EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0312

Kawża T-312/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2018 – Dentsply De Trey vs EUIPO – IDS (AQUAPRINT)

ĠU C 240, 9.7.2018, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806220411970822018/C 240/663122018TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180514565722

Kawża T-312/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2018 – Dentsply De Trey vs EUIPO – IDS (AQUAPRINT)

Top

C2402018MT5620120180514MT0066562572

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2018 – Dentsply De Trey vs EUIPO – IDS (AQUAPRINT)

(Kawża T-312/18)

2018/C 240/66Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dentsply De Trey GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Clark, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IDS SpA (Savona, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AQUAPRINT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 272 407

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1438/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ħlief sa fejn il-Bord tal-Appell qies li l-prodotti kienu identiċi/simili u li l-pubbliku rilevanti huwa speċjalizzat fil-qasam dentali;

tikkundanna, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż sostnuti minn Dentsply fil-proċedura preżenti;

temenda d-deċiżjoni anki f’dak li jirrigwarda l-kundanna għall-ispejjeż u tordna, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-EUIPO jikkundanna lill-intervenjenti li tilfet għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001.

Top