Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0404

    Kawża C-404/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2014 – Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea – Infiq magħmul mir-Repubblika Franċiża – Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 100 % – Proporzjonalità – Linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità u tal-clearance tal-kontijiet)

    ĠU C 53, 15.2.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-404/19 P) (1)

    (Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2014 - Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Infiq magħmul mir-Repubblika Franċiża - Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 100 % - Proporzjonalità - Linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità u tal-clearance tal-kontijiet)

    (2021/C 53/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, C. Mosser u D. Colas, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, A. Sauka u J. Aquilina, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Marzu 2019, Franza vs Il-Kummissjoni (T-26/18, mhux ippubblikata, EU:T:2019:153), hija annullata sa fejn, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-azzjoni tar-Repubblika Franċiża dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) sa fejn, taħt il-motiv intitolat “Sistema ta’ kontroll defiċjenti b’mod gravi, Corse”, hija imponiet fuq dan l-Istat Membru korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 100 % applikati għal għajnuna diretta għas-superfiċji f’Haute-Corse għas-snin tat-talba 2013 u 2014, minħabba defiċjenzi fis-sistema ta’ kontroll għall-għajnuna għas-superfiċji f’Haute-Corse, u, min-naħa l-oħra, li ddeċidiet fuq l-ispejjeż.

    2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2017/2014 hija annullata sa fejn, taħt il-motiv intitolat “Sistema ta’ kontroll defiċjenti b’mod gravi”, timponi fuq ir-Repubblika Franċiża korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 100 % applikati għall-għajnuna diretta skont is-superfiċji mogħtija f’Haute-Corse għas-snin tat-talba 2013 u 2014, minħabba defiċjenzi fis-sistema ta’ kontroll għall-għajnuna skont is-superfiċji f’Haute-Corse.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri tal-appell u kwart ta’ dawk li hija sostniet fl-ewwel istanza, dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża relatati mal-proċeduri ta’ appell u kwart tal-ispejjeż sostnuti minn dan l-Istat Membru fl-ewwel istanza.

    4)

    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċeduri fl-ewwel istanza, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fl-istess proċeduri.


    (1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


    Top