EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0935

Kawża C-935/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 273 – Sovravalutazzjoni, fid-dikjarazzjoni fiskali, tal-ammont tar-rimbors tal-VAT – Żball ta’ evalwazzjoni tal-persuna taxxabbli fir-rigward tan-natura taxxabbli tat-tranżazzjoni – Rettifika tad-dikjarazzjoni fiskali wara kontroll – Sanzjoni ta’ ammont ugwali għal 20 % tal-ammont tas-sovravalutazzjoni tal-ammont tar-rimbors tal-VAT – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

ĠU C 217, 7.6.2021, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-935/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Sovravalutazzjoni, fid-dikjarazzjoni fiskali, tal-ammont tar-rimbors tal-VAT - Żball ta’ evalwazzjoni tal-persuna taxxabbli fir-rigward tan-natura taxxabbli tat-tranżazzjoni - Rettifika tad-dikjarazzjoni fiskali wara kontroll - Sanzjoni ta’ ammont ugwali għal 20 % tal-ammont tas-sovravalutazzjoni tal-ammont tar-rimbors tal-VAT - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2021/C 217/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Grupa Warzywna Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Dispożittiv

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq persuna taxxabbli, li kklassifikat b’mod żbaljat tranżazzjoni eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) bħala tranżazzjoni suġġetta għal din it-taxxa, sanzjoni ugwali għal 20 % tal-ammont ta’ sovravalutazzjoni tal-ammont tar-rimbors tal-VAT mitlub indebitament, sa fejn din is-sanzjoni tapplika mingħajr distinzjoni kemm għal każ fejn l-irregolarità tirriżulta minn żball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-partijiet għat-tranżazzjoni fir-rigward tan-natura taxxabbli ta’ din tal-aħħar, li hija kkaratterizzata minn assenza ta’ indizju ta’ frodi u ta’ telf ta’ dħul mit-Teżor pubbliku, u f’sitwazzjoni li fiha tali ċirkustanzi partikolari huma neqsin.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


Top