Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0115

    Kawża T-115/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Tomasz KawałkoTrofeum vs EUIPO – Ferrero (KINDERPRAMS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KINDERPRAMS — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Kinder — Raġuni relattiva għal rifjut — Possibbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Tomasz KawałkoTrofeum vs EUIPO – Ferrero (KINDERPRAMS)

    (Kawża T-115/18) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KINDERPRAMS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Kinder - Raġuni relattiva għal rifjut - Possibbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

    (2019/C 65/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Tomasz KawałkoTrofeum (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: P. Moksa, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u H. O’Neill, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u L. Ghedina, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1112/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero u Tomasz KawałkoTrofeum.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Tomasz KawałkoTROFEUM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


    Top