Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0748

Kawża magħquda C-748/19 sa C-754/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – proċeduri kriminali kontra WB (C-748/19), XA, YZ (C-749/19), DT (C-750/19), ZY (C-751/19), AX (C-752/19), BV (C-753/19), CU (C-754/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Stat tad-dritt – Indipendenza ġudizzjarja – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-Ministru għall-Ġustizzja li jikkolloka mħallfin fi ħdan qrati ta’ grad superjuri u li jirrevoka dawn il-kollokamenti – Kulleġġi ġudikanti f’kawżi kriminali li jinkludu mħallfin ikkollokati mill-Ministru għall-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2016/343 – Preżunzjoni ta’ innoċenza)

ĠU C 24, 17.1.2022, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – proċeduri kriminali kontra WB (C-748/19), XA, YZ (C-749/19), DT (C-750/19), ZY (C-751/19), AX (C-752/19), BV (C-753/19), CU (C-754/19)

(Kawża magħquda C-748/19 sa C-754/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Stat tad-dritt - Indipendenza ġudizzjarja - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-Ministru għall-Ġustizzja li jikkolloka mħallfin fi ħdan qrati ta’ grad superjuri u li jirrevoka dawn il-kollokamenti - Kulleġġi ġudikanti f’kawżi kriminali li jinkludu mħallfin ikkollokati mill-Ministru għall-Ġustizzja - Direttiva (UE) 2016/343 - Preżunzjoni ta’ innoċenza)

(2022/C 24/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

WB (C-748/19), XA, YZ (C-749/19), DT (C-750/19), ZY (C-751/19), AX (C-752/19), BV (C-753/19), CU (C-754/19)

fil-preżenza ta’: Prokuratura Krajowa, li qabel kienet Prokuratura Rejonowa w Mińsku Mazowieckim (C-748/19), Prokuratura Rejonowa Warszawa-Żoliborz w Warszawie (C-749/19), Prokuratura Rejonowa Warszawa-Wola w Warszawie (C-750/19, C-753/19 u C-754/19), Prokuratura Rejonowa w Pruszkowie (C-751/19), Prokuratura Rejonowa Warszawa-Ursynów w Warszawie (C-752/19), kif ukoll Pictura sp. z o.o. (C-754/19)

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 2 TUE, kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li l-Ministru għall-Ġustizzja ta’ Stat Membru jkun jista’, abbażi ta’ kriterji li ma humiex pubbliċi, minn naħa, jikkolloka mħallef fi ħdan qorti kriminali ta’ grad superjuri għal żmien determinat jew indeterminat u, min-naħa l-oħra, f’kull mument u permezz ta’ deċiżjoni li ma tkunx motivata, jirrevoka dan il-kollokament indipendentement minn jekk l-imsemmi kollokament ikunx għal żmien determinat jew indeterminat.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


Top