This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0608
Case C-608/19: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 28 October 2020 (request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato — Italy) — Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) v Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C. (Reference for a preliminary ruling — State aid — Regulation (EU) No 1407/2013 — Article 3 — De minimis aid — Article 6 — Monitoring — Undertakings exceeding the de minimis ceiling because of cumulation with aid obtained previously — Option of choosing between reduction and forgoing previous aid so as to comply with the de minimis ceiling)
Kawża C-608/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) vs Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Regolament (UE) Nru 1407/2013 – Artikolu 3 – Għajnuna de minimis – Artikolu 6 – Stħarriġ – Impriżi li jaqbżu l-limitu de minimis minħabba l-akkumulazzjoni ma’ għajnuna miksuba preċedentement – Possibbiltà ta’ għażla bejn it-tnaqqis jew iċ-ċessjoni ta’ għajnuna preċedenti sabiex jiġi osservat il-limitu de minimis)
Kawża C-608/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) vs Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Regolament (UE) Nru 1407/2013 – Artikolu 3 – Għajnuna de minimis – Artikolu 6 – Stħarriġ – Impriżi li jaqbżu l-limitu de minimis minħabba l-akkumulazzjoni ma’ għajnuna miksuba preċedentement – Possibbiltà ta’ għażla bejn it-tnaqqis jew iċ-ċessjoni ta’ għajnuna preċedenti sabiex jiġi osservat il-limitu de minimis)
ĠU C 433, 14.12.2020, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) vs Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C.
(Kawża C-608/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Regolament (UE) Nru 1407/2013 - Artikolu 3 - Għajnuna de minimis - Artikolu 6 - Stħarriġ - Impriżi li jaqbżu l-limitu de minimis minħabba l-akkumulazzjoni ma’ għajnuna miksuba preċedentement - Possibbiltà ta’ għażla bejn it-tnaqqis jew iċ-ċessjoni ta’ għajnuna preċedenti sabiex jiġi osservat il-limitu de minimis)
(2020/C 433/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL)
Konvenuta: Zennaro Giuseppe Legnami Sas di Zennaro Mauro & C
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis, għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, li l-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha għandu l-intenzjoni li jagħtiha għajnuna de minimis li, minħabba l-eżistenza ta’ għajnuna preċedenti, twassal l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija lil din l-impriża lil hinn mil-limitu ta’ EUR 200 000 fuq perijodu ta’ tliet snin fiskali previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1407/2013, tista’ tagħżel, sal-għoti ta’ din l-għajnuna, it-tnaqqis tal-finanzjament meħtieġ jew ir-rinunzja, sħiħa jew parzjali, għal għajnuna preċedenti diġà rċevuta, sabiex ma taqbiżx dan il-limitu massimu. |
2) |
L-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament Nru 1407/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri ma humiex obbligati jippermettu lill-impriżi applikanti jemendaw l-applikazzjoni tagħhom għal għajnuna qabel l-għoti tagħha, sabiex ma jaqbżux il-limitu ta’ EUR 200 000 fuq perijodu ta’ tliet snin fiskali previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1407/2013. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-konsegwenzi legali tan-nuqqas ta’ fakultà, għall-impriżi, li jwettqu tali emendi, filwaqt li jiġi ppreċiżat li dawn jistgħu jsiru biss f’data preċedenti għal dik tal-għoti tal-għajnuna de minimis. |