal-identità tal-passiġġier.
( 63 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 2, 3, 7, 13 u 18 tal-Anness I tad-Direttiva PNR li jsemmu, b’mod partikolari, in-numru tat-titjira, l-ajruporti tat-tluq u tal-wasla, kif ukoll id-dati u l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla.
( 64 ) Ara l-punti 5, 6, 9, 12 u 16 tal-Anness I.
( 65 ) Ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15, punt 131.
( 66 ) SWD(2020)128 final.
( 67 ) Id-dokument tax-xogħol tal‑2020 (p. 28 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 55), isemmi marġni ta’ konkordanzi pożittivi ta’ 0.59 % għas-sena 2019, li minnhom 0.11 % biss kienu s-suġġett ta’ trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti. Għas-sena 2018, il-perċentwali korrispondenti kienu ta’ 0.25 % u ta’ 0.4 % rispettivament.
( 68 ) Ara Opinjoni 1/15, punt 132.
( 69 ) Is-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR setgħet tkopri, qabel il-kriżi sanitarja, sa biljun passiġġier kull waħda, data aċċessibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ttr00012/default/table?lang=mt.
( 70 ) Jiġifieri kull persuna li tissodisfa l-kunċett ta’ “passiġġier”, kif iddefinit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR u li taqbad “titjira barra l-UE”, kif ukoll, de facto, “titjira ġewwa l-UE”.
( 71 ) Fi studju adottat mill-Kummissjoni Ewropea għad-demokrazija permezz tad-dritt (il-Kummissjoni ta’ Venezja) fl‑2015, tali miżuri huma kkunsidrati li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “sorveljanza strateġika” u jsegwu “tendenza ġenerali” għall-użu ta’ “sorveljanza proattiva” tal-popolazzjoni; ara l-istudju Aġġornament tar-Rapport tal‑2007 Dwar il-Kontroll Demokratiku tas-Servizzi tas-Sigurtà u Rapport Dwar il-Kontroll Demokratiku tal-Aġenziji tal-Ġbir ta’ Informazzjoni ta’ Oriġini Elettromanjetika, adottat mill-Kummissjoni ta’ Venezja fil‑102 sessjoni plenarja tagħha (Venezja, 20 u 21 ta’ Marzu 2015), https://www.venice.coe.int/webforms/documents/?pdf=CDL-AD(2015)006-e, punt 61.
( 72 ) Fir-rigward tal-Artikolu 8 tal-KEDB, ara s-sentenza tal-Qorti EDB tal‑25 ta’ Mejju 2021, Big Brother Watch et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2021:0525JUD005817013, punt 325, iktar ’il quddiem is-“sentenza Big Brother Watch”) dwar il-miżuri ta’ interċettazzjoni bil-massa, fejn il-Qorti EDB tiddikjara li l-intensità tal-indħil fl-eżerċizzju tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ta’ dawn il-miżuri tiżdied hekk kif jinqabżu id-diversi stadji tal-proċess, jiġifieri l-interċettazzjoni u ż-żamma inizjali tal-komunikazzjonijiet u tad-data assoċjata, l-ipproċessar awtomatizzat bl-applikazzjoni ta’ seletturi, l-eżami minn analisti u ż-żamma sussegwenti tad-data kif ukoll l-użu tal-“prodott finali”.
( 73 ) Ara, f’dan is-sens, il-premessi 6 u 7 tad-Direttiva PNR; ara, għal analiżi fil-fond tal-iskop u tal-implikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali, ir-rapport intitolat Passenger Name Records (PNR), data mining and data protection: the need for strong safeguards, ippreparat minn D. Korff, bil-kontribuzzjoni ta’ M. Georges, https://rm.coe.int/16806a601b (iktar ’il quddiem ir-“rapport Korff”).
( 74 ) Kif indikat fir-rapport Korff “PNR is not an isolated issue, but a new symptom of a much wider disease”.
( 75 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems (C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 175); tat‑8 ta’ Settembru 2020, Recorded Artists Actors Performers (C‑265/19, EU:C:2020:677, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza Privacy International, punt 65.
( 76 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tal-Qorti EDB tat‑8 ta’ Ġunju 2006, Lupsa vs Ir‑Rumanija (CE:ECHR:2006:0608JUD001033704, punti 32 u 33), u tal‑15 ta’ Diċembru 2020, Piskin vs It‑Turkija (CE:ECHR:2020:1215JUD00333991, punt 206); ara wkoll is-sentenza Big Brother Watch, punt 333. Dwar il-ħtieġa li tingħata lill-espressjoni “prevista mil-liġi” fl-Artikolu 52(1) tal-Karta l-istess interpretazzjoni bħal dik adottata mill-Qorti EDB, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża WebMindLicenses (C‑419/14, EU:C:2015:606, punti 134 sa 143).
( 77 ) Ara, fl-aħħar lok, is-sentenza Big Brother Watch, punt 333.
( 78 ) Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, WebMindLicenses (C‑419/14, EU:C:2015:832, punt 81); ara, ukoll, il-Qorti EDB, l‑1 ta’ Lulju 2008, Liberty et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2008:0701JUD005824300, punt 69), kif ukoll is-sentenza Big Brother Watch, punt 333.
( 79 ) Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-Rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, adottata fi Strasbourg fit‑28 ta’ Jannar 1981 u rratifikata mill-Istati Membri kollha, iktar magħrufa bħala l-“Konvenzjoni 108”. Fl‑2018 ġie redatt protokoll ta’ emenda ta’ din il-konvenzjoni bil-għan li din tiġi mmodernizzata. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/682 tad‑9 ta’ April 2019 (ĠU 2019, L 115, p. 7), l-Istati Membri ġew awtorizzati jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni, l-imsemmi protokoll ta’ emenda sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Fil-kumplament ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser nirreferi wkoll għat-test tal-Konvenzjoni 108 mmodernizzata, li għalkemm għadha ma ġietx irratifikata mill-Istati Membri kollha u għadha ma daħlitx fis-seħħ tipprevedi, kif jirriżulta mid-Deċiżjoni 2019/682, garanziji bbażati fuq l-istess prinċipji bħal dawk stabbiliti fir-RĠPD u fid-Direttiva tal-Pulizija.
( 80 ) https://rm.coe.int/t-pd-2016-18rev-avis-pnr-mt/16807b6c09, p. 3 u 5. Ir-rapport ta’ spjega li jakkumpanja l-protokoll ta’ emenda tal-Konvenzjoni 108 (iktar ’il quddiem ir-“rapport ta’ spjega dwar il-Konvenzjoni 108 mmodernizzata”) jenfasizza wkoll ir-rekwiżit li l-miżura li tipprevedi indħil fid-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali tkun “aċċessibbli”, “prevedibbli”, “suffiċjentement iddettaljata” u “fformulata b’mod ċar”; ara l-punt 91 ta’ dan ir-rapport ta’ spjega, aċċessibbli fuq https://rm.coe.int/convention-108-convention-pour-la-protection-des-personnes-a-l-egard-d/16808b3726.
( 81 ) Ara, a contrario, is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 135).
( 82 ) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza La Quadrature du Net, punt 132 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara, ukoll, il-Qorti EDB, sentenza Big Brother Watch, punt 334.
( 83 ) Ara, f’dan ir-rigward, T. Tridimas, G. Gentile, “The essence of Rights: an unreliable Boundary?”, German Law Journal, 2019, p. 796; K. Lenaerts, “Limits on limitations : The Essence of Fundamental Rights in the EU”, German Law Journal, 2019, 20, p. 779 et seq.
( 84 ) Mis-sentenza tal-Qorti EDB tal‑24 ta’ Ottubru 1979, Winterwerp vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi (CE:ECHR:1979:1024JUD000630173, punt 60).
( 85 ) Ara Spjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ĠU 2007, C 303, p. 17, b’mod partikolari “Spjegazzjoni dwar l-Artikolu 52”, p. 32, iktar ’il quddiem l-“Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta”).
( 86 ) Ara, diġà f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑14 ta’ Mejju 1974, Nold vs Il‑Kummissjoni (4/73, EU:C:1974:51, punt 14) u tat‑13 ta’ Diċembru 1979, Hauer (44/79, EU:C:1979:290, punt 23).
( 87 ) C‑362/14, iktar ’il quddiem is-sentenza Schrems I, EU:C:2015:650, punti 94 sa 98.
( 88 ) Ara K. Lenaerts, op. cit., p. 781, T. Tridimas, G. Gentile, op. cit., p. 803.
( 89 ) L-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta jirrikonoxxu espressament li “d-dinjità tal-persuna umana tagħmel parti mis-sustanza tad-drittijiet inklużi fil-Karta” u li “[g]ħalhekk din ma tistax tiġi ppreġudikata, anki fil-każ ta’ limitazzjoni ta’ dritt”.
( 90 ) F’dan ir-rigward, nirreferi għall-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fl-opinjoni parzjalment konkordanti komuni għall-Imħallfin Lemmens, Vehabović u Bošniak fis-sentenza Big Brother Watch, punti 3 sa 10.
( 91 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU 2006, L 105, p. 54).
( 92 ) Ara s-sentenza Digital Rights, punt 39; ara, ukoll, fir-rigward tad-Direttiva 2002/58, is-sentenza Tele2 Sverige, punt 101.
( 93 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 150.
( 94 ) Ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza Digital Rights, punt 40.
( 95 ) Ara, f’dan l-istess sens, l-Opinjoni 1/15, punt 128.
( 96 ) Ara l-Opinjoni 1/15 punti 164 u 165.
( 97 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 150.
( 98 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessi 5, 6, 15 u 22 tad-Direttiva PNR.
( 99 ) Proposta tal-Kummissjoni tat‑2 ta’ Frar 2011 dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji (COM(2011) 32 finali, p. 4).
( 100 ) Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, f’dawn il-konklużjonijiet, ser nuża l-espressjonijiet “servizzi tal-infurzar tal-liġi” jew “awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi” sabiex nindika, b’mod ġenerali, kull awtorità li għandha setgħat fl-oqsma tal-iskoperta, tal-prevenzjoni, tal-prosekuzzjoni jew tal-investigazzjoni fil-qasam tat-terroriżmu jew tal-kriminalità serja, koperti mid-Direttiva PNR.
( 101 ) Ara l-premessa 7 tad-Direttiva PNR. Ara, ukoll, il-Proposta għal Direttiva PNR, p. 5.
( 102 ) Ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15, kif ukoll is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, iktar ’il quddiem is-“sentenza Prokuratuur, EU:C:2021:152, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 103 ) Ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15, punt 149 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll is-sentenza La Quadrature du Net.
( 104 ) Ara, iktar ’il quddiem, l-analiżi dwar il-proporzjonalità tal-indħil.
( 105 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 125.
( 106 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 126 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 107 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 136.
( 108 ) Ara s-sentenza Digital Rights, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 109 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 140, kif ukoll is-sentenza La Quadrature du Net, punt 130 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ir-rekwiżit li l-ipproċessar ta’ data personali jirrifletti, f’kull stadju, “bilanċ ġust bejn l-interessi kollha involuti, kemm pubbliċi kif ukoll privati, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet inkwistjoni” huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni 108.
( 110 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Ottubru 2018, Ministerio Fiscal (C‑207/16, EU:C:2018:788, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenzi La Quadrature du Net, punt 131 u Prokuratuur, punt 32.
( 111 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Digital Rights, punt 54, u Schrems I, punt 91, kif ukoll l-Opinjoni 1/15, punt 141.
( 112 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 141 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 113 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Digital Rights, punt 48.
( 114 ) Ara, f’dan is-sens, il-punti 201 sa 203 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 115 ) F’dan ir-rigward, nirreferi għad-data li tinsab fid-dokument tax-xogħol tal‑2020.
( 116 ) Ara, f’dan is-sens, l-opinjoni tad‑19 ta’ Awwissu 2016, p. 5.
( 117 ) Fuq l-importanza tal-istatistika għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-effikaċja tas-sistema stabbilita mid-Direttiva PNR, ara, b’mod partikolari, l-Opinjoni 1/2011 tal‑14 ta’ Ġunju 2011, dwar il-Proposta għal Direttiva PNR, https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/1786-FRA-PNR-Opinion-2011_EN.pdf, punt 2.1.2.1 (iktar ’il quddiem l-“Opinjoni 1/2011 tal-FRA”)
( 118 ) Min-naħa l-oħra, din id-domanda hija magħmula b’mod ċar mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden, il-Ġermanja), fil-Kawża pendenti C‑215/20.
( 119 ) Il-Kummissjoni ġiet mistiedna tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward fil-kuntest ta’ mistoqsija għal tweġiba bil-miktub. Il-partijiet ikkonċernati l-oħra setgħu jieħdu pożizzjoni matul is-seduta.
( 120 ) Ara l-punt 107 in fine ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 121 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU 2017, L 88, p. 6).
( 122 ) Nirrileva, f’dan ir-rigward, li l-kunċett ta’ “reat ta’ natura transnazzjonali” kif iddefinit, pereżempju, fl-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kien wiesa’ biżżejjed sabiex jinkludi wkoll reati mwettqa f’pajjiż wieħed u fejn l-awtur “ikun jinsab f’pajjiż ieħor jew ikollu l-intenzjoni li jivvjaġġa lejn pajjiż ieħor”; ara l-Artikolu 3(3)(e) tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE, li l-formulazzjoni tiegħu hija riprodotta fil-punt 30 tal-Opinjoni 1/15. Ninnota wkoll li fl-Opinjoni 1/2011 tagħha (punti 2.2.3.1 u 3.7), il-FRA kienet issuġġerixxiet li s-sistema PNR tal-Unjoni tiġi limitata għar-reati transnazzjonali serji biss. Il-Proposta għal Direttiva PNR, kienet tipprevedi għall-kuntrarju ipproċessar awtomatizzat iddifferenzjat għar-reati transnazzjonali u għal dawk li ma humiex ta’ din in-natura (ara l-Artikolu 4(2)(a) ta’ din il-proposta).
( 123 ) Ninnota, barra minn hekk, li parti mir-reati msemmija fl-Anness II jaqgħu taħt oqsma ta’ kriminalità kklassifikata bħala “partikolarment gravi” mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(1) TFUE u elenkati fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawn huma b’mod partikolari t-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-traffikar illeċitu ta’ droga, it-traffiku illeċitu ta’ armi, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata. F’diversi minn dawn l-oqsma, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta, fuq il-bażi tal-Artikolu 83(1) TFUE, direttivi li jistabbilixxu “regoli minimi rigward id-definizzjoni tar-reati kriminali u tas-sanzjonijiet”, ara, b’mod partikolari, id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU 2011, L 101, p. 1), id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU 2011, L 335, p. 1), id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU 2013, L 218, p. 8), id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU 2019, L 123, p. 18), id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU 2017, L 198, p. 29), u d-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU 2018, L 284, p. 22).
( 124 ) Nirrileva, madankollu, li r-reati kollha msemmija fl-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-“[i]spjunaġġ industrijali”, jinsabu fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat‑13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 6, p. 34). Għalkemm ma humiex espliċitament ikklassifikati bħala serji, huma madankollu jagħtu lok, meta jilħqu l-istess livell ta’ piena li ċċaħħad il-libertà previst fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR, għall-konsenja abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, mingħajr stħarriġ tal-inkriminazzjoni doppja tal-fatt. Kważi t-totalità tal-imsemmija reati, bl-eċċezzjoni tas-“sabutaġġ”, tal-“ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru” u tal-“[i]spjunaġġ industrijali” tinsab ukoll fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Novembru 2018, dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU 2018, L 295, p. 138), li jelenka l-lista ta’ “forom ta’ kriminalità serja” li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ Eurojust.
( 125 ) Dawn huma, b’mod partikolari, il-punti 7, 8, 10 u 16.
( 126 ) Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-“frodi” (punt 7), tal-“korruzzjoni” (punt 6), taċ-“ċiberkriminalità” (punt 9) tal-“kriminalità ambjentali” (punt 10). Huwa fir-rigward, b’mod partikolari, tal-ksur frawdolenti li l-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Qorti Amministrattiva ta’ Wiesbaden) tistaqsi, fil-Kawża pendenti C‑215/20.
( 127 ) Barra minn hekk, din id-direttiva tippreċiża, fl-Artikolu 9 tagħha, it-tul minimu tal-piena massima ta’ priġunerija li għandhom ikunu suġġetti għalih l-imsemmija reati, livell li biss f’ċerti ċirkustanzi jilħaq tliet snin.
( 128 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Novembru 2008 (ĠU 2008, L 328, p. 28).
( 129 ) Direttiva tal-Kunsill tat‑28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 64).
( 130 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat‑28 ta’ Novembru 2002, dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 61).
( 131 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat‑22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 182, rettifika fil-ĠU 2019, L 255, p. 7).
( 132 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU 2008, L 300, p. 42).
( 133 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessi 7 u 22 tad-Direttiva PNR.
( 134 ) Ara l-premessa 35 tad-Direttiva PNR.
( 135 ) Ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑16 ta’ Diċembru 2008, Arcelor Atlantique u Lorraine et (C‑127/07, EU:C:2008:728, punti 61 u 62) kif ukoll tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Schaible (C‑101/12, EU:C:2013:661, punti 91 u 94).
( 136 ) Ara d-Dokument 9944, approvat mis-Segretarju Ġenerali tal-ICAO u ppubblikat taħt l-awtorità tiegħu. Il-verżjoni Ingliża ta’ dan id-dokument hija aċċessibbli fuq is-sit: https://www.icao.int/Security/FAL/ANNEX9/Documents/9944_cons_en.pdf. Skont il-punt 9.22 tal-Anness 9 (Faċilitazzjonijiet) mal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Chicago fis‑7 ta’ Diċembru 1944) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), l-Istati kontraenti ta’ din il-konvenzjoni li jeħtieġu d-data PNR huma meħtieġa jallinjaw il-bżonnijiet tagħhom fil-qasam tad-data u l-ipproċessar ta’ din id-data, fost l-oħrajn, fuq dawn il-linji gwida.
( 137 ) Fl-istess sens, ara l-Opinjoni 1/15, punt 160.
( 138 ) Ara l-punti 2.1.2, 2.1.5 tal-Linji gwida tal-ICAO.
( 139 ) L-unika riferiment għal-Linji gwida tal-ICAO fid-Direttiva PNR jinsab fil-premessa 17 tagħha u jikkonċerna biss il-“formati aċċettati tad-data għat-trasferimenti tad-data tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru lill-Istati Membri”.
( 140 ) Għalhekk, il-punt 2.1.5 tal-imsemmija linji gwida jsemmi “informazzjoni addizzjonali” jew “dwar servizzi mitluba”, li tista’ tirrigwarda “talbiet għal kura medika jew ikel speċjali, “minorenni li jivvjaġġaw waħedhom”, talbiet għal assistenza, eċċ.”. Il-punt 2.1.6 jippreċiża, min-naħa tiegħu, li l-“kamp ‘Kummenti ġenerali’” jista’ jinkludi wkoll “ċerta informazzjoni, bħall-korrispondenzi jew il-komunikazzjonijiet interni bejn il-persunal tal-kumpanniji tal-ajru u l-aġenti ta’ riżervazzjoni”.
( 141 ) Ara l-punti 2.1.5 u 2.1.6 tal-Linji gwida tal-ICAO.
( 142 ) Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Schwarz (C‑291/12, EU:C:2013:670, punt 32), dwar il-każ tal-applikant għal passaport obbligat li jissottometti ruħu għat-teħid tal-marki tas-swaba’ diġitali tiegħu sabiex ikun jista’ jkollu dokument li jippermettilu jivvjaġġa lejn pajjiż terz.
( 143 ) Ser nerġa’ nirreferi għal din il-kategorija ta’ data iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet.
( 144 ) Il-FRA esprimiet ruħha f’dan is-sens fl-Opinjoni 1/2011, p. 13. Fl-opinjoni tagħha tal‑25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva PNR, (https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/11-03-25_pnr_en.pdf, punt 47) (iktar ’il quddiem l-“opinjoni tal-EDPS tal‑25 ta’ Marzu 2011”), l-EPDS ippropona li tiġi eskluża t-taqsima “Kummenti ġenerali” mil-lista tal-Anness I.
( 145 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad‑19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et (C‑402/07 u C‑432/07, EU:C:2009:716, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata); tad‑19 ta’ Settembru 2013, Review Commission vs Strack (C‑579/12 RX‑II, EU:C:2013:570, punt 40); kif ukoll tal‑14 ta’ Mejju 2019, M et (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat) (C‑391/16, C‑77/17 u C‑78/17, EU:C:2019:403, punt 77 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 146 ) Ara b’mod partikolari l-premessi 5, 7, 11, 15, 16, 20, 22, 23, 25, 27, 28, 31, 36 u 37 tad-Direttiva PNR.
( 147 ) Ara s-sentenzi tas‑26 ta’ Ġunju 2007, Ordre des barreaux francophones et germanophone et (C‑305/05, EU:C:2007:383, punt 28), kif ukoll tal‑14 ta’ Mejju 2019, M et (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat) (C‑391/16, C‑77/17 u C‑78/17, EU:C:2019:403, punt 77).
( 148 ) Għal dak li jirrigwarda hawnhekk, il-premessa 9 tipprovdi li “[l]-użu tad-data tal-PNR flimkien mad-data tal-API huwa valur miżjud fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jivverifikaw l-identità ta’ individwu, u b’hekk isaħħu l-valur tal-infurzar tal-liġi ta’ dak ir-riżultat u jnaqqsu r-riskju li jwettqu kontrolli u investigazzjonijiet fuq persuni innoċenti”.
( 149 ) F’dan is-sens, ara, ukoll, il-Proposta għal Direttiva PNR, p. 7, punt 1. Din l-istess data hija inkluża fil-Linji Gwida Dwar l-Informazzjoni Minn Qabel Dwar il-Passiġġieri (API) redatti mill Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) u l-ICAO, http://www.wcoomd.org/~/media/wco/public/fr/pdf/topics/facilitation /instruments-and-tools/tools/api-guidelines-and-pnr-doc/api-guidelines-_f.pdf?db=web) ((iktar ’il quddiem il-“Linji gwida API”), punt 8.1.5(a)), bħala “elementi prinċipali ta’ data li jistgħu jidhru fiż-żona li tista’ tinqara mill-magna tad-dokumenti tal-ivvjaġġar uffiċjali”.
( 150 ) L-Artikolu 3(2) jipprovdi kif ġej: “L-informazzjoni msemmija fuq għandha tinkludi: n-numru u t-tip ta’ document ta’ vvjaġġar użat, ċittadinanza, ismijiet sħaħ, id-data tat-twelid, il-punt ta’ qsim fuq il-fruntiera bħala dħul fit-territorju ta’ l-Istati Membri, il-kodiċi tat-trasport, il-ħin tat-tluq u tal-wasla tat-trasport, in-numru totali ta’ passiġġieri ttrasportati, il-punt inizjali ta’ imbark”. Nenfasizza li fil-Programm ta’ ħidma tagħha għall‑2022, COM(2021) 645 final, p. 9, il-Kummissjoni kkunsidrat aġġornament tad-Direttiva API. F’Settembru 2020, hija ppubblikat evalwazzjoni ta’ din id-direttiva li tikkostitwixxi l-bażi għar-reviżjoni futura tagħha, SWD(2020), 174 final (iktar ’il quddiem id-“dokument tax-xogħol tal‑2020 dwar id-Direttiva API”). Fl-imsemmi dokument, il-Kummissjoni tenfasizza b’mod partikolari l-fatt li l-lista ta’ data li tinsab fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva API ma hijiex konformi mal-istandards internazzjonali dwar id-data API, b’mod partikolari sa fejn din ma tinkludix id-data kollha li tinsab fil-parti li tista’ tinqara mill-magna tad-dokumenti tal-identità (ara, b’mod partikolari, p. 48).
( 151 ) Ara l-Linji gwida API, punti 8.1.5(b) u (c).
( 152 ) Interpretazzjoni analoga tat-taqsima korrispondenti tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE tinsab fil-punt 161 tal-Opinjoni 1/15.
( 153 ) Nirrileva li attwalment il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita b’sensiela ta’ domandi preliminari li jirrigwardaw speċifikament in-natura suffiċjentement preċiża ta’ diversi punti tal-Anness I, u b’mod partikolari tal-punti 4, 8, 12, 18 (ara l-Kawża pendenti C‑215/20).
( 154 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 158.
( 155 ) Nirrileva li l-informazzjoni dwar l-aġenzija jew l-aġent tal-ivvjaġġar hija diġà msemmija fil-punt 5 tal-Anness I.
( 156 ) Ara d-definizzjoni ta’ data PNR fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva PNR.
( 157 ) F’dan is-sens, ara, ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fl-Opinjoni 1/15, ((Ftehim PNR UE‑Kanada), EU:C:2016:656), punt 218.
( 158 ) Ara t-taqsima korrispondenti tal-Appendiċi I għal-Linji gwida tal-ICAO.
( 159 ) Ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza Digital Rights, punt 57. Fir-rigward tar-rekwiżit li l-kategoriji ta’ data koperti minn miżura ta’ aċċess ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-għan imfittex, ara, fl-aħħar lok, is-sentenza Prokuratuur, punt 38. Il-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data huwa inter alia previst fl-Artikolu 5(1)(c) tar-RĠPD u fl-Artikolu 4(1)(c) tad-Direttiva tal-Pulizija.
( 160 ) Ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 18 ta’ April 2013, M.K. vs Franza (CE:ECHR:2013:0418JUD001952209, punt 35).
( 161 ) Ara r-rapport ta’ spjega tal-Konvenzjoni 108 tal‑1981, (https://rm.coe.int/16800ca471), punt 40 tal-Artikolu 5, kif ukoll ir-rapport ta’ spjega dwar il-Konvenzjoni 108 mmodernizzata, punt 51 tal-Artikolu 5.
( 162 ) Ara l-punti 154 sa 158 u 162 sa 164 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 163 ) Ara l-punti 133 sa 153 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 164 ) Id-dritt tat-tfal għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom huwa stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ New York dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fl‑20 ta’ Novembru 1989 u li daħlet fis-seħħ fit‑2 ta’ Settembru 1990.
( 165 ) Ara l-punt 2.7.3 tal-Linji gwida tal-ICAO.
( 166 ) Ara l-punt 2.7.4 tal-Linji gwida tal-ICAO.
( 167 ) Ir-rekwiżit li jiġu ggarantiti s-sigurtà u l-affidabbiltà tat-trasferiment tad-data lill-PIU huwa barra minn hekk imfakkar fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva PNR dwar il-mezzi elettroniċi użati għal dan it-trasferiment u kien wieħed mill-kriterji li l-Kummissjoni kkonformat magħhom għall-finijiet tal-adozzjoni, meħtieġa fl-Artikolu 16(3), tal-protokolli komuni u tal-formati ta’ data li għandhom jintużaw mit-trasportaturi tal-ajru waqt l-imsemmi trasferiment, ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/759 tat‑28 ta’ April 2017 dwar protokolli komuni u formati tad-data biex jintużaw minn trasportaturi tal-ajru meta tiġi trasferita data tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri (ĠU 2017, L 113, p. 48).
( 168 ) Ara l-premessa 37 tad-Direttiva PNR.
( 169 ) Il-kategoriji ta’ data personali elenkati fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva PNR huma kollha inklużi f’dawk li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “kategoriji speċjali ta’ data personali” msemmi fl-Artikolu 9(1) tar-RĠPD.
( 170 ) F’dan ir-rigward, fil-fehma tiegħi, huma irrilevanti l-allegazzjonijiet magħmula minn diversi Stati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet dwar it-tieni domanda preliminari, ibbażati fuq l-eżistenza ta’ mezzi tekniċi li jippermettu li titħassar faċilment id-data sensittiva trażmessa mit-trasportaturi tal-ajru.
( 171 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fl-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE‑Kanada), EU:C:2016:656.
( 172 ) Nirrileva li anki l-Linji gwida tal-ICAO, filwaqt li ma jeskludux li d-data sensittiva li tista’ tiġi estratta mit-taqsimiet “test liberu” tista’ tkun utli għall-evalwazzjoni tar-riskju li passiġġier jista’ jirrappreżenta, jirrakkomandaw madankollu lill-Istati kontraenti jiżguraw li din id-data tittieħed inkunsiderazzjoni biss jekk ikunu jeżistu indikazzjonijiet konkreti li jitolbu l-użu tagħha għall-finijiet segwiti mis-sistemi PNR tagħhom.
( 173 ) Infakkar li tali esklużjoni kienet diġà ġiet issuġġerita mill-EDPS fl-opinjoni tiegħu tal‑25 ta’ Marzu 2011, punt 47.
( 174 ) Din hija data li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet magħmula minn utent ta’ mezz ta’ komunikazzjoni elettronika jew dwar il-lokalizzazzjoni tat-tagħmir terminali li huwa juża.
( 175 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi La Quadrature du Net, punti 141 sa 145, u Tele2 Sverige, punti 105 u 106, mogħtija fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11, kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kif ukoll is-sentenza Digital Rights, punti 57 u 58, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat l-invalidità tad-Direttiva 2006/24.
( 176 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 177.
( 177 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punti 134 sa 139 u 177. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-responsabbiltà li għandhom l-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali “tikkorrispondi mal-interess primordjali ta’ protezzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tal-Istat u tal-interessi fundamentali tas-soċjetà u tinkludi l-prevenzjoni u r-ripressjoni ta’ attivitajiet li jistgħu jiddestabilizzaw b’mod serju l-istrutturi kostituzzjonali, politiċi, ekonomiċi jew soċjali fundamentali ta’ pajjiż, u b’mod partikolari li jheddu direttament is-soċjetà, il-popolazzjoni jew l‑Istat bħala tali, bħal b’mod partikolari attivitajiet terroristiċi”; ara s-sentenzi La Quadrature du Net, punt 135, u Privacy International, punt 74
( 178 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punti 138 u 178.
( 179 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Quadrature du Net, punti 141 sa 145.
( 180 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punti 115 u 116; ara, ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sanchéz‑Bordona fil-kawżi magħquda SpaceNet u Telekom Deutschland (C‑793/19 u C‑794/19, EU:C:2021:939, punti 74 u 75).
( 181 ) Ara s-sentenza Tele2 Sverige, punt 119.
( 182 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige, punti 103 sa 107 u 119, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.
( 183 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punti 186 u 187.
( 184 ) Fis-sentenzi Digital Rights (punt 59) u Tele2 Sverige (punt 111), bħal fil-ġurisprudenza sussegwenti, (ara, b’mod partikolari, is-sentenza La Quadrature du Net, punti 143 sa 150), huwa preċiżament il-fatt li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma kinitx tibbaża ruħha fuq “elementi oġġettivi” tat-tip bħal dawk imsemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 187 tal-Opinjoni 1/15, li jippermettu li jittieħed inkunsiderazzjoni pubbliku li d-data tiegħu setgħet tiżvela rabta, għall-inqas indiretta, ma’ atti ta’ kriminalità serja, li jirrendi din il-leġiżlazzjoni mhux proporzjonata.
( 185 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net (punt 117 u l-ġurisprudenza ċċitata); ara wkoll is-sentenza Prokuratur ( punt 36).
( 186 ) Sentenza La Quadrature du Net, punt 142.
( 187 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punti 128 u 150.
( 188 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 150.
( 189 ) Fuq id-diffikultà ta’ tali evalwazzjoni fir-rigward tal-metadata, ara s-sentenza Prokuratuur, punt 40.
( 190 ) Il-leġiżlatur Ġermaniż għamel sforz f’dan is-sens fil-leġiżlazzjoni li hija s-suġġett tal-Kawżi magħquda C‑793/19 u C‑794/19, SpaceNet u Telekom Deutschland,, li fihom l-Avukat Ġenerali Campos Sánchez‑Bordona ppreżenta l-konklużjonijiet tiegħu (EU:C:2021:939, punti 60 u 61).
( 191 ) F’dan ir-rigward, nirreferi għall-punt 93 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 192 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punt 118 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 193 ) Ara s-sentenza Tele2 Sverige, punt 93.
( 194 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fl-Opinjoni 1/15 ((Ftehim PNR UE‑Kanada), EU:C:2016:656).
( 195 ) Ara, b’mod partikolari, il-Qorti EDB, 4 ta’ Diċembru 2015, Roman Zakharov vs Ir‑Russja, (CE:ECHR:2015:1204JUD004714306, punt 260).
( 196 ) Ara s-sentenzi La Quadrature du Net, (punti 146 sa 151), u Tele2 Sverige (punt 119).
( 197 ) F’dan is-sens, fir-rigward tal-miżuri ta’ interċettazzjoni tal-massa, ara s-sentenza Big Brother Watch, punt 348.
( 198 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2019, Arcelor Atlantique u Lorraine et (C‑70/18, EU:C:2019:823, punt 61).
( 199 ) Ara, reċentement, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM(2020) 605 final, p. 28), kif ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Aġenda kontra t-terroriżmu għall-UE: antiċipazzjoni, prevenzjoni, protezzjoni, rispons, (COM(2020) 795 final, p. 15 et seq.).
( 200 ) Riżoluzzjoni tal‑21 ta’ Diċembru 2017 (iktar ’il quddiem ir-“Riżoluzzjoni 2396 (2017”)), https://undocs.org/en/S/RES/2396 (2017).
( 201 ) Ara r-Riżoluzzjoni 2396(2017), punt 12; f’dan l-istess punt 12, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti “iħeġġeġ lill-ICAO taħdem mal-Istati Membri tagħha sabiex tistabbilixxi standard għall-ġbir, għall-użu, għall-ipproċessar u għall-protezzjoni tad-data PNR”. Wara tali stedina, fit‑23 ta’ Ġunju 2020, l-ICAO adottat l-emenda Nru 28 tal-Anness 9 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li, kif diġà ġie indikat, tistabbilixxi standards internazzjonali fil-qasam tal-faċilitazzjoni u li s-Sezzjoni D tal-Kapitolu 9 tagħha tirrigwarda speċifikament il-PNR. Fit‑12 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni adottat proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan [l-ICAO] fir-rigward ta’ din l-emenda, (COM(2021) 16 finali).
( 202 ) Riżoluzzjoni tad‑19 ta’ Lulju 2019, (punt 15(c)) https://undocs.org/en/S/RES/2482(2019).
( 203 ) Attwalment jeżistu żewġ ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni rispettivament mal-Awstralja, (Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta [PNR] minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (ĠU 2012, L 186, p. 4)) u mal-Istati Uniti tal-Amerika (Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment [tad-data PNR] lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (ĠU 2012, L 215, p. 5)). Hemm għaddejja evalwazzjoni konġunta ta’ dawn iż-żewġ ftehimiet, fid-dawl tal-konklużjoni ta’ ftehimiet ġodda. Fit‑18 ta’ Frar 2020, il-Kunsill barra minn hekk awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Ġappun.
( 204 ) Ara r-Riżoluzzjoni 2396(2017), p. 4.
( 205 ) Inklużi l-persuni li għandhom id-dritt għall-moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, ara r-Regolament (UE) 2017/458 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar it-tisħiħ tal-verifiki fuq il-fruntieri esterni ma’ bażijiet ta’ data rilevanti (ĠU 2017, L 74, p. 7).
( 206 ) F’dan is-sens, ara, ukoll, l-Opinjoni 1/15, punt 187. Ara, ukoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ dejta tar-Reġistru [PNR] lil pajjiżi terzi (COM(2010) 492 finali, p. 6, punt 2.2).
( 207 ) Dan huwa, b’xi mod, dak li timplika l-Kummissjoni fil-proposta tagħha għad-Direttiva PNR, p. 3.
( 208 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Prokuratuur, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 209 ) Ara l-Artikolu 4(2)(a) tal-Proposta għal Direttiva PNR.
( 210 ) Għalkemm fil-verżjoni Franċiża tiegħu, l-Artikolu 6(3)(a) isemmi “bases de données utiles” (databases utli), fil-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, din id-dispożizzjoni tkopri pjuttost “databases rilevanti”: ara, b’mod partikolari, il-verżjoni Spanjola (“pertinentes”), Ġermaniża (“massgeblich”), Ingliża (“relevant”), Taljana (“pertinenti”), Olandiża (“relevant”), u dik Portugiża (“relevantes”).
( 211 ) Kif redatt, l-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR jidher li jippermetti analiżi fil-forma ta’ esplorazzjoni ta’ data permezz ta’ tqabbil ma’ data varjata ħafna, sakemm din l-esplorazzjoni tkun iffinalizzata sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti minn din id-direttiva. Fuq ir-riskji marbuta mad-“data Mining” fil-qasam tad-data PNR, ara r-rapport Korff, p. 77. L-EDPS enfasizza b’saħħa n-nuqqas ta’ preċiżjoni u ta’ prevedibbiltà tal-identifikazzjoni tad-databases li d-data PNR tista’ tiġi pparagunata magħhom fl-opinjoni tiegħu tal‑25 ta’ Marzu 2011, punt 18.
( 212 ) In-natura vaga u miftuħa tal-formulazzjoni tal-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR hija riflessa fi traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali varjata ħafna, li testendi minn interpretazzjoni stretta tal-kunċett ta’ “databases rilevanti”, li tillimita l-analiżi prevista għas-sempliċi pparagunar mad-databases espliċitament imsemmija f’din id-dispożizzjoni (dan huwa l-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja) għal interpretazzjoni iktar wiesgħa li tkopri kull database disponibbli jew aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-missjoni tagħhom (f’dan is-sens huwa redatt b’mod partikolari l-Artikolu 24(1)(1) tal-Liġi PNR.
( 213 ) F’ebda każ, fil-fehma tiegħi, Stat Membru ma għandu jqis lilu nnifsu obbligat, abbażi tal-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva PNR, jawtorizza lill-PIU tiegħu tipparaguna sistematikament id-data PNR ma’ “databases rilevanti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, amministrati mis-servizzi tal-intelliġenza tiegħu.
( 214 ) Il-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Pulizija jiddefinixxi t-“tfassil tal-profil” bħala “kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali li jikkonsisti fl-użu ta’ data personali biex jiġu evalwati ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika, b’mod partikolari biex jiġu analizzati jew imbassra aspetti rigward il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-interessi, l-affidabbiltà, l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti ta’ dik il-persuna fiżika”. L-istess definizzjoni tinsab fil-punt 4 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD u fil-punt 1(c) tal-anness mar-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2021)8 tat‑3 ta’ Novembru 2021 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-persuni fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali fil-kuntest tat-tfassil tal-profil, https://search.coe.int/cm/pages/result_details.aspx?ObjectId=0900001680a46148, (iktar ’il quddiem ir-“Rakkomandazzjoni tal‑2021 dwar it-tfassil tal-profil”).
( 215 ) Il-punt 1(j)(i) tar-Rakkomandazzjoni tal‑2021 dwar it-tfassil tal-profil jiddefinixxi bħala “operazzjonijiet ta’ tfassil tal-profil b’riskju għoli” it-“tfassil tal-profil li l-funzjonament tiegħu jwassal għal effetti legali jew li għandhom impatt sinjifikattiv fuq il-persuna kkonċernata jew fuq il-grupp ta’ persuni identifikat mill-opperazzjoni ta’ tfassil tal-profil”.
( 216 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 272.
( 217 ) Skont il-punt 1.1(d) tal-anness tar-Rakkomandazzjoni tal‑2021 dwar it-tfassil tal-profil, il-kelma “profil” tindika “sett ta’ data attribwit lil persuna, li jikkaratterizza kategorija ta’ persuni jew li huwa intiż li jiġi applikat fir-rigward ta’ persuna”. Kif jispjega r-Rapport dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni (2010)13 dwar it-tfassil tal-profil (https://rm.coe.int/t-pd-2019-07fin-fr-rapport-profilage-2770-2878-8993-1-final-clean-2755/1680a0925b, p. 21), li ppreċeda l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal‑2021 dwar it-tfassil tal-profil, il-kunċett ta’ “profil” iżomm it-tifsira sħiħa tiegħu f’sistemi li, bħad-Direttiva PNR, jiddistingwu l-operazzjonijiet ta’ ħolqien ta’ profili (ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(2)(b) ta’ din id-direttiva) minn dawk li japplikawh u jippermetti “trasparenza tal-kriterji li huma sussegwentement applikati mill-operazzjoni tat-tfassil tal-profil”.
( 218 ) Ara l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR kif ukoll l-Opinjoni 1/15, punt 172.
( 219 ) Ara l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva PNR.
( 220 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 172.
( 221 ) Ara l-premessa 7 tad-Direttiva PNR.
( 222 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 174.
( 223 ) L-istess rekwiżit jinsab fil-punt 174 tal-Opinjoni 1/15.
( 224 ) Nirrileva li r-raġunijiet kollha ta’ diskriminazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 21 tal-Karta huma riprodotti fil-premessa 20 tad-Direttiva PNR. Il-FRA, fl-Opinjoni 1/2011 tagħha, p. 8, kienet ipproponiet allinjament mal-lista tar-raġunijiet ta’ diskriminazzjoni pprojbiti msemmija fl-Artikolu 21.
( 225 ) Skont il-punt 1.1(g) tal-anness mar-Rakkomandazzjoni tal‑2021 dwar it-tfassil tal-profil, l-espressjoni “machine learning” tirreferi għal “ipproċessar li juża metodi partikolari ta’ intelliġenza artifiċjali bbażat fuq approċċi statistiċi sabiex tingħata lill-kompjuters il-kapaċità li ‘jitgħallmu’ minn data, jiġifieri li jtejbu l-prestazzjonijiet tagħhom li jsolvu kompiti mingħajr ma jkunu espliċitament ipprogrammati għal kull wieħed minnhom”.
( 226 ) Fir-rigward tal-effetti tal-opaċità tas-sistemi algoritmiċi fuq il-possibbiltà ta’ kontroll mill-bniedem intiż li jiġu evitati l-effetti dannużi ta’ dawn is-sistemi u l-impatti negattivi tagħhom fuq id-drittijiet tal-bnedmin, ara Rakkomandazzjoni CM/Rec(2020)1 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar l-impatti tas-sistemi algoritmiċi fuq id-drittijiet tal-bniedem.
( 227 ) Din id-definizzjoni tinsab fil-premessa 25 tad-Direttiva PNR.
( 228 ) Id-dikjarazzjoni li tinsab fil-premessa 37 tad-Direttiva PNR, li tipprevedi “ż-żamma tad-data tal-PNR fil-PIUs għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin li warajh din id-data għandha titħassar” (korsiv miżjud minni), ma tippermettix, fl-opinjoni tiegħi, li tiġi kkontestata l-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 12(1) ta’ din id-direttiva.
( 229 ) Ara, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għal finijiet ta’ skoperta, prevenzjoni, prosekuzzjoni u investigazzjoni fil-qasam ta’ reati kriminali, id-Direttiva tal-Pulizija, l-Artikolu 4(e) u l-premessa 26. Ara, b’mod iktar ġenerali, l-Artikolu 5(1)(e) tar-RĠPD u l-Artikolu 5(4)(e) tal-Konvenzjoni 108 mmodernizzata.
( 230 ) Ara, is-sentenzi Schrems I (punt 93), Tele2 Sverige (punt 110); l-Opinjoni 1/15 (punt 191), kif ukoll is-sentenza La Quadrature du Net (punt 133).
( 231 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 197.
( 232 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 205.
( 233 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 207.
( 234 ) Din hija applikazzjoni b’analoġija tal-punti 187 et seq. tal-Opinjoni 1/15, peress li din tal-aħħar kienet tirrigwarda biss l-ipoteżi tad-data PNR miġbura mad-dħul fit-territorju tal-Kanada.
( 235 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 209.
( 236 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 205.
( 237 ) L-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE kien jipprevedi ħabi tal-ismijiet tal-passiġġieri kollha tletin jum wara li l-Kanada tirċevihom u ħabi ta’ informazzjoni oħra espressament elenkata sentejn wara din ir-riċezzjoni; ara l-Artikolu 16(3) tal-Abbozz ta’ Ftehim PNR Kanada‑UE eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-punt 30 tal-Opinjoni 1/15.
( 238 ) Ara l-Opinjoni tad‑19 ta’ Awwissu 2016, p. 9.
( 239 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza La Quadrature du Net, punti 148 u 149.
( 240 ) L-istess japplika għat-talbiet għall-komunikazzjoni tad-data PNR imressqa mill-PIU ta’ Stati Membri oħra skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva PNR.
( 241 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 192 u l-ġurisprudenza ċċitata. Iktar reċentement, ara s-sentenzi Privacy International, punt 77 u, b’analoġija, Prokuratuur, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 242 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 200.
( 243 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 200.
( 244 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 201.
( 245 ) Ara l-Opinjoni 1/15, punt 202.
( 246 ) Ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15, punt 201.
( 247 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 4, l-Artikolu 7(1) u (2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva PNR; ara, b’mod partikolari, il-premessi 6, 9, 10, 11, 15, 23, 25, 35 u 38 ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, infakkar li l-Proposta għal Direttiva PNR kienet tispeċifika, fil-premessa 28 tagħha li, “[d]in id-Direttiva ma taffetwax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu, taħt il-liġi domestika tagħhom, għal sistema ta’ ġbir u ġestjoni ta’ dejta tal-PNR għal skopijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati f’din id-Direttiva […]”. Issa, din il-preċiżazzjoni ma ġietx inkluża fit-test finali tad-Direttiva PNR.
( 248 ) Din il-possibbiltà hija madankollu aċċettata fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva PNR, li jipprovdi li “[i]l-membri tal-persunal ta’ PIU jistgħu jiġu sekondati minn awtoritajiet kompetenti”, tal-inqas sa fejn is-servizzi tal-intelliġenza u tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jiġu kklassifikati bħala “awtoritajiet kompetenti” fis-sens tal-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva.
( 249 ) Fir-rigward tad-dubji espressi mill-Gvern Belġjan dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għas-seba’ domanda preliminari, għandu jiġi nnotat li, skont it-termini ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva PNR u mhux dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma’ din id-dispożizzjoni. Fi kwalunkwe każ, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi indikazzjonijiet lill-qrati nazzjonali, li jippermettulhom jevalwaw din il-kompatibbiltà (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2016, ANODE, C‑121/15, EU: C:2016:637, punt 54 u ġurisprudenza ċċitata).
( 250 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2019, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-qrati tad-dritt komuni) (C‑192/18, ECLI:EU:C:2019:924, punti 108 sa 110).
( 251 ) Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 9(2) tal-Proposta għal Direttiva PNR kienet tipprovdi li “[a]ċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri”.
( 252 ) Sentenza Prokuratuur, punti 52 u 53.
( 253 ) Sentenza Prokuratuur, punti 53 u 54. Fl-istess sens, ara s-sentenza Big Brother Watch punti 349 sa 352.
( 254 ) Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 9(2) tal-Proposta għal Direttiva PNR kienet tipprovdi li “[a]ċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri […]”.
( 255 ) Liġi PNR, Artikolu 29(1) u (2).
( 256 ) Ara l-premessa 10 tad-Direttiva PNR.
( 257 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2016, L 77, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 245, p. 32).
( 258 ) L-Artikolu 23(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprovdi li l-eżerċizzju tas-setgħat tal-pulizija ma jistax jitqies bħala ekwivalenti għall-eżerċizzju tal-verifiki fil-fruntieri meta l-miżuri tal-pulizija “(i) ma jkollhomx bħala objettiv il-kontrolli fuq il-fruntiera; (ii) ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali ta’ pulizija dwar theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u jkunu mmirati, b’mod partikolari, biex jiġġieldu l-kriminalità transkonfini; (iii) huma maħsuba u mwettqa b’mod li huwa differenti b’mod ċar minn verifiki sistematiċi fuq persuni fil-fruntieri esterni; (iv) huma mwettqa abbażi ta’ verifiki saltwarji”.
( 259 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑13 ta’ Diċembru 2018, Touring Tours und Travel u Sociedad de transportes (C‑412/17 u C‑474/17, EU:C:2018:1005, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll id-digriet tal‑4 ta’ Ġunju 2020, FU (C‑554/19, mhux ippubblikat, EU:C:2020:439, punti 49 sa 56).
( 260 ) F’dan ir-rigward, nirrileva li, fil-punt 188 tal-Opinjoni 1/15, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li “l-identifikazzjoni, permezz tad-data PNR, tal-passiġġieri li jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà pubblika tifforma parti mill-kontrolli fil-fruntieri”.
( 261 ) Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Diċembru 2018, Touring Tours und Travel u Sociedad de transportes (C‑412/17 u C‑474/17, EU:C:2018:1005, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata)
( 262 ) Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, id-digriet tal‑4 ta’ Ġunju 2020, FU (C‑554/19, mhux ippubblikat, EU:C:2020:439, punt 46).
( 263 ) Fid-dokument tax-xogħol tagħha tal‑2020 dwar id-Direttiva API (p. 20), il-Kummissjoni tenfasizza wkoll in-natura problematika ta’ sovrapożizzjoni tas-sistemi ta’ pproċessar tad-data PNR u API fuq il-livell nazzjonali.
( 264 ) C‑411/17, EU:C:2019:622, punti 175, 176, 179 u 181.
( 265 ) Ara s-sentenza La Quadrature du Net, punti 217 sa 219.