Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0015

    Kawża C-15/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A.m.a. – Azienda Municipale Ambiente SpA vs Consorzio Laziale Rifiuti – Co.La.Ri. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Direttiva 1999/31/KE – Landfills eżistenti – Perijodu ta’ manutenzjoni tal-landfill wara l-għeluq – Estensjoni – Spejjeż tar-rimi ta’ skart f’landfill – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Applikazzjoni ratione temporis tad-direttiva)

    ĠU C 240, 20.7.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 240/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A.m.a. – Azienda Municipale Ambiente SpA vs Consorzio Laziale Rifiuti – Co.La.Ri.

    (Kawża C-15/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 1999/31/KE - Landfills eżistenti - Perijodu ta’ manutenzjoni tal-landfill wara l-għeluq - Estensjoni - Spejjeż tar-rimi ta’ skart f’landfill - Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas - Applikazzjoni ratione temporis tad-direttiva)

    (2020/C 240/20)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: A.m.a. – Azienda Municipale Ambiente SpA

    Konvenut: Consorzio Laziale Rifiuti – Co.La.Ri.

    Dispożittiv

    L-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li landfill operattiva fid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva għandha tkun suġġetta għall-obbligi li jirriżultaw mill-imsemmija direttiva, u b’mod partikolari għal estensjoni tal-perijodu ta’ manutenzjoni wara l-għeluq ta’ din il-landfill, mingħajr ma jkun hemm lok li ssir distinzjoni skont id-data tal-ħażna tal-iskart u lanqas li tiġi prevista miżura intiża sabiex jiġu limitati l-effetti finanzjarji ta’ din l-estensjoni fir-rigward tad-detentur tal-iskart.


    (1)  ĠU C 164,13.5.2019.


    Top