Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0757

Kawża C-757/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2018 minn M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M-Sansz Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-709/17, M-Sansz vs Il-Kummissjoni

ĠU C 148, 29.4.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/7


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2018 minn M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M-Sansz Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-709/17, M-Sansz vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-757/18 P)

(2019/C 148/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M-Sansz Kft.) (rappreżentant: L. Ravasz, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2018 M-Sansz vs Il-Kummissjoni, T-709/17, u li tiċħad fis-sentenza tagħha l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-konvenuta fl-ewwel istanza u tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u tiddeċiedi, fir-rigward tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każijiet SA.29432 (CP 290/2009) u SA.45498 (FC/2016), b’mod prinċipali, li d-deċiżjonijiet imsemmija ma humiex ibbażati fuq l-Artikolu 107(1) TFUE sabiex tiġi ddikjarata l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat, u sussidjarjament, li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għall-appellanti relatati mal-Kawża bin-Numru 23.P.25.843/2016 pendenti quddiem il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) u li, għal, dan il-motiv, l-appellanti ma hijiex parti direttament u individwalment ikkonċernata, peress li l-appellanti tibbaża l-allegazzjoni tagħha ta’ kumpens fuq il-fatt li l-għajnuna mill-Istat tikser l-Artikolu 107 (1) TFUE u mhux l-Artikolu 107(3) TFUE. Fil-każ li, għall-kuntrarju, id-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu atti legali kontra l-appellanti, fil-kuntest ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 107(1) TFUE, l-appellanti titlob b’hekk li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ r-rikors fl-ewwel istanza u tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma invalidi minħabba li l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE (annullament).

li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma tistax tiddeċiedi fuq il-mertu, tannulla d-digriet imsemmi iktar ’il fuq tal-Qorti Ġenerali u tibgħat lura l-kawża lil din il-qorti bħala qorti tal-ewwel istanza.

li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tagħha stess fl-ewwel u fit-tieni istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikolu 263 TFUE u tad-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza b’tipa grassa, kif ġej:

Il-kumpannija Ungeriża appellanti bdiet il-każijiet relatati mad-Deċiżjonijiet SA.29432 u SA.45498 billi ressqet ilment. L-ilmenti jiddikjaraw li l-għajnuna mill-Istat kienet illegali u li kien hemm trattament diskriminatorju għal kategorija ta’ entitajiet li l-impriża appellanti hija parti minnha: kemm l-impriżi benefiċjarji kif ukoll dawk diskriminati għandhom l-istess tip ta’ attività fl-Ungerija, għandhom is-sede tagħhom fl-istess provinċja fl-Ungerija u jimpjegaw ħaddiema b’diżabbiltà. Hija tallega wkoll li l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat illegali huwa manifest u illegalment għoli. L-appellanti ssostni li, f’dawn il-proċeduri, il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni u ċertament ma tat l-ebda deċiżjoni li kellha effett ġuridiċi fuqha. Fil-proċeduri Ungeriżi msemmija fl-appell (Kawża Nru 23.P.25.843/2016 pendenti quddiem il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija), l-appellanti talbet kumpens għad-danni li sostniet ikkawżati mill-għajnuna illegali mill-Istat u, bħala riżultat, l-eżitu ta’ dawn il-proċeduri mingħajr dubju ser ikollu effett fuq is-sentenza nazzjonali li għandha tingħata. Huwa importanti li atti li ġuridikament ma jikkostitwixxux deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ma jiddeterminawx ir-riżultat tal-proċeduri nazzjonali. Dawn id-deċiżjonijiet ma jiddikjrarawx li l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mal-Artikolu 107 (1) TFUE u ma jikkostitwixxux atti ġuridiċi maħsuba sabiex jipproduċu effetti ġuridiċi għall-appellanti, hekk li l-appellanti ma hijiex parti direttament u individwalment ikkonċernata, peress li huwa minħabba li l-għajnuna mill-Istat tikser l-Artikolu 107(1) TFUE u mhux l-Artikolu 107(3) TFUE li l-appellanti ppreżentat ir-rikors tagħha għad-danni.

Fil-każ preżenti, l-appellanti sostni li huma preżenti l-kriterji stabbiliti fis-sentenza tal-15 ta’ Lulju 1963, Plaumann vs Il-Kummissjoni (25/62, EU:C:1963:17). L-appellanti tiddikjara li wriet li hija “parti kkonċernata” fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) tar-Reglament (UE) tal-Kunsill 2015/1589 (1), u li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tal-24 ta’ Mejju 2011, Il-Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex (C-83/09 P, EU:C:2011:341), li sabiex ikun hemm l-istatus ta’ kompetitur, ma kienx meħtieġ li l-kamp ta’ attività ikun identiku.

Ksur tad-drittijiet proċedurali (ksur tad-dispożizzjonijiet b’tipa grassa), kif indikat hawn taħt:

Barra minn hekk, kieku t-tabella ppreżentata bħala prova u l-ispjegazzjonijiet l-oħra intiżi li juru l-fatt ta’ parti interessata ma kinux jissodisfaw il-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar kellha tapplika l-Artikolu 83(1) sa (3), l-Artikolu 88(1) u l-Artikolu 89(1), (2)(a) sa (c), (3)(a) u (d) u (4) u l-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, u titlob, mingħand l-appellanti, iktar informazzjoni jew tistedinha tagħmel sottomissjonijiet fir-rigward ta’ din il-kwistjoni. Għalhekk, huwa kontra l-liġi li l-Qorti Ġenerali ma aġixxietx ex officio. Min-naħa l-oħra, ir-rapport Sargentini, li jeżamina wkoll il-perjodu inkwistjoni, jikkritika lill-Ungerija dwar l-effettività tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, inkluż l-istat tad-dritt fi kwistjonijiet ekonomiċi (ara l-punti 12, 13, 22 u 23).


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L248, p. 9).


Top