EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0597

Kawża T-597/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Hermann Albers vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Trasport pubbliku għall-passiġġieri – Kumpens għal spejjeż inerenti f'obbligi ta’ servizz pubbliku – Obbligu li jiġu stabbiliti prezzijiet massimi għall-aljievi, studenti, apprendisti u persuni b'mobbiltà mnaqqsa – Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen) – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Trasferiment ta’ riżorsi finanzjarji minn Land għal awtoritajiet organizzattivi tat-trasport fuq livell muniċipali – Kunċett ta’ għajnuna – Obbligu ta’ notifika)

ĠU C 433, 14.12.2020, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Hermann Albers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/18) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Trasport pubbliku għall-passiġġieri - Kumpens għal spejjeż inerenti f'obbligi ta’ servizz pubbliku - Obbligu li jiġu stabbiliti prezzijiet massimi għall-aljievi, studenti, apprendisti u persuni b'mobbiltà mnaqqsa - Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen) - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Trasferiment ta’ riżorsi finanzjarji minn Land għal awtoritajiet organizzattivi tat-trasport fuq livell muniċipali - Kunċett ta’ għajnuna - Obbligu ta’ notifika)

(2020/C 433/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hermann Albers e.K. (Neubörger, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Roling, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u K.-P. Wojcik, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs u S. Heimerl, aġenti) u Land Niedersachsen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Barth u H. Gading, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4385 final, tat-12 ta’ Lulju 2018, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar il-miżura adottata mil-Land Niedersachsen skont l-Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen) [Każ SA.46697 (2017/NN)] (ĠU 2018, C 292, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hermann Albers e.K. minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Land Niedersachsen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


Top