EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0401

Kawża T-401/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – SFIE-PE vs Il-Parlament

ĠU C 364, 8.10.2018, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/13


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – SFIE-PE vs Il-Parlament

(Kawża T-401/18)

(2018/C 364/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sindakat tal-Uffiċjali Internazzjonali u Ewropej – Taqsima tal-Parlament Ewropew (SFIE-PE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 li tirrikjedi lil interpreti sabiex jipprodvu servizzi minimi fit-3 ta’ Lulju 2018, kif ukoll id-deċiżjonijiet futuri li permezz tagħhom interpreti jiġu rikjesti jipprodvu servizzi minimi fl-4, fil-5, fl-10 u fil-11 ta’ Lulju 2018;

tikkundanna lill-konvenut sabiex jipprovdi kumpens għad-anni morali ivvalutat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 10 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rikors għal azzjonijiet kollettivi u tad-dritt għall-informazzjoni u għall-konsulatazzjoni, kif sanċiti fl-Artikoli 28 u 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-Direttiva 2002/14/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea [– Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) u speċifikati u implementati mill-ftehim qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet sindikali jew professjonali tal-persunal tal-istituzzjoni tat-12 ta’ Lulju 1990, kif ukoll fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif sanċit fl-Artikolu 41 ta-Karta.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas kompetenza tal-awtur tal-att u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal rikors effettiv kif previst fl-Artikolu 47 tal-Karta.


Top