EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0321

Kawża T-321/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2018 – Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO – Gebro Holding (NOCUVANT)

ĠU C 240, 9.7.2018, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806220751970242018/C 240/703212018TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180518616111

Kawża T-321/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2018 – Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO – Gebro Holding (NOCUVANT)

Top

C2402018MT6110120180518MT0070611611

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2018 – Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO – Gebro Holding (NOCUVANT)

(Kawża T-321/18)

2018/C 240/70Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Serenity Pharmaceuticals LLC (Milford, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Day, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “NOCUVANT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 053 434

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 584/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Jannar 2018 fl-Oppożizzjoni Nru B 002437922;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Gebro Holding GmbH għall-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.

Top