Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0583

    Kawża C-583/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Settembru 2018 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs DB Vertrieb GmbH

    ĠU C 455, 17.12.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 455/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Settembru 2018 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs DB Vertrieb GmbH

    (Kawża C-583/18)

    (2018/C 455/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Frankfurt am Main

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Verbraucherzentrale Berlin eV

    Konvenuta: DB Vertrieb GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    Il-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi wkoll il-kuntratti li permezz tagħhom il-kummerċjant ma jkunx direttament marbut li jipprovdi servizz, iżda li jagħtu lill-konsumatur id-dritt li jikseb tnaqqis fil-prezz għal servizzi li huwa jitlob fil-futur?

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    2)

    L-eżenzjoni ta’ “kuntratti ta’ servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri” prevista fl-Artikolu 3(3)(k) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika wkoll għas-sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur ma jiksibx direttament servizz ta’ trasport bħala korrispettiv, iżda d-dritt li jikseb tnaqqis fil-prezz fuq kuntratti tat-trasport li huwa jikkonkludi fil-futur?


    (1)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).


    Top