Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0243

    Kawża C-243/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts)- il-Latvja) – A vs Veselības ministrija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 20(2) – Direttiva 2011/24/UE – Artikolu 8(1) u (5) kif ukoll (6)(d) – Assigurazzjoni għall-mard – Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni – Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel – Trattament fi sptar li jista’ jiġi żgurat b’mod effettiv fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Differenza fit-trattament ibbażata fuq ir-reliġjon)

    ĠU C 433, 14.12.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 433/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts)- il-Latvja) – A vs Veselības ministrija

    (Kawża C-243/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 20(2) - Direttiva 2011/24/UE - Artikolu 8(1) u (5) kif ukoll (6)(d) - Assigurazzjoni għall-mard - Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Trattament fi sptar li jista’ jiġi żgurat b’mod effettiv fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Differenza fit-trattament ibbażata fuq ir-reliġjon)

    (2020/C 433/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa (Senāts)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: A

    Konvenut: Veselības ministrija

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata jirrifjuta li jagħti lil din tal-aħħar l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament meta, f’dan l-Istat Membru, trattament fi sptar, li l-effettività medika tiegħu ma tqajjem ebda dubju, ikun disponibbli, iżda t-twemmin reliġjuż ta’ din il-persuna assigurata ma jippermettix il-metodu ta’ trattament użat.

    2)

    L-Artikolu 8(5) u (6)(d) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni ta’ pazjent jirrifjuta li jagħti lil dan tal-aħħar l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva meta, f’dan l-Istat Membru, trattament fi sptar, li l-effettività medika tiegħu ma tqajjem ebda dubju, ikun disponibbli iżda t-twemmin reliġjuż ta’ dan il-pazjent ma jippermettix il-metodu ta’ trattament użat, sakemm dan ir-rifjut ma jkunx oġġettivament iġġustifikat minn għan leġittimu relatat maż-żamma ta’ kapaċità ta’ kura tas-saħħa jew ta’ kompetenza medika, u sakemm ma jkunx jikkostitwixxi mezz xieraq u neċessarju li jippermetti li jintlaħaq dan l-għan, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 182, 27.05.2019.


    Top