Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0407

    Kawża T-407/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – WP vs EUIPO

    ĠU C 319, 10.9.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/18


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – WP vs EUIPO

    (Kawża T-407/18)

    (2018/C 319/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: WP (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjuta t-tieni tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(f) tal-KIAO (Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea); u

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ legalità billi kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (Regolamenti) u tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (KIAO) jiġifieri l-Artikolu 56 tal-KIAO u l-Artikolu 110 tar-Regolamenti u li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa minn kull bażi legali oħra.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ legalità, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqas mid-dmir tiegħu ta’ premura lejn il-persunal.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser ir-rekwiżiti tar-Regolament 45/2001 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) u (2)(b).

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


    (1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


    Top