Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0005

Kawża C-5/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Оvergas Mrezhi” AD, Sdruzhenie s nestopanska tsel “Balgarska gazova asotsiatsia” vs Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali – Direttiva 2009/73/KE – Artikolu 3(1) sa (3) u Artikolu 41(16) – Obbligi ta’ servizz pubbliku – Obbligi ta’ ħżin ta’ gass naturali sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u r-regolarità tagħha – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-piż finanzjarju relatat mal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq impriżi tal-gass naturali jinġarr mill-klijenti tagħhom – Kundizzjonijiet – Adozzjoni, minn awtorità regolatorja nazzjonali, ta’ att li jimponi obbligu ta’ servizz pubbliku – Proċedura – Artikoli 36 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

ĠU C 240, 20.7.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Оvergas Mrezhi” AD, Sdruzhenie s nestopanska tsel “Balgarska gazova asotsiatsia” vs Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)

(Kawża C-5/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Artikolu 3(1) sa (3) u Artikolu 41(16) - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Obbligi ta’ ħżin ta’ gass naturali sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u r-regolarità tagħha - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-piż finanzjarju relatat mal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq impriżi tal-gass naturali jinġarr mill-klijenti tagħhom - Kundizzjonijiet - Adozzjoni, minn awtorità regolatorja nazzjonali, ta’ att li jimponi obbligu ta’ servizz pubbliku - Proċedura - Artikoli 36 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2020/C 240/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Оvergas Mrezhi” AD, Sdruzhenie s nestopanska tsel “Balgarska gazova asotsiatsia”

Konvenuta: Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)

Fil-preżenza ta’: Prokuratura na Republika Bulgaria

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) sa (3) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, moqri fid-dawl tal-Artikoli 36 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligi ta’ ħżin ta’ gass naturali, imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista ta’ gass naturali u r-regolarità tal-provvista tiegħu f’dan l-Istat Membru, huma sostnuti kompletament minn dawn l-impriżi, li jistgħu jkunu individwi, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun intiża li tilħaq għan ta’ interess ekonomiku ġenerali, li hija tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità u li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li hija tipprevedi jkunu ddefiniti b’mod ċar, trasparenti, nondiskriminatorji u verifikabbli u jkunu jiggarantixxu lill-impriżi tal-gass naturali tal-Unjoni aċċess ugwali għall-konsumaturi nazzjonali.

2)

Id-Direttiva 2009/73 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta lill-awtorità regolatorja ta’ dan l-Istat Membru, fis-sens ta’ din id-direttiva, mill-osservanza ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tirregola l-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti normattivi, meta hija tadotta att li jimponi obbligu ta’ servizz pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva, sakemm, barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiggarantixxi li dan l-att ikun konformi mar-rekwiżiti sostantivi ta’ din id-dispożizzjoni, ikun kompletament motivat, jiġi ppubblikat, filwaqt li jippreżerva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, u jkun suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju.


(1)  ĠU C 93, 11.03.2019.


Top