Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0837

    Kawża C-837/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Super Bock Bebidas SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikolu 17(6) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 168 u 176 – Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis – Akkwist ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni, ta’ ikel, ta’ xorb, ta’ kiri ta’ karozzi, ta’ karburant u ta’ pedaġġ – Klawżola ta’ standstill – Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea)

    ĠU C 414, 30.11.2020, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/18


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Super Bock Bebidas SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-837/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 17(6) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168 u 176 - Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis - Akkwist ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni, ta’ ikel, ta’ xorb, ta’ kiri ta’ karozzi, ta’ karburant u ta’ pedaġġ - Klawżola ta’ standstill - Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea)

    (2020/C 414/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Super Bock Bebidas SA

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Dispożittiv

    L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima kif ukoll l-Artikolu 168(a), u l-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li daħlet fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea, li skontha l-esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-ispejjeż marbuta, b’mod partikolari, mal-akkomodazzjoni, l-ikel, ix-xorb, il-kiri ta’ krozzi, il-karburant u l-pedaġġ, japplikaw ukoll fil-każ li jiġi stabbilit li dawn l-ispejjeż ġew esposti għall-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi użati għall-ħtiġijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati.


    (1)  ĠU C 54, 17.2.2020


    Top