EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0224

Kawża T-224/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni

ĠU C 221, 25.6.2018, p. 29–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806080171931292018/C 221/362242018TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180411293131

Kawża T-224/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni

Top

C2212018MT2910120180411MT0036291313

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/18)

2018/C 221/36Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna li:

tgħaqqad dan ir-rikors mal-kawża pendenti T-786/16 konformement mal-prinċipju tal-konnettività u mal-Artikolu 68 tar-Regolament ikkonsolidat tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2015;

tikkunsidra l-fastidju psikoloġiku kif stabbilit u tikkonferma l-użu ta’ “dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz”, b’tali mod li dawn l-irregolaritajiet ma jiġux ittollerati mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea;

tannulla l-proċedura CMS 17/025 f’dawn l-aspetti kollha u tannulla d-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat l-ilment R/8/18;

tannulla d-deċiżjoni ta’ “iffissar għal żero” tas-salrju tar-rikorrent mill-1 ta’ Ottubru 2017;

tannulla d-deċiżjoni li tikkostrinġi lir-rikorrent sabiex jipparteċipa fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni FP 2016 (sena kalendarja 2016) kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/502/17 tas-16 ta’ Marzu 2018, minħabba fastidju psikoloġiku u inkapaċità għax-xogħol;

tannulla d-deċiżjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jipparteċipa fl-eżerċizzjuta’ evalwazzjoni FP 2017 (sena kalendarja 2017), minħabba fastidju psikoloġiku u li tannulla d-deċiżjoni li għaliha tressaq l-ilment R/121/18;

tannulla d-deċiżjoni u kif ukoll tiċħad l-ilment R/413/17 tal-15 ta’ Jannar 2018 li permezz tagħha r-rikorrent ġie riallokat fid-DG SCIC, bil-ksur tal-prinċipju ta’ premura l-iktar elementari;

tannulla d-deċiżjoni tal-PMO ([X]) tat-12 ta’ Settembru 2017 li ddeċidiet il-kumpens tan-nota ta’ debitu Nru ABAC 324170991 tal-20 Lulju 2017 fl-ammont ta’ EUR 42704,74 mas-salarji mhux imħallsa tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017, kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/482/17 tad-9 ta’ Marzu 2018;

u tagħti id-danni li ġejjin abbażi tal-Artikolu 340 TFUE:

tordna l-kumpens għad-dannu psikoloġiku ta’ EUR 98000 li jirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet ikkontestati;

fir-irigward tad-dannu materjali, tagħti:

jew ammont ta’ EUR 23190,44 ta’ salarji arretrati għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ April 2018 jekk il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent huwa intitolat għall-intier tas-salrju tiegħu;

jew ammont ta’ EUR 7612,87 ta’ salarji arretrati għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ April 2018 jekk il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent huwa intitolat biss għad-differenza tas-salarju bejn is-salarju tiegħu mal-Kummissjoni u dak li kellu fis-settur privat;

finalment li tagħti d-danni globali ta’ EUR 121990,44, jew EUR 105612,87 bl-interessi moratorji sal-jum tal-ħlas sħiħ;

u fil-każijiet kollha:

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 3, 4 u 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tal-punt 2 tal-Artikolu 1e u l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Istatut”) li tistabilixxi l-projbizzjoni tal-fastidju psikoloġiku.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21a, 22b u 23 tal-Istatut li d-dsipożizzjonijiet tagħhom jistabilixxu l-projbizzjoni li jitwettqu l-atti illegali, b’mod partikolari billi r-rikorrent kien ġie kostrett jipparteċipa fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-2016 filwaqt li ma kienx hemm ebda xogħol mogħti minħabba inkapaċità għax-xogħl u minħabba r-revoka mill-1 ta’ Awwissu 2016.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur ta-Artikolu 41 tal-Karta u tal-Artikolu 11a tal-Istatut fir-rigward tal-kunflitti ta’ interessi diretti.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ premura u ta’ assistenza, li ġie mwettaq permezz tad-deċiżjoni ta’ riallokazzjoni tar-rikorrent fid-DG SCIC.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju tad-dritt tal-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq u tal-prinċipju ta’ legalità.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-punt 3 tal-Artikolu 9 tal-Anness IX tal-istatut u tal-prinċipju legali “non bis in idem”, li jivvizja l-proċedura dixxiplinarja CMS 17/025 mibdija kontra r-rikorrent.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta u b’mod iktar partikolari tat-termini raġonevoli għall-proċedura dixxiplinarja msemmija iktar ’il fuq.

Top