This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0222
Case T-222/18: Action brought on 23 March 2018 — Aliança — Vinhos de Portugal v EUIPO — Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)
Kawża T-222/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Aliança – Vinhos de Portugal vs EUIPO – Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)
Kawża T-222/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Aliança – Vinhos de Portugal vs EUIPO – Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)
ĠU C 166, 14.5.2018, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 166/48 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Aliança – Vinhos de Portugal vs EUIPO – Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)
(Kawża T-222/18)
(2018/C 166/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aliança – Vinhos de Portugal SA (Anadia, il-Portugall) (rappreżentant: J. Mioludo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 907 027
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1206/2017-5.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-4 ta’ April 2017 bin-numru tal-kanċellazzjoni 13433 C; |
|
— |
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni bin-numru ta’ reġistrazzjoni 13 907 027 “ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL (fig.)”; |
|
— |
iżomm fis-seħħ it-trade mark tal-Unjoni bin-numru ta’ reġistrazzjoni 13 907 027 “ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL (fig.)” għall-oġġetti kollha koperti minnha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil Lidl Stiftung & Co. KG kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk tal-appellant. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 60(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001. |