Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0558

    KawżaC-558/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – Ir-Rumanija) – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 u 63 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji – Persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza – Vantaġġ mhux normali mogħti minn fergħa residenti lil kumpannija mhux residenti – Rettifika tad-dħul taxxabbli tal-fergħa ta’ kumpannija mhux residenti – Assenza ta’ rettifika tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti mill-fergħa tagħha lil kumpannija residenti – Prinċipju ta’ kompetizzjoni libera – Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment – Ġustifikazzjoni – Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri – Proporzjonalità)

    ĠU C 414, 30.11.2020, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – Ir-Rumanija) – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

    (KawżaC-558/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 63 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji - Persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza - Vantaġġ mhux normali mogħti minn fergħa residenti lil kumpannija mhux residenti - Rettifika tad-dħul taxxabbli tal-fergħa ta’ kumpannija mhux residenti - Assenza ta’ rettifika tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti mill-fergħa tagħha lil kumpannija residenti - Prinċipju ta’ kompetizzjoni libera - Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment - Ġustifikazzjoni - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Proporzjonalità)

    (2020/C 414/13)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Cluj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj

    Konvenut: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

    Dispożittiv

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema trasferiment ta’ fondi mwettaq minn fergħa residenti, favur il-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jista’ jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala “tranżazzjoni li tiġġenera dħul”, b’tali mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, li kieku l-istess tranżazzjoni kienet saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma stabbiliti fl-istess Stat Membru, hija ma kinitx tiġi kklassifikata b’dan il-mod u l-imsemmija regoli ma kinux ikunu applikabbli.


    (1)  ĠU C 372, 4.11.2019.


    Top