Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0593

    Kawża C-593/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht, Außenstelle Graz – l-Awstrija) – SK Telecom Co. Ltd. vs Finanzamt Graz-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni – Roaming ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq in-networks ta’ komunikazzjoni ċellulari fi ħdan l-Unjoni Ewropea – Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59a – Possibbiltà għall-Istati Membri li jittrasferixxu l-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni għat-territorju tagħhom)

    ĠU C 217, 7.6.2021, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht, Außenstelle Graz – l-Awstrija) – SK Telecom Co. Ltd. vs Finanzamt Graz-Stadt

    (Kawża C-593/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Roaming ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq in-networks ta’ komunikazzjoni ċellulari fi ħdan l-Unjoni Ewropea - Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59a - Possibbiltà għall-Istati Membri li jittrasferixxu l-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni għat-territorju tagħhom)

    (2021/C 217/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzgericht, Außenstelle Graz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SK Telecom Co. Ltd.

    Konvenut: Finanzamt Graz-Stadt

    Dispożittiv

    Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata, mill-1 ta’ Jannar 2010, bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi ta’ roaming ipprovduti minn operatur ta’ telefonija ċellulari, stabbilit f’pajjiż terz, lill-klijenti tiegħu, li huma wkoll stabbiliti jew għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom f’dan il-pajjiż terz, li jippermettulhom jużaw in-network ta’ komunikazzjoni ċellulari nazzjonali tal-Istat Membru li fih jirrisjedu temporanjament, għandhom jitqiesu li huma s-suġġett ta’ “użu jew tgawdija effettivi” fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-imsemmi Stat Membru jista’ jqis il-post tal-provvista ta’ dawn is-servizzi ta’ roaming daqslikieku kien jinsab fit-territorju tiegħu meta, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-trattament fiskali li għalih dawn is-servizzi huma suġġetti abbażi tad-dritt fiskali intern tal-imsemmi pajjiż terz, l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà għandu l-effett li jevita n-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-imsemmija servizzi fi ħdan l-Unjoni.


    (1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


    Top