Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0628

    Kawża T-628/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – E.J. Papadopoulos vs EUIPO – Europastry (fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre)

    ĠU C 455, 17.12.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 455/31


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – E.J. Papadopoulos vs EUIPO – Europastry (fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre)

    (Kawża T-628/18)

    (2018/C 455/41)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E.J. Papadopoulos S.A. (Moschato-Tavros, il-Greċja) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P.–V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Europastry, SA (Sant Cugat del Vallès, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 125 265

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 493/2018-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lil Europastry, SA, f’każ li din tintervjeni, għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top