Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0663

Kawża T-663/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Soba JAPANESE FRIED NOODLES – Raġuni assoluta għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 423, 16.12.2019, pp. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES)

(Kawża T-663/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Soba JAPANESE FRIED NOODLES - Raġuni assoluta għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2019/C 423/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nissin Foods Holdings Co. Ltd (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, G. Messenger, barrister, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: E. Torner Lasalle, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 111/2018-4), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn The GB Foods u Nissin Foods Holdings.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Nissin Foods Holdings Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

The GB Foods, SA għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019


Top