This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0736
Case C-736/19: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 15 April 2021 (request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts) — Latvia) — ZS ‘Plaukti’ (Reference for a preliminary ruling — Agriculture — European agricultural fund for rural development (EAFRD) — Regulation (EC) No 1698/2005 — Regulation (EU) No 65/2011 — Third subparagraph of Article 16(5) — Regulation (EC) No 73/2009 — Articles 4 and 6 — Regulation (EC) No 1122/2009 — Support for rural development — Agri-environmental payments — Aid for the maintenance of grassland biodiversity — Non-compliance with the conditions for granting those payments — Early mowing — Reduction and exclusion of those payments — Mandatory standards — Statutory management requirements — Minimum requirements for good agricultural and environmental conditions — Commitments that exceed mandatory standards, minimum requirements and other appropriate mandatory requirements established by national legislation)
Kawża C-736/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – Il-Latvja) – ZS “Plaukti” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (UE) Nru 65/2011 – It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Artikoli 4 u 6 – Regolament (KE) Nru 1122/2009 – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Pagamenti agroambjentali – Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti – Ħsad qabel iż-żmien – Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti – Standards obbligatorji – Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija – Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin – Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali)

ĠU C 217, 7.6.2021, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – Il-Latvja) – ZS “Plaukti”
(Kawża C-736/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (UE) Nru 65/2011 - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikoli 4 u 6 - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Pagamenti agroambjentali - Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti - Ħsad qabel iż-żmien - Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti - Standards obbligatorji - Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija - Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin - Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali)
(2021/C 217/13)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ZS “Plaukti”
fil-preżenza ta’: Lauku atbalsta dienests
Dispożittiv
1) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat. |
2) |
L-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali. |