Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0573

    Kawża C-573/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u kontinwu tal-valuri limitu ffissati għad-dijossidu tal-karbonju (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Taljani – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” – Miżuri xierqa)

    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 257/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-573/19) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u kontinwu tal-valuri limitu ffissati għad-dijossidu tal-karbonju (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Taljani - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Miżuri xierqa)

    (2022/C 257/02)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u E. Manhaeve, aġenti)

    Konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. Palatiello u P. Pucciariello, avvocati dello Stato)

    Dispożittiv

    1)

    Peress li r-Repubblika Taljana ma żguratx li l-valur limitu annwali ffissat għad-dijossidu tal-karbonju (NO2) ma jinqabiżx b’mod sistematiku u persistenti,

    mill-2010 sal-2018 inkluż, fiż-żoni IT0118 (agglomerazzjoni ta’ Torino), IT0306 (agglomerazzjoni ta’ Milano), IT0307 (agglomerazzjoni ta’ Bergamo), IT0308 (agglomerazzjoni ta’ Brescia), IT0711 (komun ta’ Genova), IT0906 (agglomerazzjoni ta’ Firenze) u IT1215 (agglomerazzjoni ta’ Ruma);

    mill-2010 sal-2017 inkluż, fiż-żona IT0309 (żona A – pjanura b’rata ta’ urbanizzazzjoni għolja);

    mill-2010 sal-2012 u mill-2014 sal-2018 inkluż, fiż-żona IT1912 (agglomerazzjoni ta’ Catania), kif ukoll

    mill-2010 sal-2012 u mill-2014 sal-2017 inkluż, fiż-żona IT1914 (żoni industrijali),

    naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 13(1) u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, u billi naqset milli tadotta, mill-11 ta’ Ġunju 2010, miżuri xierqa sabiex tiżgura l-konformità mal-valur limitu annwali stabbilit għall-NO2 f’dawn iż-żoni u, b’mod partikolari, billi naqset milli tiżgura li l-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja jipprovdu għal miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-perijodu ta’ qbiż ta’ dan il-valur limitu jkun l-iqsar possibbli, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(1) ta’ din id-Direttiva, moqri waħdu jew flimkien mat-Taqsima A tal-Anness XV tad-Direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


    Top